Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
FL2012 l-Alliance Française de Malte-Mediterrannée esperimentat b'kummiedja Franċiża kontemporanja bil-Malti mill-pinna ta' Yasmina Reza biex tara kemm tinżel tajjeb mal-Maltin u l-Għawdxin. Is-suċċess tant kien evidenti li għal ħamest iljieli fi Frar fil-Kavallier ta' San Ġakbu se tittella' kummiedja oħra moderna li għadha fuq il- palk Pariġi. Din hi Xita ta' Flus! miktuba mid-drammaturgu żagħżugħ Sébastien Thiéry. Il-kummiedja teħodna f 'appartament il-Belt fejn Bruno u martu jibdew isibu l-flus fis-salott tagħhom mingħajr ħadd minnhom ma jkun jaf kif ġew hemm. Is-suspetti f 'xulxin jgħaddu għal argumenti u ġlidiet verbali li jaqtgħu fil-laħam il-ħaj iżda l-flus jibqgħu neżlin bħax-xita u jitfaċċaw ma' kull rokna u fetħa fl-appartament. Il-koppja tibda titlef rasha għax ma tkunx tista' tifhem x'għamlet biex xi ħadd misterjuż jaħseb fihom b'dan il- mod. Ħinijiet oħra jissuspettaw fil-qaddejja tagħhom imma l-agħar ikun meta jridu jaħbu din xortihom straordinarja mill-ġar selvaġġ li joqgħod fil- blokk tagħhom. X'taqbad tagħmel b'dal-flus kollha? Fiex se tonfoqhom? Il-messaġġi jniggżu lil soċjetà mehdija bl-akkwist tal-flus u ħwejjeġ materjali ma jonqsux – mad-daħk kważi ssib ruħek f 'kontradizzjoni waħda wara l-oħra. Kritiċi Franċizi qablu li l-awtur jikteb b'mod feroċi biex iwassal salt botti u kontra-botti intelliġenti fuq il-finanzi tal- pajjiżi u tal-Ewropa. Il-flus iġennuk, ikkonkludew bosta li rawha Pariġi. Il-kummiedja ta' Thiery hi f 'att wieħed ta' siegħa u nofs u se tittella' fil-15, 16, 21, 22 u 23 ta' Frar diretta minn Lino Farrugia li issa dera jieħu sfidi ġodda fuq il-palk Malti. Atturi ewlenin jinkludu lill-magħrufin Nanette Brimmer u Tony Ellul li flimkien ma' Alba Florian Viton u Nathan Brimmer se jaqtgħu nifs kulħadd bil- veloċità tal-azzjoni ma tieqaf xejn. Traduzzjoni fil-Malti saret mill-professur Toni Aquilina waqt li d-direttur Farrugia adatta l-kummiedja għall-palk ta' San Ġakbu. Awtur brillanti tal- kummiedja L-awtur Franċiż huwa attur u drammaturgu fl-istess ħin. Huwa twieled Pariġi fl-1970 u studja taħt l-aqwa diretturi Franċiżi fosthom Hiegel u Philippe. Għaxar snin ilu biss kiteb u ħa sehem f 'sensiela televiżiva li dehret fuq Canal Plus. Għall-palk beda jikteb l-ewwel fl-2005 u kull sena għadda minn suċċess għal ieħor f 'diversi teatri ewlenin fil-belt kapitali Franċiża. Xita ta' Flus! bdiet tidher fit-Teatru Edouard VII fl-2012 u baqgħet għaddejja s-sena l-oħra wkoll. Il-kritiċi Franċiżi jammettu li Thiery jagħmel osservazzjonijiet assurdi fuq is-soċjetà daqs Pinter u Ionesco f 'salt. Jaħsbu li se jkun l-akbar awtur tal-kummiedja fi żmienu. Id-daħk ma jaqta' xejn stqarr magazin tat-TV waqt li oħrajn iqabbluh ma' ħuta tfittex lil min se tibla' f 'soċjetà moħħha biex tkun politikament korretta. Biljetti jinkisbu mis-sit ta' San Ġakbu www.sjcav.org 24 illum | Ħadd 09 ta' Frar 2014 Pjazzetta / Kummercjali Xita ta' Flus fil-Belt Valletta Għat-tkabbir tan-negozji f 'Malta TBWA\ANG ġiet appuntata bħala sieħeb strateġiku kreattiv għall-Konferenza tal-Business Leaders Malta (BLM), Growth+. Il- Konferenza se ssir fit-28 ta' Frar 2014 fir-Radisson Golden Sands Resort. It-tema ta' din is-sena, Growth+, kienet appoġġjata minn TBWA\ANG, u hi ispirata minn kunċett ta' farmaċewtika bi slogan 'Essential vitamins to boost your business' jidhru matul il-kampanja. Barra minn hekk, l-Aġenzija ħolqot ukoll l-invit ta' dan l-avveniment u ġiet maħtura biex tmexxi r-reklamar tradizzjonali u anke dak online. L-inviti, bħal konferenzi ta' BLM, huma uniċi. Dis- sena l-invit kien forma ta' kaxxa tal-pilloli b'karta ta' istruzzjoniiet ġewwa fiha. Skont Ivan Filletti, il-Kap Eżekuttiv ta' TBWA\ANG: "Aħna aġenzija kreattiva u strateġika li tmur 'il bogħod minn ideat konservattivi u tgħin lill-klijenti joħorġu bi proposti uniċi u kreattivi. Aħna kburin li qegħdin sħab f 'dawn l-avvenimenti, u mhux aġenzija ta' reklamar biss." Growth+ se tiffoka fuq tkabbir organizzattiv u personali sabiex toffri lill-mexxejja tan-negozji riflessjoni ta' kif jistgħu jilħqu potenzjal massimu. Programm rikk, li jinkludi kelliema ewlenin u diskussjonijiet minn panel se jindirizza l-innovazzjoni, mergers u akkwisti, internazzjonalizzazzjoni u tkabbir personali. "Business Leaders Malta hu ffurmat minn tim ta' individwi kreattivi u innovattivi. Dan it-tim hu kkumplimentat minn TBWA\ ANG li kontinwament tappoġġja l-inizjattivi tagħna u b'hekk ġiet maħluqa sħubija eċċellenti ma' din il-kumpanija, speċjalment fejn jidħlu kampanji ta' marketing," qal Morgan Parnis, id-Direttur Maniġerjali ta' Business Leaders Malta. Dwar TBWA\ANG TBWA\ANG hi aġenzija strateġika u kreattiva li rebħet unuri internazzjonali u serviet klijenti kemm f 'Malta u kif ukoll fil-Greċja. Immexxija mill-prinċipju ta' Disruption, TBWA hija magħrufa li tmur 'l bogħod minn ideat konservattivi sabiex toħroġ kreattività u tipproġetta viżjoni innovattiva fil-futur. Dwar Business Leaders Malta Business Leaders Malta twaqqfet minn Mdina Partnership, Jugs Malta, u Konnekt fl-2009. Il- Konferenza Annwali li torganizza hi l-avveniment ewlieni tagħha u hi maħsuba biex tiġbed lejha mexxejja f 'ambjent informali fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma' nies oħra. Is-sena li għaddiet fil-Konferenza ta' BLM attendew 350 ruħ. L-invit ta' Growth+, bott tal- pilloli bl-istruzzjonijiet ġo fih DIN is-sena jaħbat il-250 sena mit-twelid ta' Mikiel Anton Vassalli, meqjus bħala Missier l-Ilsien Malti. Skular u patrijott kbir li ħadem bis-sħiħ biex Malta u l-Malti jkunu rikonoxxuti u rrispettati u bata mhux ftit minħabba l-fehmiet tiegħu. Il-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 se tfakkru waqt serata li se ttella' f 'ġieħu nhar is-Sibt 22 ta' Frar 2014 fis-7pm, fis-sala prinċipali tal- Każin San Filep, Ħaż-Żebbuġ. Jippresiedi l-Ministru tas- Saħħa u President Onorarju Dr Godfrey Farrugia. Il-Professur Oliver Friggieri se jagħmel id-diskors tal- okkażjoni u l-Professur Frans Ciappara se jitkellem fuq Vassalli u l-Edukazzjoni, waqt serata bi programm imżewwaq b'qari ta' sunetti, kant, għana u mużika mill-Banda San Filep li taħt id-direzzjoni ta' Mro Richard Bugeja FLCM, FVCM, se ddoqq is-suite: "Malta matul iż-Żminijiet" minn "Il-Kavallieri ta' Malta" tas-Surmast Direttur, il-Marcia folk "Malta" ta' Mro Philip Attard, "Bianca e Rossa" ta' Mro Vincenzo Ciappara u s-silta mill-film Les Miserables: "Do you hear the people sing" ta' Claude-Michel Schonberg. Albertine Abela tkanta l-għanja antika "Ħanini ser Insiefer" li l-melodija tagħha aktarx ispirat dik tal- Innu Nazzjonali. Il-Professur Manwel Mifsud ikanta l-kanzunetta tiegħu "Vassalli" waqt li Joseph Zerafa jgħanni siltiet minn "L-Aħħar Tislima" ta' Frans Sammut. Jinqraw tliet poeżiji: tnejn bl-isem "Lil Mikiel Anton Vassalli" ta' Ġorġ Pisani u ta' Dun Karm u t-tielet hija "Jum ir-Rebħ" ta' Rużar Briffa. Tintwera wkoll xena meħudha mid-dramm "Biż-Żebbuġ Dejjem Ħaddart" li tittratta lil Vassalli. Id-dħul huwa bla ħlas u kulħadd mistieden. Peress li l-postijiet huma limitati, min jixtieq jattendi għandu jaħseb kmieni u almenu jkun bilqiegħda f 'postu kwarta qabel. Is-Seba' Erbgħat f 'ġieħ San Ġużepp LARĊIKONFRATERNITÀ ta' San Ġużepp tar-Rabat tal- Imdina se torganizza s-Seba' Erbgħat ta' Devozzjoni f 'ġieħ San Ġużepp bħala thejjija spiritwali għall-festa tiegħu li se tiġi ċċelebrata nhar l-Erbgħa 19 ta' Marzu. Dawn l-Erbghat se jiġu ċċelebrati fir-Rabat fis-Santwarju Nazzjonali ta' San Ġużepp fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu tal-Patrijiet Franġiskani. Matul dawn l-Erbgħat kull nhar ta' Erbgħa fil-5.30pm jibda r-Rużarju, Talba u Kurunella lil San Ġużepp. Fis-6pm tibda ċelebrazzjoni tal-quddiesa bil-prietka u wara jsir il-kant tal-antifona u ċelebrazzjoni Ewkaristika. Matul l-Erbgħat se jipprietka Rev. Dun George Schembri. Il-jiem ta' dawn iċ- ċelebrazzjonijiet bdew fit-22 ta' Jannar, u jibqgħu għaddejjin kull nhar t'Erbgħa sat-12 ta' Marzu. Kommemorazzjoni f 'ġieħ Mikiel Anton Vassalli