Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
34 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn it-tennis? Grazzi għall-inkoraġġiment persistenti tal-ġenituri tiegħi Maryrose u Alfred Dimech, ħija David Dimech u jien bdejna nilagħbu t-tennis minn ta' età verament żgħira u jien bqajt inħobb nilgħab dan l-isport minn dak iż-żmien 'l hawn. Lgħabt f 'ħafna turnaments lokali tal-juniors u l-ħafna taħriġ li għamilt ġie ppremjat mil-klassifiċi nazzjonali. Ilħaqt l-ewwel pożizzjoni fl-Under 10s, 12s, 14s, 16s u 18s. Kont champion tal-Under 18 ta' Malta ħafna qabel fil-fatt għalaqt it-18-il sena! Waqt li lanqas kont għadni għalaqt it-18-il sena, kelli żewġ esperjenzi internazzjonali mill- aqwa. L-ewwel waħda kienet meta rbaħt midalja tad-deheb u tal-fidda fil-logħbiet tal-FISEC fl-2001 kemm fit-turnament tas-singles kif ukoll f 'dak tad-doubles. It-turnament l-ieħor kien dak meta spiċċajt fit-tieni post fl-ITF Junior World Klassifika Tournament ta' taħt it-18-il sena li sar f 'Malta fl-2003, kemm fis-singles kif ukoll fid-doubles. Din kienet it-tielet finali tad-doubles f 'dan it-turnament, madankollu kienet l-ewwel finali tiegħi tas-singles. Wara li għelibt lil tliet tennisti nisa mis-Slovenja kif ukoll lit-tennista klassifikata fin- numru 1 fis-semi-finali, in-nuqqas ta' prattika ta' logħob ('match-practice') tiegħi kien ta' detriment għalija waqt il-finali. Madankollu, ridt nikseb suċċess ukoll fix-xena tal-kbar u rbaħt l-ewwel Malta Open tiegħi ta' 16-il sena u tlajt fl-ewwel post tal- klassifiċi fl-2002 u l-2004 meta kelli 17 u 19-il sena rispettivament. Il-karriera tiegħek tat-tennis ħadet diversi żvolti. Tina iktar dettalji. Iva, fil-fatt il-karriera tiegħi kellha tieħu waqfa ġaladarba dħalt fl-Università ta' Malta fejn kelli niddedika ħafna ħin għall-istudju u għalhekk ħadt pawża kbira mit- tennis u ma tħarriġtx b'mod regolari għal 7 snin sħaħ. Iżda, imbagħad, meta mort l-Ingilterra biex nagħmel id-degree tiegħi tal-Masters, ġejt magħżula biex nilgħab mal-ewwel tim tal-Università ta' Nottingham. Dik is-sena kienet waħda ta' suċċess kbir għalina bħala tim u ma tliftx lanqas logħba waħda tas-singles u lanqas waħda tad-doubles. It-tim tant kiseb riżultati pożittivi li ġejna promossi għall-ogħla diviżjoni. Din l-esperjenza reġgħet għal darb'oħra nibtet fija l-passjoni għal-logħba tat-tennis u minn dak iż-żmien 'l hawn qatt ma ħarist lura u ma waqaftx nilgħab. Minn mindu erġajt bdejt nilgħab, it-tennis tani iktar opportunitajiet biex nirrappreżenta lil pajjiżi. Fl-2012 kont parti mit-tim Malti li rrappreżenta lil Malta fil-FED Cup fl-Eġittu, waqt li fl-aħħar sena, kont parti mit-tim li rrappreżenta lil Malta fil-Moldova fil-Fed Cup fejn lgħabt ħafna mil-logħbiet tas-singles kif ukoll tad-doubles. Ir-rebħa tagħna kontra l-Irlanda, li tajjeb ngħidu li kienet l-ewwel darba li pajjiżna qatt kiseb rebħa kontra dan il-pajjiż għenna niksbu l-ħames pożizzjoni fit-turnament fejn ġejna qabel pajjiżi bħall-Madagascar, il-Marokk, l-Irlanda, l-Armenja, in-Norveġja, il-Kenja, in-Nambja u Ċipru. F'Mejju li għadda int flimkien mal-partner tiegħek fit-tennis, Elaine Genovese, ksibtu suċċess għal pajjiżna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru fil-Lussemburgu. Il- kummenti tiegħek. Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu kienu logħob li għamluni kburija ħafna. Il-partner tiegħi fid-doubles, Elaine Genovese u jien wasalna sal-finali fejn lgħabna kontra Steffi Vogt li hija klassifikata fil-155 post fil-klassifiċi mondjali tat-tennis femminili kif ukoll kontra Kathinka Von Deichmann li hija klassifikata fl-426 post fl-istess klassifiċi fejn tlifna fit-tieni set li kien tassew bilanċjat u li spiċċa f ''tie break' ta' 7-6 għat-tim minn Liechtenstein. Għalkemm din kienet telfa diffiċli biex naċċettaw minħabba l-fatt li konna tlifna dan it-tieni set b'differenza ta' tassew ftit punti, xorta waħda kien ta' sodisfazzjon kbir għalina li tajna sfida denja lil żewġ plejers li jinsabu fi klassifiċi internazzjonali tassew għolja u li x-xogħol tagħhom huwa biss dak li jilagħbu t-tennis matul is-sena kollha. B'hekk din il-finali wasslitni biex nirbaħ l-ewwel midalja tal-fidda tiegħi fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Wara dan kollu, l-isforzi tiegħi ġew rikonoxxuti mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) fl-aħħar MOC Awards. X'unuri prinċipali ksibt fil-karriera mill-aqwa tiegħek fit-tennis? Kont fl-ewwel post fl-U12s, U14s, U 16s u U18s fil-klassifiċi nazzjonali tal-juniors. Irbaħt il-British Airways Open Ladies Singles għall-ewwel darba fl-2001 meta kelli 16-il sena. Kont klassifikata fl-ewwel post fil-klassifiċi nazzjonali tat-tennis femminili fl-2002 u fl-2004. Fl-2003 kont klassifikata fl-ogħla klassifika internazzjonali tal-juniors fis-singles meta kont klassifikata fis-626 post. Fl-istess sena kont klassifikata wkoll fl-ogħla klassifika internazzjonali tal-juniors din id-darba fid-doubles meta kont klassifikata fil-567 post. Irbaħt ukoll midalja tal-fidda fl- U14s fiċ-'Citta di Genoa Torneo' li kienet saret f 'Genoa, l-Italja. Ksibt ukoll midalja tad-deheb fid-doubles fil-logħob tal-FISEC fil-kategorija ta' taħt is-17-il sena li saru f 'Malta fl-2001. Kont finalista fl-ITF Junior World Ranking Tournament li sar f 'Malta fid-doubles u anki fis-singles fl-2003 fil-kategorija ta' taħt it-18- il sena. Lgħabt ma' Virtus Tennis Club f 'Vittoria fi Sqallija għal staġun wieħed fl-2004. Fis-sena ta' wara lgħabt ma' A.S.D. Leonardo Tennis Academy fi Sqallija wkoll iżda din id- darba ma' Catania, ukoll għal staġun wieħed. U matul dik l-istess sena, fl- 2005, irbaħt kemm is-singles kif ukoll id-doubles fis-Samsung International Summer Open, V.L.T.C. Ħadt sehem fil-Fed Cup f 'Johannesburg fl-2002, fl-2004 f 'Malta, fl-2012 f 'Kajr u fl-2013 f 'Chisinau, fejn tajjeb ngħid li kont parti mit-tim Malti li għeleb lill-Armenja u lill-Irlanda. Fl-2003 irrappreżentajt lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u erġajt għamilt dan fl-2013 fil-Lussemburgu fejn irbaħt ukoll il-midalja tal-fidda. Fl- 2004 ħadt sehem fl-ITF Pro Circuit $25,000 f 'Katanja u f 'Galatina u erġajt għamilt dan fl-2006 f 'Katanja. Barra minn dan kollu, ħadt sehem ukoll fil-Kampjonati Ingliżi tat-tennis tal-Universitajiet u l-Kulleġġi fejn kont ir-rappreżentanta tal-istudenti barranin fit-tim tal-Università ta' Nottingham li rebaħ il-promozzjoni wara l-wirjiet tajba u r-riżultati pożittivi li kiseb matul dak l-istaġun. L-aħħar impenn tiegħek kienet il-FED Cup f 'Tallinn fl-Estonja. X'kienet tinvolvi din l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Iva, fil-fatt għal darb'ohra, matul din is-sena kelli l-unur li nirrappreżenta lil Malta fil-FED Cup fl-Estonja eżattament f 'Tallinn. Malta lagħbet kontra l-Islanda, l-Irlanda u l-Moldova. Bdejna dan it-tournament b'mod pożittiv meta għelibna lill-Islanda. Madankollu sibna oppożizzjoni iktar iebsa mit- timijiet tal-Irlanda u l-Moldova. Amy Bowtell, li l-ogħla klassifika tagħha fis-singles kien dak ta' 449 fl-2013, kienet parti mit-tim Irlandiż, u kienet oppożizzjoni b'saħħitha kemm fis- singles kif ukoll fid-doubles. Fil-fatt, it-tim tagħhom għeleb ukoll lill- Greċja u ġie promoss għal diviżjoni ogħla. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-tennis? It-tennis mela lil ħajti b'ħafna esperjenzi u għeni biex nifforma l-persuna li jien illum fuq diversi livelli. Qed inħares 'il quddiem biex nilgħab iktar tournaments waqt li nittama li jkolli iktar opportunitajiet li nirrappreżenta lil pajjiżi fil-futur. SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Rosanne Dimech – it-tennista Maltija li sa issa kellha karriera ta' suċċess t-tennis u li għamlet isem għal pajjiżna barra minn xtutna f 'dan l-isport Karriera ta' suċċess fit-tennis "It-tennis mela lil ħajti b'ħafna esperjenzi u għeni biex nifforma l-persuna li jien illum" "Nittama li jkolli iktar opportunitajiet li nirrappreżenta lil pajjiżi fil-futur"

