Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt H ija l-prassi f 'pajjiżna u lil hinn li meta xi ħadd jagħlaq tmenin sena nippruvaw infakkru dak li jkun għamel u dak li jkun irnexxielu jakkwista. Bla dubju ta' xejn il-personalità u l-persuna ta' Eddie Fenech Adami jibqgħu mfakkrin għaż-żmien twil li għamel bħala kap tal-Partit Nazzjonalista u Prim Ministru ta' Malta. Fenech Adami kien avukat minn B'Kara, li ma kien magħruf xejn, sakemm fl-1979 id-dar tiegħu u l-familja tiegħu sfaw l-mira ta' attakki b'rabta ċara mal-Partit Laburista. Kien minn dik il-ġurnata li dan ir- raġel kiber biex għażel biex jisfida l-ġgant tal-Perit Mintoff. Il-ġudizzju finali huwa wieħed pożittiv għalkemm hemm negattiv. Wieħed ipoġġi lil Eddie Fenech Adami bħala wieħed mill-iktar politiċi Maltin li ħalla impatt fuq Malta moderna. Hemm ħafna punti pożittivi f'Fenech Adami. L-ewwel ħaġa li tibqa' marka fil-ħajja politika ta' Eddie Fenech Adami kienet il-ġlieda tiegħu biex iġib lura n-normalità fil-ħajja tal-Maltin. Li jagħti spinta 'l quddiem lill- ekonomija Maltija u li nissel il- pluraliżmu fil-pajjiż. U li fuq kollox Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea. Dawn kienu kisbet li biddlu l-pajjiż. Fenech Adami wkoll kien bniedem li ma għażilx il- konfrontazzjoni biex jiġġieled għall-prinċipji tiegħu. Min-naħa l-oħra Fenech Adami ma jistax jiġi ppremjat bl-unuri għall-perjodu kollu li kien qed imexxi. In-nepotiżmu u l-parokkjaliżmu li tant spikka fi żmien tal-Perit Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici baqgħu persistenti. Kien hemm ukoll mumenti meta hu għażel li jħares in-naħa l-oħra meta nies ta' madwaru għaffġu fuq li għaffġu. U li s-sistema tal- meritokrazija tibqa' l-art u li ma tinbitx. Fuq kollox għażel li jħalli l-materjaliżmu marbut mat-tkabbir ekonomiku jesplodi iżda fl-istess ħin jimponi twemmin konservattiv marbut sew mal-fidi tiegħu Kattolika. Fl-aħħar żbalja meta mhux biss għażel lil Lawrence Gonzi iżda kważi impona li hu jkun il- President. Ħatra li ġabet stmerrija minn ħafna mis-segwaċi tiegħu. Dan kollu ma jnaqqasx mill-fatt li hu u biss hu kien kapaċi jieqaf lil Mintoff li jbiddel l-affarijiet f'pajjiżna b'mod konkret u viżibbli. Eddie Fenech Adami, 80 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014