Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 31 SPORTSillum La Salle l-isdanti għall-Aloysians ITTIM tan-nisa ta' La Salle u anki dak tal-irġiel, flimkien ma' Aloysains iddominaw il-handball lokali għal dawn l-aħħar snin. Il-klabb ta' La Salle ġie ffurmat fis-sena 1998. L-ewwel tim kien dak tal- irġiel minħabba li ħafna mill-plejers kienu ġejjin mill-Kulleġġ De La Salle. Iżda n-numru tal-membri malajr kiber. Illum, La Salle Handball Club, għandu timijiet f 'kull kategorija, kemm dawk tas-subien/irġiel kif ukoll fil-kategoriji tat-tfajliet/ nisa (U15, U17, l-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni). Kien fis-sena 2003 li t-tim tat-tfajliet Wild Angels ingħaqad ma' La Salle Handball Club. F'temp ta' 10 snin dan it-tim rebaħ 7 Kampjonati, 5 MHA Cups,7 Knock Outs u 8 Super Cups. It-tim tan-nisa kien minn dejjem imħallat bi plejers ta' esperjenza u plejers żgħar li f 'dawn l-aħħar tliet snin qegħdin jitilgħu min- nursery tal-klabb stess. F'dawn l-aħħar sentejn La Salle kellhom u għad għandhom plejers barranin li ġejjin mill-Ungerija u l-Bulgarija. Kull sena l-għan tagħhom huwa li jiġġieldu għall-unuri kollha li joffri l-handball Malti. Fl-aħħar sentejn huma rebħu sebgħa minn tmien tazzi. Ovvjament dawn is-suċċessi ma jiġux waħedhom. It-taħriġ immexxi mill-kowċ John Falzon, flimkien mal- esperjenzi li bħala tim huma kellhom barra minn Malta (Firenze fl-Italja u Kazinscbarcika fl-Ungerija) jagħtuhom aktar entużjażmu għal meta jilagħbu kontra timijiet lokali. Ftit tal-jiem ilu ntemm it-tieni rawnd tal- kampjonat u La Salle jinsabu tliet punti taħt l-arċi-rivali eterni tagħhom Aloysians. Dan ifisser li l-aħħar tliet logħbiet tal-Kampjonat huma vitali biex naraw fejn se jmur il-Kampjonat matul dan l-istaġun. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Yvonne Barry, captain ta' La Salle Handball Club, fejn talabha l-kummenti tagħha rigward kif qed tħares lejn il- kumplament tal-Kampjonat għat-tim li miegħu l-istess plejer ilha tilgħab għal diversi snin fejn nistgħu ngħidu li rebħet kull unur li għandu x'joffri l-handball lokali. Barry saħqet li: "Bħala captain ta' dan it-tim, l-għan tieghi hu li kemm fuq il- court kif ukoll waqt it-taħriġ nipprova nżomm lil kulħadd motivat. Irrid inżomm lil sħabi dejjem għatxana għar- rebħ. La Salle Handball Club jidher li għandu futur sabiħ. Għal dawk il-plejers li dalwaqt jirtiraw, hemm plejers oħrajn li jilagħbu f 'kategoriji ta' U17 u t-Tieni Diviżjoni li lesti biex jitilgħu mal-kbar. Min-naħa l-oħra għal dan l-istaġun li għaddejjin nilagħbu fih, irbaħna s-Super Cup u l-MHA Cup. Ilkoll flimkien irridu naħdmu biex nerġgħu niksbu suċċess ieħor. Inħarsu ukoll 'il quddiem lejn ix-xhur ta' April u Mejju meta nilagħbu l-kompetizzjoni ta' Knock Out. Is-suċċessi għalija u għall-La Salle Handball Club qatt m'huma biżżejjed. Dejjem infakkar lil sħabi biex nieħdu t-training bis- serjetà għax mingħajr taħriġ u impenn kontinwu ma jsir xejn", temmet tgħid Yvonne Barry. La Salle ma jinsabux l-quċċata iżda huma kontendenti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat Fiorentina jimmiraw għat-tielet post fis-Serie A WARA li fl-istaġun li għadda, il-vjola ta' Firenze, Fiorentina, kellhom staġun sodisfaċenti ħafna fejn fallew bi ftit milli jikkwalifikaw għal post fiċ-Champions League, il-partitarji stennew li l-benjamini tagħhom ikollhom l-istess riżultati, jew anki aħjar, matul dan l-istaġun. Għalkemm fis-suq tat- trasferimenti tas-Sajf, il-klabb mit-Toscana tilef is-servizzi ta' plejers ta' kwalità bħal Jovetic li ngħaqad ma' Manchester City u Ljajic li ssieħeb ma' Roma, xorta l-iskwadra ssaħħet bl- akkwisti bħal tal-internazzjonali Ġermaniż Mario Gomez mingħand Bayern Munich, l-attakkant Sloven Josip Ilicic mingħand Palermo, l-attakkant żagħżugħ promettenti Ante Rebic mingħand Dinamo Zagreb kif ukoll tal-plejer ta' nofs il-grawnd veteran Massimo Ambrosini mingħand AC Milan. Kif kien mistenni, ġie kkonfermat il-kowċ promettenti Vincenzo Montella, u dan wara l-istaġun brillanti li kellhom is-sena l-oħra. Bejn il-lasta beda jingħata fiduċja ż-żagħżugħ Brażiljan, Neto, li ġie akkwistat sentejn ilu filwaqt li l-espert Emiliano Viviano ġie rilaxxat. F'Jannar tal-2013 ġie akkwistat l-attakkant internazzjonali Taljan, Giuseppe Rossi, mingħand l-Ispanjoli ta' Villareal u dan ġie akkwistat bl- intenzjoni li jiġi utilizzat matul dan l-istaġun għaliex meta ngħaqad mal-Vjola, 'Pepito', kif inhu magħruf mad-dilettanti tal-futbol Taljan, kien għadu jsegwi rijabilitazzjoni minn injury li sofra fi Spanja. Nistgħu ngħidu li s'issa qed ikun staġun sodisfaċenti għal Fiorentina. Fil-kampjonat it-tim jinsab fir-raba' post isegwi mill- viċin it-tim b' saħħtu ta' Napoli. Il-Vjola jinsabu b' distakk tajjeb fuq l-Inter u l-Hellas Verona li jinsabu jsegwu warajhom fil-klassifika ġenerali. Fost il-mumenti ewlenin tal- kampjonat għal Fiorentina nistgħu nsemmu r-rebħa f ' darhom ta' 4-2 fuq il-'leaders' Juventus, u dan wara li l-Vjola kienu saħansitra 2-0 minn taħt. F' din il-logħba spikka 'Pepito' Rossi li skorja tripletta. Insemmu wkoll ir-rebħa ta' 2-0 f ' Milan kontra AC Milan b' gowls ta' Borja Valero u Juan Vargas. Mill-banda l-oħra t-tim tal- President Andrea Della Valle, rebaħ b'ċertu faċilità l-grupp tiegħu fl-Europa League b'ħames rebħiet u draw waħda u issa se jaffaċjaw l-isfida tad- Daniżi ta' Esbjerg fit-tieni rawnd ta' din il-kompetizzjoni. Ta' min jinnota li jekk jikkwalifikaw, il- Vjola, fl-aħħar 16 se jaffrontaw lir-rebbieħa tal-konfront bejn it-Torok ta' Trabzonspor u l-arċi-rivali, Juventus. Wara li taħt il-propjetarji Della Valle, il-Fiorentina telgħu mis-Serie C u saħansitra waslu biex lagħbu tliet snin wara xulxin fiċ-Champions League, fi żmien il-kowċ bravu Cesare Prandelli, issa hija x-xewqa tagħhom li jġibu wkoll tazza lejn Firenze. L-istaġun tal-Vjola qed ikun pożittiv ħafna minkejja l-injuries li sofra t-tim ta' Montella minn Settembru 'l hawn. Fost l-oħrajn nistgħu nsemmu dak li sofra Mario Gomez li weġġa' sew fit-tielet logħba tiegħu ma' Fiorentina u għadu ma rkuprax. Giuseppe Rossi, li sa Jannar huwa l-aqwa skorer tas-Serie A weġġa' tliet ġimgħat ilu u mistenni jirritorna f 'April. Josip Ilicic daħal fl- azzjoni f 'Diċembru wara injury twila u l-istess xorti messet lil Ante Rebic, u dan tal-aħħar tant kien sfortunat li fl-ewwel logħba sħiħa tiegħu, jiġifieri dik tal-Coppa Italia kontra Chievo Verona reġa' weġġa' u kulħadd għadu qed jistenna biex jara l-potenzjal tiegħu. B'hekk nistgħu ngħidu li kien id-dipartiment tal-attakk li sofra l-aktar minn dan ir-rigward. Fost l-aktar plejers tal-Vjola li spikkaw s'issa insibu lill-plejer ta' nofs il-grawnd Spanjol, Borja Valero, lill-winger Kolombjan, Juan Cuadrado, u d-difensur ċentrali Arġentin, Gonzalo Rodriguez, apparti ovvjament l-attakkant Giuseppe 'Pepito' Rossi. Il-goalkeeper żagħżugħ, Neto, kellu bidu diżastruż ħafna, però l-kowċ Montella baqa' juri fiduċja fih u issa sar punt ta' riferiment fid-difiża Vjola u anki għamel sitt logħbiet wara xulxin mingħajr ma jsofri gowl fil-kampjonat. Jidher anki li l-'wing back' Peruvjan, Juan Vargas, qed jerġa' jsib il-forma ta' tlieta jew erba' snin ilu meta kien anki ngħata l-laqam ta' 'El treno' mill-partitarji tal-Vjola minħabba l-ġirjiet karatteristiċi tiegħu fuq il-linja. Bħala żgħażagħ l-iktar li spikkaw s'issa huma l-plejer ta' nofs il-grawnd Ċilen, Mati Fernandez, u l-attakkant żagħżugħ Brażiljan, Ryder Matos. Dan oriġinarjament kellu jiġi inkluż fit-tim tal- 'primavera', iżda l-injuries gravi li sofrew l-attakkanti tal- Vjola, wasslu lil Montella biex jinkludih fl-iskwadra tal-kbar, u nistgħu ngħidu li Matos ħataf tajjeb l-opportunità li ġietu! L-aspirazzjoni ta' Fiorentina hija dik li jkunu mal-ewwel 3 s-Serie A

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014