Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt M eta dan il-gvern għażel li jaqbad il-barri minn qrunu, kien hemm min l- partit Nazzjonalista, li għażel li jippontika fuq l-għażla tal-Prim Ministru li jagħti amnestija lil dawk li ma ħallsux it-taria sħiħa tad- dawl u l-ilma. Kien kmieni li tingħata din il- forma ta' amnestija. Il-kritika kienet li l-gvern kien qed jindaħal fejn ma jistax jindaħal. Ejja niddikjaraw li aħna ma naqblux li n-nies jingħataw maħfra. Iżda nistgħu nifhmu għalfejn Muscat qed jagħmel hekk. Nistgħu nifhmu wkoll li Muscat qed jiskanta bl-ipokrezija tal-PN, meta kien il-PN li ma għamel xejn meta kellhom indikazzjoni ċara li kien hemm telf kbir ta' dawl mhux minħabba raġunijiet mhux tekniċi iżda minħabba serq bl-addoċċ. Dan kollu kien indikat f'rapport tal-awditur ġenerali li kien ġie ppreżentat fl-2012, li kien ġie rrifjutat mill-Enemalta għax kienu insistew li l-ismart meters ma jistgħux jiġu mbagħbsa. Dan ir-rapport kien ippreżentat lil ministru responsabbli ta' dak iż-żmien mill-Enemalta u ma ġara xejn. Bħas-soltu każ ieħor fejn il- gvern ta' dak iż-żmien raqad fuq li raqad. Mhux hekk biss min daħħal l-ismart meters kien inkompetenti u lanqas aċċerta li fi żmien qasir ikollu metodi biex id-dawl jinqara mhux permezz ta' meter readers iżda b'mod remot. Lanqas kien hemm attentat biex jinxtara apparat li jista' jaqra meta smart meter qed jiġi mbagħbas. Forsi ta' min infakkru li l-istess ministru li introduċa l-ismart meters kien l-istess ministru li meta telaq mill-politika spiċċa mal-kumpanijia li tbiegħ l-ismart meters lil dan il- gvern Il-passat kien jurina. Meta kien ikun hemm problema s-soluzzjoni għaliha kienet tkun li titfa' kollox taħt it-tapit. Fl-opinjoni tagħna l-gvern preżenti għaġġel, ma jafx min huma eżatt il-persuni involuti u fajjar iċ-ċifra ta' nies involuti. Id-dilemma għall-pulizija għandha tkun li tieqaf milli tressaq nies li hija ċerta li xaħħmu u li ma toqgħodx għad-direttivi tal-politiċi. Iżda dawn iridu jkunu jafu minn huma l-ewwel nett. Il-Prim Ministru messu stenna ftit ieħor qabel ma ħareġ bit-tagħrif. Forsi wkoll kellu bżonn jingħata parir li meta joħroġ xi ħaġa minflok inċens, mill-oppożizzjoni ser ikun affaċċjat minn kritika. L-ipokrezija ta' xi wħud u l-verità ta' oħrajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014