Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 17 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri L-ambjentalisti jittamaw li l-politiċi jibdew jieħdu passi favur l-ambjent naturali naturali tagħna. "Kif ġara, ngħidu aħna, meta sar tqaċċit bl-addoċċ ta' siġar fi skola pubblika jew tneħħa blat u saret ħsara lill- biodiversità fil-bajja ta' San Blas, f 'Għawdex," temm jgħid il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-ambjent. Astrid Vella, president ta' Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) ma taqbilx li l-Gvern qed jaddotta biżżejjed miżuri favur l-ambjent naturali tagħna. "Aħna naħsbu li r-realtà turi l-oppost. Mhux biss il-Gvern mhux qiegħed joffri l-protezzjoni meħtieġa lill-ambjent naturali tagħna, imma bil-politika favur l-industrija agrarja, il-Gvern qiegħed iħaffef id- deterjorament tal-kampanja tagħna." Vella fissret kif filwaqt li l-FAA hi favur it-turiżmu agrikolu, minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u l-fatt li l-villaġġi huma viċin ħafna tal-kampanja, l-FAA tisħaq li huwa iktar għaqli u sostenibbli li jsir użu mill- ħafna proprjetajiet vojta li nsibu fl-ibliet u l-irħula tagħna. "Dan nagħmluh minflok ma noqogħdu nibnu fuq art verġni. Aħna ninnutaw li l-politika l-ġdida ta' dan il-gvern ma tinċentivax l-użu ta' art kbira ta' rziezet industrijali li kienu ġew abbandunati." Vella spjegat li mhux biss l-art verġni ser tkun affettwata, iżda wkoll it-toroq ġodda li se jkollhom jinbnew. "Il-Gvern mhux qed iżomm f 'moħħu li se jkun hemm il-bżonn li jinbnew toroq u żoni ġodda. Dan minbarra li t-traffiku ser jiżdied fil- kampanja minn dawk li jipprovdu s-servizz f 'dawn iż-żoni turistiċi ġodda." Barra minn hekk, ir- regolamenti l-ġodda ma jistipulawx li jekk dawn l-impriżi l-ġodda jfallu, l-faċilitajiet agroturistiċi jkollhom jerġgħu jirritornaw lura għall-istat oriġinali tagħhom. "Dan jista' jwassal għall-bini ta' numru sew ta' vilel f 'żoni ODZ fil-futur qarib." "Naħseb li ma nkun qed ngħid xejn ħażin, u lanqas ħadd ma jmerini jekk nistqarr li storikament, il- konservazzjoni tal-ambjent u n-natura ġew politikament imwarrbin f 'Malta, l-istess bħal ma ġara fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa u l-bqija tad-dinja," qal kelliem għal BirdLife Malta f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM. Hu sostna li kienet ħtija ta' din it-traskuraġni li nħolqu ħafna mill- problemi ambjentali li Malta llum qiegħda tiffaċċja. L-ambjentalist qal li mhux qed nitkellem fuq xi theddid astratt li jista' jolqotna xi darba fil-ġejjieni, imma fuq problemi veri li qegħdin jolqtuna issa – fis-saħħa u l-benesseri tagħna, fil-kwalità ta' ħajjitna, u fis-saħħa tal- pjanti, l-annimali u forom oħra ta' ħajja selvaġġa li bilkemm ħallejnielhom spazju biex ikomplu jgħixu magħna. Dan il-kelliem fisser kif kien biss ftit taż-żmien ilu li l-bniedem beda jistenbaħ u jinduna bl-effetti negattivi li l-attivitajiet insostenibbli tiegħu qiegħed ikollhom fuq id-dinja li ngħixu fiha. Fl- aħħar in-nies bdew jintebħu li jekk ma rridux inkomplu nagħmlu ħsara rriversibbli fl-ambjent tagħna, l-affarijiet iridu jinbidlu biex inreġġgħu lura l-ħsara li diġà saret qabel ma jkun tard wisq. "Attivitajiet li jagħmlu ħsara fl-ambjent, bħall-qtil insostenibbli tal-għasafar fir- rebbiegħa, diġà wasslu għall- qerda totali ta' għadd ta' speċi f 'Malta, fosthom tal-Falkun Malti, ikona tal-kultura Maltija u tal-ħajja selvaġġa lokali. Dan l-għasfur tal-priża maestuż, razza tas-sotto-speċi Mediterranja tal-Bies, kien ibejjet fl-irdumijiet u l-widien ta' Malta u Għawdex, sakemm spiċċa għal kollox." Kull meta titkellem fuq l-għasafar, l-imsaġar, spazji fil-kampanja għall-ħajja selvaġġa, l-ilma tax-xorb u t-tniġġis, trid jew ma tridx ikollok tgħid l-istess affarijiet. Hu ċar li l-ambjent abbużajnieh sal-punt li la hu u lanqas aħna ma nifilħu aktar. Il-kuxjenza u t-tħassib tal- pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali qiegħed dejjem jiżdied. Dan hu grazzi għall-fatt li n-nies saru jifhmu u japprezzaw aktar l-interdipendenza tagħna man-natura. Imma hu fatt inkwetanti li r-rieda politika biex isir it-tibdil li tant hu meħtieġ fil-politiki ambjentali għadha lura ħafna, speċjalment meta mqabbla ma' dak li x-xjenza qiegħda turina u dak li qiegħda titlob l-opinjoni pubblika. "Il-petizzjoni lill-gvern biex itemm il-kaċċa insostenibbli fir-rebbiegħa hi biss eżempju wieħed. Aktar minn 40,000 votant Malti ffirmaw il- petizzjoni, biex permezz ta' referendum il-poplu jingħata s-saħħa jieħu dan il-pass pożittiv favur il-ħarsien tan- natura Maltija. Nittamaw li r-rispons politiku għal dan il- moviment popolari favur in- natura jkun wieħed pożittiv," temm jgħid l-attivist fi ħdan il-BirdLife Malta. Serata Letterarja f 'Ħaż-Żabbar Ħidma fost nies fqar fil-Guatemala MALCOLM SCHEMBRI ĦAŻŻABBAR FILMUŻEW tas-Santwarju Ħaż-Żabbar, ittellgħet serata letterarja l-Erbgħa 29 ta' Jannar 2014, organizzata minn VersAgħtini IKM flimkien mal-Ħbieb tal- Mużew tas-Santwarju, Ħaż- Żabbar. Fiha ħadu sehem Miriam Cassar li għamlet introduzzjoni u qrat żewġ poeżiji tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila, li huma "The terror of the desert" u "Titlifx Żmien." Maria Micallef qrat "Tilef Xortih" ta' Alfons Maria Galea. Rose Baldacchino qrat poeżija oriġinali miktuba minn Joe Baldacchino, filwaqt li Joe Baldacchino qara silta bid- djalett Żejtuni mill-ktejjeb fuq il-ġrajja tas-Simshar. Angele Vella, studenta ta' disa' snin, qrat il-poeżija "L-Għanja ta' Ċikkulata u Ċikkulatu" ta' Dun Karm Psaila. Raymond Montebello qara poeżija tiegħu filwaqt li Malcolm Schembri qara silta mir-rumanz "Is- Saħħar Falzun" ta' Agostino Levanzin. L-awtur Charles Casha qara mill-awtobijografija tiegħu "Jien ukoll għandi storja xi ngħid". Fl-aħħar nett saru xi interventi mill-pubbliku fuq l-iżvilupp tal-lingwa Maltija. Is-serata spiċċat b'bibità ċkejkna. Għalkemm l-udjenza li attendiet, ma kinitx kbira, però nnutajt li kien hemm il-preżenza ta' persuni li ġejjin minn oqsma differenti, minn studenti sa nanniet li għandhom tmenin sena, għalliema u eks għalliema, artisti, nisa tad-dar, ħaddiema tal-id u inġiniera. Din is-serata letterarja kienet mezz biex wieħed jikseb għarfien tal-wirt letterarju u l-identità Maltija. L-għażla tas-siltiet letterarji u t-tmexxija tas-serata kienu f 'idejn Miriam Cassar. Prosit lil kulħadd. FR. ANTON GRECH IZABAL, GUATEMALA IRRID nirringrazzja lill-Mission Fund tal- għotja sabiħa u ġeneruża li tawni biex inkun nista' ngħin lin-nies fqar hawn fil-Guatemala. Din id- donazzjoni hija mezz ta' għajnuna fil-ħidma tiegħi missjunarja, speċjalment mal-indiġeni Maja imxerrdin fil-villaġġi mbiegħda fiż-żona tar-Rain Forest u li tant jeħtieġu għajnuna kemm spiritwali kif ukoll materjali. Jiena nipprovdilhom l-ikel u nixtri mediċini għal dawk li verament m'għandhom xejn. Fost il-proġetti li qed naħdem fuqhom bħalissa nsibu: l-bini ta' ċentru għaż- żgħażagħ u football pitch, 'fish farm' fejn inkabbru l-ħut, rziezet tat-tiġieġ u proġetti utli oħra li huma ta' ħtieġa kbira biex ngħollu xi ftit il-livell tal-ħajja ta' dawn in-nies tant fqar. Għalhekk inħeġġeġ lill- pubbliku biex jibagħtu bolol użati jew flus lill-Mission Fund. Dawn jistgħu jaslu online jew permezz ta' tranżazzjoni diretta fil- kontijiet ta' dawn il-banek: HSBC (Account No: 061 197 448 050); BOV (Account No: 163 007 980 19); APS (Account No: 200 008 207 62) u BANIF Bank (Account No: 000 879 631 01). Wieħed jista' wkoll isib aktar informazzjoni mis-sit www.missionfund.org.mt. ma' Dana McKeon għalik? Għalija s-suċċess veru hu li nkun kuntenta bija nnifsi u b'ħajti. Nikseb suċċessi żgħar kull darba li naħdem għal xi ħaġa u tirnexxi, iżda nemmen li l-kuntentizza fuq livell aktar profond hija l-ħaġa li tagħtini l-aktar sodisfazzjon. L-iktar darba li stħajt? Meta kont għadni nibda ndoqq il-kitarra, kont ingħaqadt ma' grupp mużikali bħala kitarrista u waqt l-ewwel rehearsal flimkien ma' madwar ħamsin persuna oħra, intlaqt fuq is-siġġu u waqajt lura. Il- povra kitarra taret lejn in-naħa l-oħra tal-kamra u wiċċi sar tadama! Il-Futur ta' Dana McKeon… Il-futur qarib tiegħi mimli b'ħafna proġetti innovattivi fil-qasam tal-mużika, kemm fix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonali. Minn hemm 'il quddiem, nispera li l-karriera mużikali tiegħi tibqa' tiżviluppa u tkun mimlija b'ħafna aktar opportunitajiet sbieħ. "Il-Gvern qiegħed iħaffef id-deterjorament tal-kampanja tagħna"

