Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 K evin Plumpton beda jimmilita l-politika ta' età żgħira u dejjem ħass li postu hu l-politika. Il- motivazzjoni tiegħu hi li jkun aġent tal-bidla, li jara l-pajjiżu jkompli sejjer 'il quddiem u li jkompli jtejjeb il-livell tal-għixien tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. "Ta' tletin sena żgur nista' nagħti ħafna enerġija. Nemmen li l-politika fil-każ tiegħi m'għandix tkun pjan għall-irtirar, iżda servizz li noffri fl-aqwa ta' ħajti u għalhekk, inqisu bħala kumpliment kull min jirreferi għalija bħala l-kandidat żagħżugħ." Għall-ewwel darba, Plumpton tkellem dwar il-kummenti li kien qal dwar il-kwistjoni tal-iskema taċ-ċittadinanza, fejn fuq Facebook kien qal li "issa wasal iż-żmien li l-Oppożizzjoni, is-soċjetà ċivili u l-poplu Malti u Għawdxi jingħaqdu biex din l-iskema tkun waħda ta' suċċess." Huwa qal ukoll li l-PN, jeħtieġ li jirtira l-protest ġudizzjarju mill-Qorti għaliex, "issa, fl-aħħar, il-Gvern sema' minna u mill-Kummissjoni Ewropea." Il-kandidat tal-PN qal li jkun qed jigdeb kieku jgħid li ma ħalliet l-ebda impatt. "Nista' ngħid l-episodju saħħaħni, u anzi qed inżid il-ħidma. Kieku għandi media black out miniex qed nagħmel din l-intervista." Hu sostna li żamm lura milli jgħaddi xi kummenti mal-mezzi tax-xandir, sabiex dawn ma jintużawx għal skopijiet partiġġjani mill-Partit Laburista. Plumpton enfasizza li l-kumment kien sempliċiment jirrifletti l-opinjoni personali tiegħu u issa għalih il- kwistjoni hija magħluqa. "Case closed. Nassigurak li mal- partit u b'mod speċjali ma' Simon iddiskutejtha immedjatament, u r-relazzjoni jekk xejn issaħħet u żgur mhux iddgħajfet." Meta lil President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) staqsejtu dwar il- kritika li qed issirlu, li qabel l-elezzjoni l-MŻPN kien rieqed u kemxejn semma' leħnu, filwaqt li issa qed jerġa' jqum u dan sempliċiment sabiex jidher hu, hu wieġeb: "L-MŻPN dejjem kien u għadu attiv, iżda trid tapprezza d-differenza bejn Partit fl- Oppożizzjoni u Partit fil-gvern. Huwa fatt li mill-elezzjoni 'l hawn qed naraw mewġa ta' nies ġodda, ħafna żgħażagħ li qed iġibu enerġija ġdida u li qed tiġi riflessa fil-ħidma tal-MŻPN." Assigurani li l-MŻPN dejjem ħadem bla heda biex imexxi l-ideali tiegħu 'l quddiem. "Forsi llum iktar b'mod viżibbli." Dwar it-telfa storika tal-PN, Plumpton qal li partit politiku ma "Il-politika m'għandix tkun pjan għall-irtirar" Kevin Plumpton dwar il-kummenti li għadda fuq iċ-ċittadinanza u x'jaspira li jagħmel l- Parlament Ewropew. Jerome Caruana Cilia Età: 30 sena Professjoni: Prattika ma' Ditta Legali Pajjiż favorit: Ir-Renju Unit Ktieb li qed taqra bħalissa: I am Malala Politiku li tammira: Angela Merkel Kevin Plumpton jccilia@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014