Illum previous editions

illum 16 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 Spekulazzjoni u inċertezzi marbuta mar-reshuffle tal-kabinett ta' Muscat JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt MATUL l-aħħar ġimgħat qamet kontroversja sħiħa dwar ir-reshuffle li potenzjalment jista' jagħmel il-gvern fil- ġimgħat li ġejjin. Min jgħid li dan se jkun ta' ġid għall- gvern filwaqt li oħrajn qed jisħqu li jekk isir ir-reshuffle ikun ifisser li Muscat ċeda għall-pressjoni u r-roadmap li kien jiftaħar biha qabel l-elezzjoni ġenerali kienet sempliċiment għajta ta' qabel l-elezzjoni. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM staqsiet numru ta' edituri u liċ-ċermen tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, jekk jaħsbux li r-reshuffle huwa bżonjuż u għalfejn. Il-Kap tal-Kamra tal- Aħbarijiet tal-PBS, Reno Bugeja, qal li din hija materja tal-Prim Ministru. "Huwa jaf xi bżonnijiet għandu," sostna Bugeja fi tweġiba kemxejn xotta. Nathaniel Attard, il-Kap tal- Kamra tal-Aħbarijiet ta' Media. Link Communications qal li jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat jew xi sors qrib ħafna tiegħu qed jgħid lill-mezzi tax- xandir li se jagħmel reshuffle (għax hu l-Prim Ministru biss li jista' jagħmel reshuffle u allura hu biss jista' jkun jaf x'fiha), u kemm se tkun kbira, hemm diversi raġunijiet għala jista' jkun qed jagħmel dan. L-ewwel nett, li l-Prim Ministru qed jipprova jidher sabiħ billi jitfa' t-tort għall- iżbalji tiegħu fuq il-Ministri billi jċaqlaqhom. It-tieni, sostna Attard, hi li bidla fil-kabinett daqshekk kmieni fil-leġiżlatura tagħti l-impressjoni li mhux veru li Joseph Muscat kellu xi roadmap jew l-aqwa kabinett, kif kien qed jiftaħar sena ilu. It-tielet, li Joseph Muscat qed juża l-ġurnali biex jara xi tkun ir-reazzjoni jekk tassew jagħmel it-tibdil li qed ikun imbassar, dak li l-Ingliżi jsejħulu 'kite- flying'. Ir-raba', kompla Attard, li l-Prim Ministru qed jipprova jagħti l-impressjoni li din se tkun bidla kbira biex meta jagħmilha n-nies jaħsbu li allura mhix kbira daqs kemm bassru l-ġurnali (li, hekk jew hekk, qalilhom hu jew sorsi qrib ħafna tiegħu). Il-ħames, li Joseph Muscat mhux jinduna li x-xnigħat ta' reshuffle jġibu inċertezza kemm fil-ministeri nfushom kif ukoll fl-operaturi ekonomiċi u soċjali li jkunu ttrattaw ma' Ministri partikolari u li jkunu jridu jerġgħu jibdew mill-ġdid ma' xi Ministru ieħor. Is-sitta, li l-Prim Ministru mhux jinduna li l-inċertezza dwar il-Ministri twaqqaf jew iddewwem xogħol li jkun beda u li żgur m'hawnx bżonn din l-inċertezza speċjalment meta għandna ċifri ta' qgħad qed jiżdied, għoti ta' sensji, tnaqqis fl-importazzjoni u tnaqqis fl- esportazzjoni. Is-seba', li Prim Ministru serju, anke jekk ikun qed jagħmel reshuffle daqshekk kmieni fil-leġiżlatura, iħabbarha meta jkun għamilha, u mhux joħloq spekulazzjoni u inċertezza hu stess minn qabel. L-editur tas-sit inewsmalta. com, Aleander Balzan, qal li sena ta' gvern hija żmien tajjeb biex Prim Ministru jagħmel ċerti bidliet fil-kabinett. "Il-kabinett huwa magħmul minn persuni u għalhekk meta wieħed ikun ħadem magħhom iktar fil-viċin ikun jista' jifhem u japprezza x'inhuma l-aqwa kwalitajiet, jew in-nuqqasijiet f 'individwu." Balzan sostna li dan jista' jwassal biex ikun hemm bidla ta' rwoli jew saħansitra d-deċiżjoni li individwu jista' jaqdi lill-poplu aħjar f 'kariga oħra, forsi anke lil hinn mill-istess kabinett. "F'dan il-każ għandna wkoll Prim Ministru li jrid jagħżel persuni għall-karigi importanti fil-pajjiż – President u Kummissarju Ewropew – u huma persistenti l-għidut li għal xi waħda minn dawn il-karigi jista' jingħażel xi membru tal-kabinett. Hawn il-Prim Ministru qiegħed f 'pożizzjoni diffiċli, imma fl-istess ħin tajba." Għandu numru ta' persuni tajbin minn fejn jagħżel għal dawn iż-żewġ karigi, kompla Balzan, u fl-istess ħin għandu wkoll għadd ta' Segretarji Parlamentari ta' stoffa li faċilment jista' jkun hemm uħud minnhom li jiġu elevati għall-Ministri. Hemm ukoll xi backbenchers li għandhom dawn il-kwalitajiet. "Fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid iżommu f 'moħħu li dan il-gvern għandu sfidi kbar. Dan mhux lanqas għaliex ħa t-tmexxija tal-pajjiż wara tant snin barra minnha." Għaldaqstant, sostna Balzan, ikun għaqli jekk il-Prim Ministru juża l-esperjenza sa issa u jkollu l-kuraġġ li jirfina fejn hemm bżonn. U dan mhux issa biss. F'dinja fejn kollox jinbidel il-ħin kollu bidla f 'kabinett m'għandha taħsad il-ħadd. Ngħid għalija iktar iddejjaqni l-biża' minn bidliet bħal dawn. Il-Kap tal-mezzi tax-xandir tat-Times of Malta, Herman Grech, qal li jemmen li reshuffle "Bidla fil-kabinett daqshekk kmieni fil-leġiżlatura tagħti l-impressjoni li mhux veru li Joseph Muscat kellu xi roadmap" META kkalkulat mal-40% diskrepanza tul l-aħħar leġislatura, is-serq tal- elettriku ammonta għal iktar minn 120 miljun ewro. L-eks ċermen u kap eżekuttiv tal-Enemalta Louis Giordamaina, illum kap eżekuttiv tal-Air Malta, ikkonferma li l-Gvern u l-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kellu f 'idejh din l-informazzjoni kollha dwar il-livell għoli ta' serq li baqa' jiddomina sena wara sena. "Kien fatt magħruf," ikkonferma Giordimaina. Din id-dikjarazzjoni twaqqa' d-difiża li ħareġ biha l-eks Ministru Tonio Fenech ilbieraħ fejn qal li ma kien jaf b'xejn. Fenech kien qed jirreaġixxi għall-kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi fuq ONE Radio fejn esprima r-rabja u d-diżappunt tiegħu għal mod kif il-Gvern preċedenti ħalla dan is-serq għaddej minkejja li kien jaf x'inhu għaddej. Kien it-Tlieta li għadda li l-Ministru Mizzi, f 'konferenza tal-aħbarijiet, żvela kif meters tad-dawl kienu qed jiġu mbagħbsa u ħadd ma kien qed jieħu azzjoni u kif dwar dan il- każ ġew sospiżi tliet ħaddiema. L-għada l-Erbgħa, fil- Parlament, Konrad Mizzi fisser kif ġew sospiżi ħames ħaddiema oħra wara investigazzjonijiet ulterjuri. Spjega wkoll kif il-Gvern preżenti, fl-ewwel tliet xhur tiegħu, waqqaf Theft Control Unit bil-għan li jagħmel analiżi dettaljata ta' kif jinsteraq id-dawl u jindirizza din il- kwistjoni mingħajr dewmien. L-eks ċermen tal-Enemalta jwaqqa' id-difiża ta' Tonio Fenech Tkompli minn paġna 1 "Il-Gvern qiegħed jaċċetta dak li jaqbel lilu biss" – Comodini Cachia "IRRESIDENTI u anke jien imħassbin ferm bil-fatt li l-bini ta' power station ġdida se ssir billi jiġu ankrati tankijiet ta' gass likwidu fiċ-ċentru tal-bajja ta' Marsaxlokk." Dan qalitu l-Kandidata għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista Therese Comodini Cachia waqt konferenza tal-aħbarijiet f 'Birżebbuġa flimkien mal-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Stanley Zammit. Huma esprimew it-tħassib tagħhom u tar-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment għar-residenti f 'Birżebbuġa u f 'Marsaxlokk. Comodini Cachia semmiet kif għar-residenti dan ifisser li se jiġu esposti għal riskji, tfixkil fl-eżerċizzju tax- xogħol tagħhom, tfixkil fl-eżerċizzju tal-ħajja familjari tagħhom, tfixkil fid-drittijiet fuq il-proprjetà tagħhom, u preġudizzju fuq id-dehra tal-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 February 2014