Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 29 SPORTSillum Ashley Cole -azzjoni propju kontra t-tim li jista' jingħaqad miegħu matul is-sajf li ġej, Liverpool Januzaj - wieħed mill-ftit aarijiet pożittivi għar-Red Devils matul dan l-istaġun Mario Delia jippreżenta lil Jhonnattann Benites bit-tieni unur tal-BOV Plejer tax-Xahar f 'dan l-istaġun Liverpool iridu lil Ashley Cole ILPLEJER internazzjonali Ingliż, Ashley Cole, jidher li mhux se jmur jilgħab fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti fil-futur qarib hekk kif Liverpool qegħdin dejjem jersqu viċin li jakkwistaw is-servizzi tal- istess plejer matul is-sajf li ġej. Dan hekk kif kollox qed jindika li Cole li se jagħmel staġun ieħor jilgħab fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Cole, li għandu 33 sena, se jkun meqjus bħala aġent ħieles f 'Ġunju u jidher li mhux se jibqa' jifforma parti mit-tim immexxi minn Mourinho, Chelsea, hekk kif ftit li xejn qed jingħata ċans li jilgħab mal-ewwel 11 mill-Ispecial One. B'hekk il- kowċ ta' Liverpool Brendan Rodgers tefa' ħarstu fuq Cole hekk kif jaf x'isarraf dan il- plejer mill-jiem meta huwa kien imexxi lil Chelsea. Li huwa żgur hu li r-Reds se jakkwistaw difensur left back matul is-sajf li ġej u waqt li plejers iżgħar fl-età minn Cole qed jiġu kkunsidrati, il- fatt li Cole jista' jiġi akkwistat bi 'free transfer' qed tagħmel din il-possibbiltà iktar attraenti għat-tim ta' Anfield. Jekk Liverpool jonqsu milli jakkwistaw lil Cole, Manchester United, ukoll jidher li huma interessati fil-plejer internazzjonali Ingliż, iżda dejjem jekk ma jirnexxielhomx jakkwistaw lill-plejer internazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena, Luke Shaw, għalkemm jidher li hemm iktar ċans li dan il-plejer żagħżugħ jingħaqad ma' Chelsea milli magħhom matul is-sajf li ġej. Barra minn hekk jeżistu xnigħat li Cole jista' jirritorna ma' Arsenal, liema klabb huwa ħalla tmien snin ilu, iżda jidher li l-kowċ Franċiż tal-Gunners, Arsene Wenger, ma jinsabx interessat fid- difensur left back. Finalment Cole għandu offerta wkoll mingħand it-tim mill-Major Soccer League, New York Red Bulls, iżda l-plejer ta' Chelsea ma jridx jilgħab f 'dan il-kampjonat fl-Istati Uniti, almenu sal-2015. Adnan Januzaj – il-futur ta' Manchester United SKONT il-plejer Skoċċiż ta' Manchester United, Daren Fletcher, il-plejer żagħżugħ ta' 18-il sena li ngħaqad mar-Red Devils fil-bidu ta' dan l-istaġun, Adnan Januzaj, fil-futur għad ikun il-mexxej u plejer indispensabbli ta' Manchester United. Nistgħu ngħidu li matul dan l-istaġun, Januzaj, kien ir- rivelazzjoni tar-Red Devils fejn kellu logħbiet mill- aqwa. Indubbjament, Fletcher kien impressjonat b'dan il-plejer, waqt li jemmen li l-plejer imwieled fi Brussel fil-Belġju għandu l-potenzjal li jilħaq il- livelli ta' kull plejer li Fletcher lagħab miegħu kemm ilu jilgħab ma' Manchester United fosthom tal-fenomenu Portugiż li għadu kemm rebaħ il-Ballun tad-Deheb ftit tal-jiem ilu, Cristiano Ronaldo – liema paragun Ronaldo għandu jkun ferm kuntent bih! Fletcher saħaq li Januzaj huwa żagħżugħ tal-ġenn fejn mhuwiex minfuħ bih innifsu. Dan hekk kif huwa dejjem irid jitgħallem u jagħti importanza lill-pariri li qed jingħatawlu. Fletcher stqarr li l-plejer rivelazzjoni ta' Manchester United matul dan l-istaġun irid biss li joħroġ fil-grawnd u jesprimi lilu nnifsu. Fletcher żied li jittama li r-Red Devils kif inhuma iktar magħrufin Manchester United qed jgħinu bis-sħiħ lil Januzaj biex jagħmel dan. Il-plejer Skoċċiż afferma li l-partitarji tal-United mal- ewwel ħadu grazzja mal- plejer żagħżugħ u l-istess plejer qed iħalli impatt ferm pożittiv mat-tim minn Manchester. Fletcher jittama li Januzaj jibqa' mat-tim li matul dan l-istaġun xejn mhu qed jimpressjona, għal żmien twil. Dan hekk kif Januzaj joffri raġuni ġenwina għall-ottimiżmu fil-kamp ta' Manchester United. Benites fiċ-ċentru tal-prestazzjoni Karkariża FOST l-iktar plejers barranin li qed jimpressjona fil-Kampjonat BOV Premier matul dan l-istaġun, insibu lill- attakkant ta' Birkirkara, Jhonnattann Benites. Niftakru li dan il-plejer kien beda l-karriera tiegħu ma' Valletta iżda wara ftit logħbiet li fihom ma tantx impressjona, Birkirkara, akkwistaw lil dan il-plejer fejn donnu ma' dan it-tim huwa ttrasforma ruħu. B'hekk nistgħu ngħidu li Valletta taw rigal fuq platt lill-arċirivali tagħhom! Huwa rebaħ l-unur prestiġjuż tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2014. Dan kien unur mistħoqq wara x-xalata ta' gowls li skorja dan l-attakkant Karkariż f 'Jannar. Huwa skorja ħames gowls f 'xahar li jinkludu erba' gowls fir-rebħa ta' 7-1 kontra Naxxar Lions. Il-Brażiljan dejjem kien fiċ-ċentru tal-prestazzjonijiet formidabbli ta' Birkikara fil-Kampjonat BOV Premier dan l-istaġun li wassalhom biex jirbħu 13-il partita wara xulxin f 'ras il-klassifika tal- Kampjonat BOV Premier. Bħat-tim tiegħu, Jhonnattann, qed ikollu staġun mill-aqwa, wara li rebaħ il-BOV Plejer tax- Xahar għat-tieni darba din is-sena, bl-ewwel wieħed jirbħu f 'Novembru 2013. L-intwizzjoni tiegħu għall-gowl wasslitu biex sa issa skorja 14-il gowl fil- kampjonat. Mario Delia, Manager Personal Banking fi ħdan il-Bank of Valletta fil-fergħa ta' Birkirkara, ippreżenta lil Jhonnattan bit-tieni trofew tiegħu dan l-istaġun. Il-Brażiljan għażel lil Dar Pirotta biex tibbenefika mid- donazzjoni marbuta ma' dan il-premju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014