Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
34 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bdiet fit-triq fejn kont nilgħab mal-ħbieb u ta' 9 snin dħalt fin- nursery tal-Hibs. X'suċċessi prinċipali ksibt fil- karriera tiegħek? Erba' kampjonati, 5 trofej, 2 super cups, 3 Euro cups, Lowenbrau Cup, l-MFA Plejer tas-Sena u żewġ unuri tal-aqwa goalkeeper. X'kienu r-raġunijiet għaliex tlaqt lil Hibernains ftit tal-jiem ilu wara 21 sena magħhom u 8 snin man-nursery tal-istess klabb? Il-klabb ħass li ma fadallux iktar ċans għar-rebħ tal-kampjonat u peress li nqlajna mit-Trophy xtaq ukoll jintroduċi aktar żgħażagħ u għalhekk kien se jkolli ħafna inqas partiti regolari. F'Jannar kelli 3 offerti minn 3 klabbs lokali u wara li kkunsidrajt kollox iddeċidejt li mmur ma' Vittoriosa Stars. L-amministrazzjoni ta' Hibs xtaqet li int tibqa' tilbes il-flokk iswed u abjad tal-Pawlisti? Kemm il-President kif ukoll il-kumitat xtaquni li nibqa' hemm biex ngħin lill-goalkeepers l-oħrajn u nilgħab ukoll meta jkun hemm bżonn. Offrewli wkoll biex l-istaġun li ġej nilgħab mal- klabb biex ngħaqqad il-500 logħba magħhom. X'mar ħażin fil-klabb ta' Hibs matul dan l-istaġun? Ma naħsibx li huwa l-kompitu tiegħi f 'dan l-istadju li niġġudika x'mar tajjeb jew ħażin mal-Hibs. It-tluq ta' Soares u Dias hija l-unika raġuni tad-diżappunt ta' Hibs minn Jannar 'l hawn? L-iskwadra kienet diġà qasira fil- bidu tal-istaġun u bit-tluq ta' Dias u Soares kompliet tiddgħajjef. Fl-1998 irbaħt l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena. X'fisser għalik dan l-unur ferm prestiġjuż fejn tajjeb ngħidu li int kont l-uniku goalkeeper li qatt irbaħt dan l-unur personali f 'pajjiżna? Naħseb li huwa l-isbaħ unur li plejer jista' jirbaħ fuq bażi personali u meta tqis li jien goalkeeper allura dan l-unur huwa iktar ta' prestiġju għalija. Matul ix-xahar li għadda sirt ukoll l-iktar plejer Malti li lgħabt fil-Kampjonat BOV Premier. Żgur li dan il-fatt huwa ta' unur kbir għalik. Il-kummenti tiegħek. Tragward importanti, għaliex mhux faċli tilgħab dak l-ammont ta' logħob u meta tqis li lgħabthom ma' tim wieħed, allura jagħmilni aktar kburi. X'tifkiriet għandek tat-tim nazzjonali? Bla dubju li tirrappreżenta lil pajjiżek huwa l-akbar unur li tista' tikseb, u fortunatament irnexxieli nagħmel dan fi 68 logħba. Żgur li l-logħbiet kontra l-Ġermanja, Franza u l-Ingilterra jibqgħu memorji sbieħ. Il-futbol Malti marid? Faċli nikkritikaw, però żgur li ħafna affarjiet iridu jinbidlu biex il-futbol jerġa' jqum fuq saqajh. Minn meta bdejt tilgħab int, il-livell tal-futbol Malti żdied jew naqas? Naħseb li naqas bħala livell individwali però żgur li l-livell tal-coaching żdied u għalhekk it-timijiet qegħdin aktar ikunu preparati fiżikament u anki tattikament. Kif tħares lejn il-livell tal- goalkeepers f 'pajjiżna? Hemm ħafna goalkeepers żgħar telgħin tajjeb però għadhom mhux lesti, għalhekk irridu nkunu paċenzjużi u ntuhom iċ-ċans li jimmaturaw. Taħseb li jeżistu numru ta' goalkeepers żgħażagħ li għad jagħmlu isem fil-futbol Malti fil- futur qarib? Bla dubju. Biex plejer Malti jikseb suċċess irid imur barra minn Malta jew m'hemmx għalfejn? Żgur li jekk imorru barra se jkollhom iktar opportunitajiet u anki individwalment se jtejbu aktar il-livell tagħhom. Il-futbol Malti għadu jipproduci plejers ta' livell? Żgur li l-introduzzjoni ta' ħafna plejers barranin fil-kampjonati tagħna għalqet ħafna mill-ispazju liż-żgħażagħ tagħna. Tina l-aħħar dettalji tal-Mario Muscat Goalkepers School li f 'Ottubru li għadda għalqet 10 snin mill-ftuħ tagħha. Sa minn meta kont goalkeeper żagħżugħ, dejjem kont nemmen li xi darba niftaħ skola li tispeċjalizza fit-teknika tal-goalkeepers. Għalhekk 10 snin ilu ħassejt li kien id-dover tiegħi li naqsam dak kollu li kont tgħallimt u esperjenzajt mil-livell internazzjonali u anki mill-ogħla livell f 'Malta ma' dawn il-goalkeepers promettenti kollha. L-għan tal-iskola huwa dak li iktar footballers jagħżlu l-goalkeeping, fejn tgħallimhom it-teknika t-tajba, ttejjeb il-livell tal-fiżika tagħhom iżda l-iktar importanti dik li tifforma irġiel ġentlomi. Għaxar snin għaddew, u aħna ninsabu ferm sodisfatti b'dak kollu li rnexxielna niksbu. Mijiet ta' goalkeepers għażlu li jattendu l-iskola tagħna f 'dawn l-aħħar snin u aħna bħala kowċis rajnihom itejbu l-livell u t-teknika tagħhom iżda l-iktar importanti rajnihom determinati li jiksbu suċċess. Illum għandna goalkeepers li rnexxielhom jagħmluha sal-ogħla livell fil-futbol Malti u anki goalkeepers li ġew magħżula mat-timijiet nazzjonali ta' taħt is-16, 17 u l-21 sena. Però l-iktar li jagħtina sodisfazzjon bħala kowċis ta' din l-iskola huwa l-fatt li bnejna fit-tfal li jattendu l-iskola tagħna karattri b'saħħithom li huma lesti biex jaffrontaw kull sfida li l-ħajja għandha x'toffri. Fis-snin li ġejjin, aħna ninsabu determinati li ninvestu fi kwartieri għall-iskola tagħna waqt li ninsabu kommessi li nagħtu lill-goalkeepers l-aqwa opportunitajiet possibbli. Finalment nixtieq nirringrazzja lil dawk il-kowċis kollha li għenuni matul il-karriera tiegħi. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għall-kowċing staff dedikat tagħna, lill-isponsors, mezzi tax-xandir u l-aħħar iżda mhux l-inqas lill- ġenituri kollha li għażlu lill-'Mario Muscat Goalkeeper School'. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol, speċjalment il-futur imminenti tiegħek ma' Vittoriosa Stars? It-tragward tiegħi dan l-istaġun huwa li ngħin lil Vittoriosa Stars isalvaw u jiktbu storja ġdida fl- istorja tagħhom. Għad naraw lil Mario Muscat bħala kowċ, min jaf forsi kowċ ta' Hibernians FC? Bħalissa rrid nikkonċentra fuq il-futbol li jintlagħab, però ma neskludi xejn! Bħala wieħed mill-iktar goalkeepers Maltin li kisbu suċċess fil-futbol Malti f 'kull żmien, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol, speċjalment bħala goalkeepers. Importanti li l-ewwel nett jieħdu l-futbol bl-akbar serjetà u jekk iridu jaslu, jridu jagħmlu kull sagrifiċċju meħtieġ biex jaslu fejn verament jixtiequ. SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Mario Muscat – il-goalkeeper veteran li l-karriera tiegħu l-futbol bħala goalkeeper rebaħ kull unur li għandu x'jori l-futbol Malti. Ftit tal-jiem ilu ngħaqad ma' Vittoriosa Stars b'self sa tmiem l-istaġun, aħbar li ħasdet lil bosta segwaċi tal-futbol lokali. Iħalli lill-Hibs wara 21 sena ta' suċċess "F'Jannar kelli 3 offerti minn 3 klabbs lokali u wara li kkunsidrajt kollox iddeċidejt li mmur ma' Vittoriosa Stars" "Offrewli wkoll biex l-istaġun li ġej nilgħab mal-klabb biex ngħaqqad il-500 logħba magħhom"