Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 SPORTSillum SPORTSillum Floriana ..................3 Qormi......................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FLORIANA rritornaw għar-rebħ permezz ta' wirja konvinċenti meta għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 3-2. Għalihom din kienet l-ewwel rebħa wara ħames telfiet konsekuttivi u draw. Min- naħa l-oħra Qormi issa ilhom xejn inqas minn 9 logħbiet mingħajr rebħa. Il-greens għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mill-bidu u fil-fatt wara biss 9 minuti huma fetħu l-iskor permezz ta' xutt mill-viċin ta' Diogo Pinheiro de Sousa. Qormi ġabu l-iskor indaqs fit-53 minuta meta Leighton Grech irċieva mingħand Jorge Pereira da Silva u minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. Ħames minuti biss wara Floriana reġgħu marru fil- vantaġġ meta l-awtur tal- ewwel gowl Diogo, irċieva minn kross tajjeb ta' Igor Coronado u mill-viċin tefa' fix-xibka. Floriana komplew ikabbru l-marġni tal-iskor fl-74 minuta meta Duncan Pisani tefa' fix-xibka tiegħu stess wara li pprova jikklerja kross ta' Igor Coronado, biex b'hekk assistejna għall-awto-gowl sfortunat. Fl-84 minuta Qormi skorjaw it-tieni gowl tagħhom fil- logħba li iżda ma sewiex biex huma isalvaw almenu punt minn din il-logħba, hekk kif wara li rċieva minn corner ta' Joao Gabriel da Silva, Alfred Effiong, tefa' fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha. Floriana: Hanford, Scicluna, Pisani, Caruana (Casha 87'), Coronado, Pinheiro de Sousa (Emeka 79'), Xerri, Borg, Farrugia (Galea 64'), Muir, Borg Qormi: Sultana, Pisani, Effiong, Grech, Vella, Caruana, Pereira da Silva, Bondin, Cantoro, Bajada (Quinteri 64), Da Silva Referee Fyodor Zammit Ritratt: Ray Attard DIOGO PINHEIRO DE SOUSA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Loghba mill-gurnaljtsu prezenti Twieled fl-20 ta' marzu 1990 fil-Brazil Skorja doppjetta personali f'din il-loghba Qabel ingħaqad ma' Floriana matul dan l-istaġun, lagħab fl-Olanda Floriana jirritornaw għar-rebħ onathan Xerri u Lucas Cantoro jogħlew għall-ballun bi Steve Pisani jsegwi l-azzjoni mill-viċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014