Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Ħadd 16 ta' Frar 2014 Kummercjali Il-Fanal ta' Delimara jerġa' jara d-dawl IRRESTAWR tal-Fanal ta' Delimara, proġett imwettaq minn Din l-Art Ħelwa bl- għajnuna ta' GasanMamo, kien ippjanat fi tliet stadji u issa ntemm l-għan tal-proġett li joffri akkomodazzjoni lill-viżitaturi f 'post storiku. Il-Fanal, li għandu arkitettura Ingliża, inbena fl-1854 u serva bħala fanal marittimu u punt ta' referenza fil-ponta tax-Xlokk ta' Malta. "Kien diffiċli ħafna li tkejjel l-ammont ta' xogħol u ż-żmien li kien hemm bżonn biex jitlesta minn kollox ir-restawr tal-fanal, imma konna nafu li dan kien se jkun proġett li xtaqna nassoċjaw ruħna miegħu," qal Julian J Mamo, Direttur Maniġerjali ta' GasanMamo. "Meta tara dan il-fanal imponenti f 'tarf l-irdum tant tħossok sodisfatt li l-flus u ż-żmien li kien jeħtieġ ir- restawr sewa għall-ġid." Fl-ewwel parti tar-restawr issewwew il-ħitan tal-fanal, flimkien mas-soqfa u t-torri. Is-siment li nġabar f 'tiswijiet ta' matul iż-żmien tneħħa u l-fili mtlew b'taħlita ġdida ta' ġir. L-aperturi ta' barra kollha kellhom bżonn xogħol ta' restawr estensiv u kull biċċa li kienet nieqsa reġgħet ġiet maħduma mill-ġdid. Fit-tieni parti tal-proġett inbidel l-ilma u d-dawl ta' ġewwa, sar manutenzjoni fuq l-aperturi ta' ġewwa u twaħħlu f 'posthom il- kċina u l-kmamar tal-banju. L-ewwel żewġ stadji kienu lesti fil-bidu tal-2008, iżda l-aħħar parti damet ħames snin biex titlesta minn kollox. Din inkludiet ir-restawr tal-mekkaniżmu tad-dawl tal-fanal li jkopri l-kopertura, il-lentijiet tal-ħġieġ u l-mekkaniżmu tal-lanterna. Dottor Stanley Farrugia Randon, Kunsillier ta' Din l-Art Ħelwa, irringrazzja lil GasanMamo għall-interess u l-ġenerożità li wrew matul il-proċess kollu tar-restawr u ħeġġeġ lill-kumpaniji oħra jikkoperaw bl-istess mod u jagħtu daqqa t'id biex jgħinu fir-restawr ta' ġojjeli storiċi li jinsabu madwar il-Gżejjer Maltin. Ir-restawr tal-fanal sar permezz ta' GasanMamo u Din l-Art Ħelwa Pubblikazzjoni dwar il-Wirt Industrijali ta' Malta KOLLEZZJONI ta' kontribuzzjonijiet riċerkati dwar l-aspetti tal-passat industrijali ta' Malta kienu ppubblikati fi ktieb bl-isem ta' Approaches to Industrial Heritage: What works? Dawn il-kitbiet kienu ppreżentati u diskussi waqt konferenza li kienet saret fi Frar tas-sena l-oħra fil-Birrerija ta' Simonds Farsons Cisk. Meqjusa bħala l-ewwel inizjattiva f 'Malta li qed tindirizza dan is-suġġett kumpless waqt forum miftuħ, Approaches to Industrial Heritage: What works? tnediet miċ-ċermen tal-Fondazzjoni Farsons, Bryan A. Gera, flimkien mal-Pro-Rettur tal- Università ta' Malta, il-Prof Joe Friggieri, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Kultura Dr José A. Herrera u ċ-ċermen ta' Simonds Farsons Cisk Louis A. Farrugia. Fl-ewwel ta' Frar 2013, il-Fondazzjoni Farsons b'kollaborazzjoni mal-Fakultà tal-Ambjent Mibni fl-Università ta' Malta organizzat konferenza ta' ġurnata dwar il-wirt industrijali. Din il-konferenza kellha l-għan li tidentifika u telenka diversi metodi li jistgħu jservu ta' gwida għall-ħarsien u preżentazzjoni tal-wirt industrijali f 'Malta b'mod partikolari dak li jinsab għand Simonds Farsons Cisk plc. Iċ-ċermen tal-Fondazzjoni Bryan A. Gera qal: "Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal- Fondazzjoni Farsons hu li tikkontribwixxi, tippreserva, issostni u tgħin biex il-wirt nazzjonali jsir aktar magħruf. Il- konferenza tas-sena l-oħra dwar il-wirt industrijali u din il- pubblikazzjoni huma konformi mal-missjoni tal-Fondazzjoni. Nawguraw li dawn iservu biex iqanqlu aktar apprezzament, riċerka u żvilupp dwar il-wirt industrijali ta' Malta." Ko- editjata mill-Professur JoAnn Cassar u Dr Reuben Grima mill-Fakultà tal-Ambjent Mibni fl-Università ta' Malta, il-pubblikazzjoni tinkludi 15-il kontribuzzjoni. Dawn huma miktuba minn Timothy Ambrose, Dr Inġ. John C. Betts, il-Prof JoAnn Cassar, l-Onor. Dr Mario de Marco, Louis A Farrugia, Michael Farrugia, Bryan A Gera, il-Prof Robert Ghirlando, Dr Reuben Grima, l-Onor. Dr José A Herrera, James Licari, Joseph Magro Conti, Ray Polidano, il-Prof Alex Torpiano, u Godwin Vella. Il-Pro-Rettur tal-Università ta' Malta Joe Friggieri qal: "Din il-pubblikazzjoni tiffoka dwar aspett importanti tal-kultura tagħna. Turi wkoll għaliex għandna nieħdu ħsieb il- wirt industrijali u għalfejn għandna bżonn ninvestu fil- preservazzjoni tiegħu." Louis A Farrugia qal li l-kontribuzzjoni professjonali tal-membri tal-panel u tal-parteċipanti għenu biex il-konferenza tas- sena l-oħra kienet suċċess. "Wara li rċevejna kummenti pożittivi, imxejna fuq l-idea li niġbru l-ħsibijiet li kienu ppreżentati waqt il-konferenza u nippubblikawhom. Minn konferenza ta' natura ġdida u unika li organizzajna fi Frar li għadda, illum qed inħabbru pass storiku ieħor fl-istorja ta' Simonds Farsons Cisk plc permezz ta' din il-pubblikazzjoni. Bħala kumpanija rridu nippreservaw u ngħożżu l-wirt tagħna u fuq kollox naqsmuh mal-komunità." L-Onor. Dr José A Herrera qal: "Il-Gvern ma jistax ikun l-uniku operatur ta' tant kwantitajiet kbar ta' materjal ta' wirt kulturali li jeżisti f 'Malta. Il-konferenza u l-pubblikazzjoni dwar il-wirt industrijali huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Permezz tal-aġenziji u l-poteri leġislattivi tiegħu, il-Gvern għandu jsir wieħed mill- instigaturi ewlenin biex joħloq qafas, madankollu l-Gvern għandu bżonn l-għajnuna tas- settur privat, biex jaħdmu id f 'id u joħolqu l-aħjar prattiċi u jagħtu direzzjoni." Dawk li jridu kopja jibgħatu imejl lil sfc@farsons.com u jiġbru l-ktieb għal donazzjoni ta' €7. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Kultura Dr José A.Herrera japprezza xi ritratti antiki tal-birrerija ta' Simonds Farsons Cisk imdawwar (mix-xellug) mill-Pro-Rettur tal-Università ta' Malta l-Prof Joe Friggieri, iċ-Ċermen ta' Simonds Farsons Cisk Louis A. Farrugia, id-Direttur ta' Simonds Farsons Cisk Michael Farrugia, u ċ-Ċermen tal- Fondazzjoni Farsons Bryan A. Gera waqt it-tnedija tal-pubblikazzjoni dwar il-Wirt Industrijali Klijenta ta' Vodafone tirbaħ vaganza għal Disneyland CHARLENE Said għadha kemm rebħet vaganza għal Disneyland f 'Pariġi mal- familja jew il-ħbieb permezz tal-kompetizzjoni tal-Milied ta' Vodafone. "Din se tkun il-vaganza ta' ħajti grazzi għal Vodafone," qalet Said. "Ninsab verament grata ta' din l-opportunità. Din ħolma li saret realtà." Il-klijenti ta' Vodafone li riedu jżommu f 'kuntatt mal- maħbubin tagħhom matul il-perjodu tal-Milied u xtraw bundle ta' Vodafone matul Diċembru u Jannar rebħu premjijiet mill-isbaħ inklużi bundle kuljum, Nokia Lumia 625 kull ġimgħa u l-premju grandjuż ta' vjaġġ għal Disneyland f 'Pariġi. "Dan għal darb'oħra hu inċentiv għall-klijenti tagħna li jservi biex tissaħħaħ l-esperjenza tal-klijent ma' Vodafone," qal Sandro Pisani, Kap tal- Marketing minn Vodafone Malta. Charlene Said ir-rebbieħa ta' btala f 'Disneyland, Pariġi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014