Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
14 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 D avid Casa ilu attiv fil-politika għal dawn l-aħħar 25 sena. Bħala membru fundatur u sussegwentement Segretarju Ġenerali tal-Moviment Iva, kellu rwol ċentrali fil-kampanja favur is-sħubija ta' Malta mal-Unjoni Ewropea fil-perjodu ta' qabel ir- referendum. Casa kien ukoll maħtur bħala segretarju tal-Kumitat ta' Tmexxija u ta' Azzjoni Malta-UE. Kien l-Assistent Personali tal-Professur Guido de Marco, Ministru tal- Affarijiet Barranin u Deputat Prim Ministru. Ħadem ukoll bħala konsulent ta' Joe Borg, Ministru tal-Affarijiet Barranin. Kif ukoll koordinatur Inter-Ministerjali għal Kwistjonijiet tal-UE fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Casa huwa l-iktar kandidat b'esperjenza fil-Parlament Ewropew, hekk kif ilu membru ta' dan il-parlament sa mill-2004. Huwa l-uniku kandidat li se jikkontesta għal din l-elezzjoni għat-tielet darba konsekuttiva. Bħala Membru tal-Parlament Ewropew (MEP) f 'isem il-Partit Nazzjonalista, ħa r-responsabbiltà li jkun rapporteur għal żewġ rapporti sensittivi ħafna, jiġifieri l-Fond Ewropew għas-Sajd u l-adozzjoni tal-munita Ewro mis- Slovakkja. Fil-fatt ir-rapport li bih is- Slovakkja ssieħbet fiż-Żona Ewro jqisu bħala l-iktar ħidma importanti li għamel u li jibqa' jiftakar fil-Parlament Ewropew. Bħalissa għaddej b'ritmu mgħaġġel fil-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'Mejju li ġej. Fil-fatt Jum San Valentinu kien għalih jum ieħor ta' ħidma. Mistoqsi kif qatta' dan il-jum iddedikat għall- maħbubin, hu wieġeb: "Il-Ġimgħa ħadt sehem fuq programm fuq ir-radju, wara dhert fuq it-TV, imbagħad kelli l-home visits u wara ftit ħin ta' mistrieħ." Iżda mhux dejjem il-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew kienet apprezzata minn kulħadd. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, Casa flimkien mal-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola ħadmu qatigħ sabiex il-Parlament Ewropew jiddiskuti l-iskema kontroversjali tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza mill- Gvern Laburista. Hemm min ra dan l-aġir bħala wieħed pożittiv, iżda oħrajn ċanfruh u għajruh traditur ta' pajjiżna. Tlabtu jikkummenta dwar dan. "Akkost li niġi mgħajjar traditur bl-ikbar serenità nerġa' nagħmel dak li għamilt għaliex l-identità Maltija hija ferm aktar ta' valur minn kemm jaħsbu xi wħud. Jien iddefendejt il-valuri Maltin u L-iktar kandidat b'esperjenza fil-Parlament Ewropew David Casa dwar il- ħidma tiegħu bħala MEP, il-meritokrazija u x-xandir nazzjonali Jerome Caruana Cilia Età – 45 sena Professjoni – Membru tal- Parlament Ewropew Ikel favorit – Ikel Taljan Ktieb li qed taqra bħalissa – Illustrissimi: Letters from Pope John Paul I Persunaġġ mejjet li tammira - Giulio Andreotti David Casa jccilia@mediatoday.com.mt

