Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 23 LEWWEL produzzjoni wara s-suċċess miksub bil-Pantomima ta' dis- sena Pinokkio mill- Kumpanija Teatru Rjal hija l-kummiedja brillanti ta' Louis Buttigieg, Salvu Werwer Qed Jitwerwer. Maurice jaħseb li jkun qatel ħalliel li jkun daħal f 'darhom biex jisraq u ovvjament wara jaħseb biex jara kif se jagħmel biex jeħles minnu għax jibda jibża' li se jeħel kollox hu. Iċempel lil sieħbu Willie għall-parir fejn dan jissuġġerilu li jqabbad lil Salvu Werwer biex isolvilu din il-problema u ta' dan iħallsu sew! Sadanittant, Maurice jaħbi l-katavru f 'armarju li hemm fis-sala. Iżda x'jiġri meta Florinda tiftaħ l-armarju? Salvu Werwer jaċċetta li jġorr il-katavru? Lonza, il-mara ta' Salvu Werwer ukoll tiġi wiċċ imb wiċċ ma' dan l-imbierek katavru. Jarawh ukoll oħrajn però x'se jigri finalment mill-katavru? Dan u ħafna aktar fil-kummiedja brillanti Salvu Werwer Qed Jitwerwer li ser tittella' fl- Istitut Kattoliku, il-Furjana s-Sibt 22 ta' Frar fis-7pm u l-Ħadd 23 ta' Frar fil-5pm. Il-parti ta' Salvu Werwer tiġi interpretata mill- bravu Toni Busuttil li wkoll għandu f 'idejh id- direzzjoni. Flimkien miegħu nsibu lil Ina Robinich, Simon Curmi, Ray Abdilla, Simone Zammit, Tania Bartolo, Brian Farrugia, Bernice Darmanin, Dominic Cini u Alan Falzon. Il-booking għal din il-produzzjonijiet jinsab miftuħ mill-Booking Office u Bar tal-Istitut Kattoliku, Carmen Azzopardi, Tereża Bazaar u Pawlu Testa Travel (21223340 jew 99476468). Wieħed jista' jibbukkja wkoll online billi jidħol fuq www.kumpanijateatrurjal. com Kummercjali Il-futbol Malti u r-rivalità dejjiema f 'enċiklopedija ITTIELET volum tax-xogħol tal-istoriku tal-futbol Malti, Karmenu Baldacchino jkopri l-perjodu bejn l-1936 u l-1949. Il-ktieb iġib l-isem ta' 'Goal, The Official Encyclopaedia of the Malta Football Association' u kif jixhed ismu dan ix-xogħol huwa meqjus mill-MFA bħala l-istorja uffiċjali tagħha. Dan il-volum janalizza fid-dettall il-perjodu ta' qabel il-gwerra, żmien il-gwerra u s-snin 40. It-Tieni Gwerra Dinjija interrompiet wieħed mill-aqwa perjodi fl-istorja tal-futbol Malti. Is-snin 1936-1939 kienu snin ta' abbundanza. Dan kien perjodu fejn ħafna plejers famużi ħarbu minn pajjiżhom u fittxew kenn mill-persekuzzjoni f 'pajjiżna. Għalhekk il-livell tal-futbol Malti għola ħafna u l-pubbliku rrisponda billi mar l-Istadium bi ħġaru. Iżda s-sitwazzjoni nbidlet meta l-Italja daħlet fil-gwerra kontra l-Ingilterra. Il-logħob kompetittiv waqaf imma minkejja kollox il-logħba ma waqfitx għal kollox. Grazzi għas-sur Carmelo Scicluna tal-Istadium, il-futbol baqa' għaddej anki jekk fuq livell ħafna iżgħar. L-ewwel snin ta' wara l-gwerra ġabu magħhom bidla kbira fil-ħajja tal-Maltin. Bil- mod il-mod l-affarijiet bdew joqorbu iktar lejn in-normal u l-pajjiż qabad it-triq li fl-aħħar kellha twasslu għall- indipendenza. Is-snin 40 kienu snin mill- aqwa fl-istorja tal-futbol Malti. F'qasir żmien reġgħet ħadet il-pika bejn ir-rivali antiki, Valletta, Ħamrun, Sliema u Floriana. F'dan il-volum l-awtur jirnexxielu jaqbad ħafna minn dawk l-episodji sbieħ li żgur iġeddu l-memorji ta' dawk li jiftakru dak iż-żmien glorjuż. Bħal ma għamel fiż-żewġ volumi ta' qabel, Baldacchino żamm l-istorja tiegħu f 'ordni kronoloġika. Il-ktieb hu maqsum f 'erba' partijiet. L-ewwel parti: Il-Futbol Domestiku It-tieni parti: It-tim Nazzjonali It-tielet parti: Timijiet barranin Ir-raba' parti: Enċiklopedija tal-futbol Malti. Filwaqt li l-ewwel tliet partijiet jirrakkontaw dak kollu li ġara fil-futbol matul dan il-perjodu, l-istorja hija kkumplimentata b'ammont kbir ta' statistika. Dan jagħmel dan il-ktieb utli ħafna mhux biss għad-dilettant imma wkoll għall-ġurnalisti. Ir-raba' parti hija enċiklopedija tal-futbol Malti fejn wieħed isib dak kollu li għandu bżonn dwar kompetizzjonijiet, plejers, referìs, kowċis, uffiċjali, ġurnalisti, timijiet Maltin u barranin u ħafna affarijiet oħra. Dan it-tielet volum ta' GOAL huwa ppubblikat minn Horizons u jinsab għall-bejgħ mill-istess Horizons, BDL u l-ħwienet tal-kotba. Salvu Werwer qed jitwerwer fl-Istitut Kattoliku L-Istorja tat-Tarzna f 'Malta Brian Farrugia, Ina Robinich u Toni Busuttil, uħud mill-atturi tal-kummiedja LISTORJA tat-Tarzna kienet suġġett f 'diversi kitbiet u teżijiet fil-passat. Saru għadd ta' riċerki kemm minn Maltin bħal Karmenu Ellul Galea u anke minn barranin bħall-Olandiż Gerard Kesstler. Sammy Meilaq jidher li ħa r-riedni f 'idejh f 'dan il-qasam u ppubblika ktieb taħt forma ta' awtobijografija. 'Biċċiet Minni' hu ktieb li jiżboq lil kull ktieb ieħor dwar is-suġġett. Sammy Meilaq, li għadu attiv fil- qasam trejdunjonistiku u anke permezz ta' kitbietu f 'ġurnali lokali dwar il-qagħda tal- ħaddiem f 'dinja globalizzata. Is-Sammy, kif kulħadd jafu, qatta' żogħżitu, fil-baċiri li waqt li kien imexxi l-ikbar intrapriża f 'pajjiżna kien ikun qiegħed jaħdem mal-ħaddiem bil- mazza u l-iskalpell. L-intellett li jipposjedi s-Sammy, urih fl-eqqel żminijiet u f 'era ta' diffikultajiet fis-suq tat-tiswija u bini tal-vapuri. Tarznari barranin, immexxija minn kumpaniji kbar, għalqu u kienu keċċew il-ħaddiema, imma t-Tarzna taħt it-tmexxija ta' Sammy Meilaq baqgħet għaddejja ġġib ix-xogħol. Il-ktieb jirrakkonta kif sar l-imblokk tal-port bil-vapur Copper Mountain, il-mixja spontanja għal Belt u l-Kurja u t-taqlib li ġab miegħu l-Kapitaliżmu sfrenat. Fost il-kapitli hemm dawk dwar il-militanza, l-ispontanjetà u l-bastjunajr. Tispikka d-differenza bejn tmexxija f 'organizzazzjoni parteċipattiva u l-kuntrast ma' tmexxija awtoritarja. Dan huwa ċar fil-kapitlu dwar l-inċidenti fit- Tarzna, fejn bil-barka tal-Gvern tal-ġurnata, it-tmexxija ħadet il-poter awtoritarju, li wassal biex finalment kisser it-Tarzna bit-teħid tal-kuntratti tal- Fairmount, li huma spjegati ċar u tond fil-ktieb. Bla dubju huwa ktieb li jekk kont ħaddiem it-Tarzna f 'xi żmien għandu jkollok id-dar. Għal dawk li missirijiethom kienu jiksbu l-ħobża ta' kuljum minn dan il-post huwa l-post addattat. Studenti li beħsibhom jirriċerkaw għandhom minjiera ta' informazzjoni li jkomplu jżidu u joħorġu fatti ġodda. Ktieb li huwa miktub minn id li għexet il-fatti u esperjenzat ir-realtà.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014