Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 Il-President iżur għall-aħħar darba d-Dar tal-Providenza BITTMIEM il-presidenza tiegħu b'madwar xahar u nofs biss bogħod, il- President George Abela din il-ġimgħa żar għall- aħħar darba d-Dar tal- Providenza. Abela, li matul il-presidenza ħa ħsieb li jżur din id-dar għal diversi drabi, kellu l-opportunità li jżur u jitkellem kemm mar-residenti kif ukoll mal- carers. Hu faħħar id-dedikazzjoni ta' dawk li jieħdu ħsieb ir-residenti li jieħdu xogħolhom bħala vokazzjoni, u reġa' fakkar fil-ħtieġa li jkollna soċjetà inklussiva bbażata fuq il-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà. "Soċjetà b'qalb kbira li tilqa' lil kulħadd, irrispettivament mid-differenzi tal- individwu." L-amministrazzjoni tad- Dar irringrazzjat lil President u preżentatlu sett ta' kotba li jinkludu l-enċikliki tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Il-Presidenza ta' George Abela, mingħajr ebda dubju wieħed mill-aktar presidenti maħbubin fl-istorja, tiġi fi tmiemha fl-4 t'April li ġej. Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu jrid iħabbar is-suċċessur tiegħu. F'pajjiżna hawn mas-26 speċi ta' klieb il-baħar JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt DIN il-ġimgħa ġew ippubblikati filmati ta' żewġt iklieb il-baħar li nqabdu f 'Għawdex. Il-klieb il-baħar ittellgħu f 'Marsalforn u l-filmati wrew grupp ta' rġiel itellgħu l-klieb il-baħar għal fuq ix-xatt; wieħed jidher qed jittella' mill- baħar u l-ieħor mid-dgħajsa. Dan l-avveniment qajjem diversi mistoqsijiet fost il- pubbliku. Min beda jistaqsi jekk das-sajf hux se niġu nvażati mill-klieb il-baħar, u min saħaq li dan kien biss avveniment ta' darba. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Patrick J. Schembri li huwa lekċerer fid-Dipartiment tal-Bijoloġija fl-Università ta' Malta. Huwa fisser kif il-pubbliku m'għandux jallarma ruħu dwar il-possibbiltà ta' xi żieda fl-attakki mill-klieb il- baħar. "Ma hemm l-ebda indikazzjoni li kien hemm xi tibdil fis-sitwazzjoni minn kif ilha matul dawn l-aħħar għoxrin sena jew aktar." Il-professur Schembri qal li l-klieb il-baħar huma speċi protetta għaliex mhumiex daqshekk komuni fl-ibħra Maltin. Dan minħabba li jdumu biex jikbru, jgħaddu minn perjodu twil sabiex jilħqu l-maturità u ma jkollhomx ħafna wlied. Barra minn hekk, il-klieb il-baħar huma vulnerabbli għall-isfruttament. Mistoqsi kemm hu stmat li hawn speċi differenti ta' klieb il-baħar f 'pajjiżna, il-Professur Schembri qal li skont il-letteratura hawn madwar 37 speċi. Iżda s'issa hemm konfermati madwar 26 speċi. George Abela jiltaqa' mar-residenti tad-Dar tal-Providenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014