Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 5 Il-banek Maltin b'rati għoljin meta mqabbla mal-medja tal-Ewropa din telgħet għal 4.8% mentri pajjiżi bħal Lussemburgu din id-differenza baqgħet stabbli tul is-snin. "Ċertu banek qegħdin jargumentaw li l-banek lokali - il-core banks - għandhom kompetizzjoni ma' banek li jinvestu l-flus tagħhom barra minn Malta peress li joffru rata ta' imgħax ferm iktar. Però fir-realtà, in-non core banks ippenetraw biss parti żgħira - dik għall-imgħaxijiet ta' iktar minn 3 snin - għax 89% jippreferu jiddepożitaw il-flus tagħhom ma' banek Maltin," enfasizza Schembri. Minn naħa l-oħra, id-deputata tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet li ma tistax tispjega r-raġuni wara dan l-appell tad-deputat Silvio Schembri. "Huwa fatt li l-banek f 'Malta huma profittabbli però l-banek jistgħu qed iżommu dawn il-profitti biex jibnu bażi ta' kapital b'antiċipazzjoni għal kriterji regolatorji fuq il-kapital li jistgħu jintalbu li jkollhom fil-futur. Raġuni oħra tista' tkun biex isostnu l-flow of funds lill- Gvern peress li l-Gvern huwa debitur sinifikanti tal-banek lokali," kompliet Debono. Hi qalet li matul is-sena 2013, id-domanda għal kreditu, jiġifieri għas-self, naqset u jidher li din is-sena wkoll se tkompli jonqos. Normalment in-negozji jissellfu l-flus mill-banek meta lanqas iħossu li hemm xi riskji. "Allura ma nemminx li issa huwa żmien opportun li wieħed jieħu deċizjoni mingħajr analizi dettaljata dwar il-politka monetarja." Debono sostniet li m'għandux ikun hemm indħil mill- gvern. "Aktar minn hekk ma nemminx li għandu jkun hemm indħil politiku fi swieq kapitali, però jista' jkun li huwa żmien li nibdew nanalizzaw possibilitajiet fejn il-Gvern iniedi istituzzjoni forsi anke mfassla fuq in- National Development Banks li għandhom pajjiżi oħra u li permezz ta' din l-istituzzjoni jew istituzzjoni simili jiġu stabbiliti benchmarks fir-rati tal-interessi fuq self għall-intrapriżi żgħar u medji, sabiex is-suq isir aktar kompetittiv iżda b'mod effettiv." Madankollu, dan hu settur sensittiv li żgur jeħtieġ ħafna studju u analiżi qabel ma tittieħed xi deċiżjoni oħra. L-unika ekonomista fil-grupp parlamentari Nazzjonalista qalet li ma taħsibx li fuq settur daqstant sensittiv wieħed għandu jipprova jkun populist, definittivament proposta bħal dik tad-deputat Schembri tista' tappella u mad-daqqa t'għajn tinżel tajjeb iżda mhux neċessarjament tkun l-aktar waħda għaqlija ekonomikament u finanzjarjament fiż-żmien preżenti. "B'mod konkret nemmen li jeħtieġ ukoll aktar fondi mill- UE dedikati għall-inġinerija finanzjarja fejn jidħlu self low- cost u b'kollateral baxx." Debono qalet li r-Rati tal-Interessi f 'Malta huma relattivament għolja però l-banek għadhom qed isellfu b'mod normali għal kuntrarju ta' pajjiżi oħra, u kif semmejt id-domanda għas-self qiegħda tonqos. Segwina fuq Facebook Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday

