Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 13 FUTBOL CRAZY U kemm ħadha bi kbira l-kbir Jowey tagħna għax qabduh li mar jara lil Milan jinqalgħu (aħħ kemm niktibha bil-qalb din). Kont nistenna ħafna aħjar minnek ħa ngħidlek. Mela l-Ħadd tikkritika lill-ġurnalisti għax ma semmewx lil Andre Schembri li skorja f 'Ċipru u int flok mort tarah jilgħab mort lejn Milan tara lil Balotelli jagħqad f 'nofs l-arena tal-bullfighting. Basta Malta l-ewwel u qabel kollox! Issa stenna ftit għax jekk mort tbigħ xi passaport allura niskuża ruħi… iżda ħa ngħidlek waħda Ġuż, jekk ridt tagħmel xi negozju bil-passaporti mort tara tim żbaljat ta, naħseb li l-Inter ridt tara għax dawk m'għandhomx plejer wieħed Ewropew magħhom. U oħra dak li ħadt miegħek (iżommlok il-bagalja) kemm hu ħmar għid, lanqas induna li r-Red Devils ta' Milan mhux Manchester United… Ħasra biss li sew il- Milan kif ukoll Arsenal se jinqalgħu għax stajtu kontu forsi tmorru waħda flimkien int u l-arluġġar u ma tafx kif kont tiffranka li jsibek Robert ta' Ħal-Qormi għax l-arluġġar kien jieħdok bi private jet… X'taħseb Joe? U oħra Żepp, kif kont Milan stajt mort iżżur lil Putin fil-kerrejja li għandu f 'Sochi fejn stajt tiltaqa' mal-ewwel atleta Maltija li waqqgħetna għan-nejk fl-Olimpjadi tax-Xitwa. Qas ħaqq kemm niżlet u telgħet mal-Magħtab waqt it-taħriġ. Xi ilsna ħżiena qalu li dak li skarta ħaddieħor ġbarnieh aħna! ILPAPARAZZI Ara kif spiċċaw sħabi Matthew u Robert - paparazzi, għassa tan-nies li se jsiefru. Min ġie Malta u min sejjer minn Malta qbadtuhom. Iżda lil min itellgħu fil-kamra tal- lukanda meta jkunu barra xtutna għadkom ma ġbidtu l-ebda filmat. Jekk tridu nagħtikom xi ħjiel jien. Basta lili tħalluni kwiet meta xi kultant naqbad xi ajruplan. Isma' bilħaqq qatt smajtu li Berlusconi meta kien prim ministru kien imur jara lil Milan u li Wenzinu wkoll ġieli mar jara l-Inter. Kontu għadkom żgħar naħseb!!! U GOUDER BAQA' BLA BREJKFAST U sieħbi l-Gouder spiċċa bla brejkfast. Tort tiegħu kien jidher wisq. U kemm jgħolli rasu sar fejn jara kamera! Issa tefagħha bħala fotografu ta' Wirt Artna ta. Għax tgħidx kemm qed jiġbed ritratti ta' pajjiżi u rħula Maltin u Għawdxin. Ħallieh li qas qatt kien resaq lejhom qabel. Jaħasra mingħalih għax ġibed ritratt ta' triq dejqa fir-Rabat se nivvutalu… Jekk trid il-vot ħudni sa Brussell u mela bir-ritratti trid ta**i. Nispera li mill-25 ta' Mejju tibda titfagħlna xi ritratt ta' Bruges jew tat-tfajjel li jpixxi fil-Belġju ta u mhux tinsina għal kollox. U jekk tibqa' l-art mal-MEPA dejjem hemm postok issa li taf l-arkitettura kollha tal- villaġġi Maltin. Sadattant Cyrus beda jinkwieta u issa jidher li dar għal klieb… u jekk ma temmnunix araw ir-ritratt u anke dak li kiteb hu stess fuq il-Fejsbuk "Esperjenzi sbieħ waqt il-kampanja - qattajt kwarta nilgħab ma' kelb li jismu Ace" TATA In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek ATTARD, li huwa canvasser tas-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Chris Said, baqa' jgħin lil Cutajar sal- 10 ta' Marzu 2013, il-jum tal-aħħar elezzjoni ġenerali. Matul dawn it-tlieta u għoxrin ġimgħa l-eks Sindku Nazzjonalista kien jaħdem erbgħin siegħa fil-ġimgħa ma' Kevin Cutajar. Il-gvern Nazzjonalista qabel li jħallas lil Attard €6.94 fis-siegħa għal dan ix-xogħol, għal spiża totali ta' €6,400. Dokumenti li ra ILLUM jikkonfermaw li l-canvasser ta' Chris Said tqabbad mill- gvern Nazzjonalista biex jgħin lill-kandidat Nazzjonalista waqt home visits u waqt attivitajiet politiċi tal-Partit Nazzjonalista matul il- kampanja elettorali, dakinhar ta' jum il-votazzjoni u anki fil-counting hall. Fid-dokumenti li ra ILLUM u li permezz tagħhom sar il-ħlas minn fondi pubbliċi lil Anthony Attard, ma jingħataw ebda dettalji li jiġġustifikaw dan l-istess ħlas. Madankollu, Kevin Cutajar, il-kandidat Nazzjonalista li għalih ħadem Attard, huwa persuna nieqes mid-dawl. Jirriżulta iżda li qabel ikkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali Cutajar kien diġà kkontesta mal-Partit Nazzjonalista l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-2007 u l-2012, tant li llum huwa Kunsiller Nazzjonalista fuq ix-Xagħra. Mhux magħruf jekk għal dawk l-elezzjonijiet gvern Nazzjonalista kienx ħallas ukoll persuna jew persuni, minn fondi pubbliċi, biex jgħinu lil Cutajar matul il-kampanja elettorali. Illum Cutajar huwa wkoll kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Mejju li ġej. Mhux magħruf jekk il- Partit Nazzjonalista, issa mill-Oppożizzjoni, hux se jkun qed iħallas mill-ġdid lil Anthony Attard jew lil xi ħadd ieħor, biex kif sar sena ilu, jerġa' jgħin lill- istess Cutajar f 'kampanja elettorali, li did-darba tkopri lill-pajjiż kollu u mhux biss lil Għawdex. Tibda l-konsultazzjoni dwar ir-riforma tal- gwardjani lokali ISSEGRETARJU Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Josè Herrera qal li l-akbar spiża tas-sistema tal- infurzar lokali kienet tmur għand il-kumpaniji tal- Gwardjani Lokali, "minkejja li s-servizz huwa wieħed ħażin." HU qal dan waqt l-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni mal-pubbliku dwar ir- riforma fl-infurzar lokali li saret is-Sibt filgħodu. Herrera spjega kif fl- aħħar tliet snin fir-reġjun tat-Tramuntana nħarġu b'kemm jiswew €2.8 miljuni ċitazzjonijiet li minnhom tħallsu €2 miljuni. Minn dawn, €1.7 miljuni marru għand il-privat bil- kumplament, ir-reġjun irid iħallas l-ispejjeż amministrattivi li għandu u għalhekk ma jibqa' kważi xejn biex jitqassam lill-Kunsilli Lokali. Hu ssokta jgħid li fir-reġjun taċ-ċentru nħarġu bi €8.5 miljuni li minnhom tħallsu €6.2 miljuni. Minn dawn €5.1 miljuni marru għand il-privat. Is-Segretarju Parlamentari qal li meta wieħed iqis li ammont sostanzjali ta' ċitazzjonijiet mhumiex qegħdin jitħallsu, il-bilanċ li qed jibqa' f 'idejn il-Kunsilli Lokali huwa wieħed baxx ħafna. "Għalhekk hemm bżonn ta' riforma," tenna s-Segretarju Parlamentari. Is-sistema tal-infurzar lokali ddaħħlet 14-il sena ilu u r-riforma li qed ikun proposta mistennija li tkun waħda pożittiva. "Il-white paper tal-lum hija l-bidu ta' proċess ta' konsultazzjoni li ser jibqa' għaddej sat-18 t'April. Proċess li permezz tiegħu qegħdin nagħtu ċ-ċans lil kulħadd jesprimi l-opinjoni tiegħu," tenna Herrera. Il-white paper qed tipproponi li jitwaqqaf unit ċentrali li jibda joffri s-servizz lill-kumitati reġjonali. Il-unit, tenna Herrera, se jiggarantixxi l-impjiegi tal-Gwardjani Lokali u se jaħdem biex isaħħaħ il- kundizzjonijiet tagħhom. "L-istess unit se jkun qiegħed ifassal pjan biex tonqos l-ispiża u jtejjeb is-servizz mogħti mill- Gwardjani Lokali fl-istess ħin li jassigura li din ir-riforma ma tkunx waħda kosmetika imma fattibbli u li tħalli r-riżultati mixtieqa," temm jgħid Herrera. Mhux magħruf jekk il-PN hux se jħallas għal canvasser mill-oppożizzjoni Tkompli minn paġna 1 Kieku fittxew Kastilja kienu jfittxuhom jaħasra Esperjenzi sbieħ waqt il-kampanja. Woof!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014