Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
nsiru nafu x'hemm wara dawk l-għajnejn żoroq, dak ix-xagħar twil u wara dik it-tpinġija. Jiena sibt persuna mimli ħajja, mimli pożittività, mimli responsabbiltà, mimli għerf li ġabru matul triqtu fl-università tal-ħajja u mimli mużika u mħabba lejn kulħadd. Fakkarni xi ftit fl-epoka tal-hippies…love and peace… "Jien naħsibhom l-affarijiet aktar milli nuri bil-preżenza tiegħi" beda biex qalli Wayne, "considerate wisq u nħobb nara aktar lil ħaddieħor ferħan." Wayne li mill-ewwel tani bixra ta' bniedem altruwist qalli li fil-familja tiegħu dejjem kien uniku, "kont l-uniku wieħed li għandi tpinġija, l-uniku wieħed li kont inpejjep (għax ili xahrejn li qtajthom issa), l-uniku wieħed li ndoqq u l-uniku wieħed li għandi mutur." Iżda Wayne dan għamlu biex ikun differenti minn kulħadd? "Le lanqas xejn. Iċ-ċirkostanzi ġraw hekk. Qatt u qatt ma xtaqt inkun differenti minn ħaddieħor. Inpejjep għax nieħu gost inpejjep, indoqq għax il-mużika qiegħda fija, għandi tpinġja għax minn dejjem kont inħobbhom u mutur għax dejjem xtaqt li jkolli mutur. Niftakar li xtrajtu minn Għawdex anke jekk missieri qatt ma riedni nixtri mutur." Wayne baqa' ġuvni s'issa b'għażla tiegħu, iżda missier żewġ anġli, u jgħid li wliedu ġegħluh jaħseb differenti minn qatt qabel għax iħossu responsabbli għalihom u jrid li jitrabbew bl-aħjar mod possibbli. Sadattant id-diskors waqa' minn meta kien tfajjel hu, dwar it-trobbija tiegħu. "Kelli trobbija normali però kont nieqes ħafna minn missieri għax kien jaħdem il-Libja u kien jitlaqna għal sitt ġimgħat sħaħ. Dan il-fattur għaqqadni ħafna aktar ma' ommi fejn kont inqisni bħala 'mummy's boy'. Iżda d-dinja tiegħi waqgħet f 'daqqa waħda meta kelli 15-il sena, ommi qabditha melenġite u mietet f 'ġimgħa. Ħajti nbidlet. Rajt dinja differenti mingħajrha. Minn dakinhar ħlift li ma niżżewweġ qatt. Ridt ngħix għal rasi u indipendenti. Ma kellix fuq min niddependi iżjed. L-omm hi l-ħolqa tal-familja u għalija kienet kollox u għalhekk ħajti ħadet xejra differenti għal kollox." Wayne sab xogħol bħala waiter Il-Fortizza u malli faddal l-ewwel Lm80 qabad u mar xtara kitarra tal-elettriku, "Tgħallimtha waħdi. Meta sħabi kienu jkunu Paceville jgħabbu t-tfajliet jien kont noqgħod waħdi d-dar indoqq u nitgħallem u l-għada sħabi jċempluli jirrakkuntawli u jinkuni xi tlift. Iżda ma jiddispjaċinix b'dak li għażilt għax il-mużika żżommok żagħżugħ. Ġieli niltaqa' ma' ħbieb ta' tfuliti u narahom xjaħu wisq." Hawnhekk Wayne intefa' fi speċi ta' trance jitkellem dwar il- mużika fejn qalli li meta ddoqq mal-bands ma taqlax flus, iżda kemm ilu li ngħaqad mal-Big Band Brothers iltaqa' ma' dinja oħra ta' tiġijiet u avvenimenti li jagħtuk dħul finanzjarju. "Music takes you places" qalli Wayne b'dik it-tbissima filwaqt li ordna żewġ cappuccinos oħra. "Jiena ndoqq għax l-uniku ħaġa li naf nagħmel. Nieħu gost nara u nisma' kitarristi oħra anke ħafna iżgħar minni għax hemm minnhom li jġibuli għajnejja wara widnejja daqs kemm hawn bravi. Għalhekk dejjem nibqa' nitgħallem." Fattur interessanti hu li Wayne hu magħruf bħala kitarrist u mużiċist iżda ftit jew xejn jinteressah jaqra l-mużika li wkoll tgħallem waħdu jaqraha. "Nipprova ma naqrahix il- mużika għax meta naqraha nieħu ħafna aktar ħin biex indoqqha. Għandi talent li kif nisma' biċċa mużika ndoqqha." Hawnhekk deher ftit skomdu għax qalli li hu ma jridx jiftaħar bl-ebda talent, però jien komplejt ngħidlu li meta taċċetta t-talent tiegħek ma fiha xejn ħażin speċjalment jekk bih tferraħ lil ħaddieħor u fl-istess ħin biex nurih kemm nifhem fil-mużika għidtlu li hu jdoqq bl-udit. Tbissem u kompla, "Nemmen li dak hu l-artist veru u proprju, dak li jagħti l-laqta tiegħu u mhux idoqqha eżatt kif tkun miktuba." Tkellimna dwar id-dehra li jiproġetta. "Dan li qed tara hu jien, u hekk inħossni komdu. Ma nagħtix każ id-dehra tiegħi u ma jinteressanix min jaċċettani jew le. Iżda bħalissa billi qed inkun fuq it-TV ma' Ivan Grech u Jackie fil- programm 'Saturday Express' fuq ONE TV, sirt nagħti kas x'nilbes għal fuq it-TV. Flokk sirt ngħaddih, is-soltu kif joħroġ mill-ħasil nilbsu." Ma stajtx ma nistaqsihx dwar kif iħares lejn uliedu u lejn l-imħabba. "Noħlom biss li wliedi jitrabbew sew u kuntenti." Iż-żewġ uliedu jgħixu ma' ommhom iżda hu jarahom regolarment. "Nixtieq li nsib mara li tifhimni u jkolli relazzjoni serja. Għax kultant inħossni waħdi u meta jħossni hekk nibda ndoqq biex nimla l-vojt. Però hu fatt ukoll li l-ħajja ta' mużiċist hi waħda li taqtgħek minn kull relazzjoni. Għax taħdem ħafna weekends meta l-koppji jieħdu gost joħorġu flimkien. Kultant tħossha li int qed iddoqq u quddiemek ikun mimli familji jieħdu gost flimkien." Bdejna niddiskutu l-ħajja tal- mużika f 'din il-gżira. "Jekk tkun tagħmel parti ma' band bħali, iva hemm futur u tista' tgħix bil-mużika. Iżda l-mużiċist iż-żgħir mhux stmat. M'aħniex nagħtuhom ċans. Il-bars iriduhom li jdoqqulhom b'xejn jew inkella jqabbduk iddoqqilhom u jkunu jriduk iġġib l-udjenza tiegħek, speċi qishom qed jagħmlulek pjaċir biex iddoqqilhom." Iddiskutejna ftit iż-żgħażagħ tal-lum u hawn stajt nilmaħ żagħżugħ li ġej minn dinja notturna jitkellem b'mod l-aktar responsabbli, "li ż-żgħażagħ jirribellaw hi xi ħaġa normali għal kull żagħżugħ, iżda t-tfal li telgħin illum huma bla rispett lejn ħadd u xejn. Il-ħajja ta' Paceville qed jibdewha kmieni wisq u tara żgħażagħ ta' 14-il sena jiġru Paceville sal-4 u l-5 ta' filgħodu. Xeni tal-biża'. Żgur lill-uliedi ma rridx narahom hekk. Nemmen li l-futur qiegħed fl-arti. Ma rridx nisfurzahom idoqqu l-kitarra iżda żgur li se nħajjarhom ikunu artisti f 'liema forma jixtiequ huma." Il-perċezzjoni tiegħi hi li l-mużika tressqek lejn id-droga u l-alkoħol. Hawn l-għajnejn żoroq ta' Wayne infetħu beraħ u anke wara n-nuċċali Rayban stajt narahom anke, "Ma naqbilx miegħek. Il-mużika mhix sokor u droga. Il-mużika tagħtik 'feeling' tajjeb. Wara lejl indoqq irrid li min kien preżenti ma jiftakarx is-sakra tiegħi iżda l-mużika li ħarġet minni." Risposta tajba iżda komplejt nistaqsih iweġibni għaliex ħafna mill-kantanti u mużiċisti famużi spiċċaw meqruda mid-droga u l-alkoħol. "Barra minn Malta meta jmorru jdoqqu jkunu jridu jivjaġġaw fit-tul u jgħixu xhur barra darhom u kif għidtlek il-mużika twasslek għal ħajja ta' solitudni u dan iwassal lil ħafna mill-mużiċisti għad-droga u l-akoħol. Hawn Malta differenti. Wara li ddoqq tmur lejn darek. Spiċċajt li nistenna dak il-ftit ħin waħdi biex forsi nara ftit televiżjoni." Risposta tajba għalkemm nibqa' ftit xettiku dwarha, però skadielna l-ħin u qabel qomna minn fuq il-mejda Wayne ħares f 'għajnejja u qalli. "Din hi l-ħajja li għażilt… anzi qed niżbalja… il-ħajja tal- mużika għażlet lili." Qomna, ħallast l-erba' cappuccino anke jekk offra li jħallashom hu u mxejna ftit flimkien fejn sirt naf li bħalissa hu jgħallem il-kitarra lil madwar 40 tifel u tifla. "U neħħiha minn moħħok li dan nagħmlu biss għal flus," qalli "għax jien ma jinteressanix biss mill-flus, fil-fatt meta xi ħadd minnhom ma jkunx qiegħed jipprattika jien stess inwaqqfu. Jien ma noqgħodx inġebbed bit- tfal biex inkompli nisolħilhom flushom, iżda jien irrid biss ngħallimhom ħalli huma jħossu l-ferħ tal-mużika." Wayne għadu żgħir u l-ħolm tiegħu għadu ħaj fejn bħalissa qed jirrekordja mużika tiegħu ma' xi erbat iħbieb u se jpoġġiha Youtube filwaqt li se jibqa' jorganizza avvenimenti mużikali mal-Malta Rock Movements. Insomma vera ħadt gost li niltaqa' ma' dan il-gladjatur mużikali li jemmen li fil-mużika hemm ħajja oħra, ħajja sabiħa, ħajja li tagħtik good vibrations. Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 11 Gladjaturi tal-Ħajja Dak li jisma' jdoqqu…dak li jara jħobbu "Il-mużika żżommok żagħżugħ"