Illum previous editions

illum 23 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Ġurnata mal-Ministru Refalo hemm ġiet imnedija l-iskema għal dawk li qegħdin jgħixu fuq il-benefiċċji soċjali. Il-Ministru Coleiro nediet l-iskema li dawk li jkunu qed jgħixu fuq il- benefiċċji soċjali u jsibu xogħol ma kinux se jitilfu l-benefiċċji li kellhom kollha. Kien hemm sala ppakkjata b'nies li applikaw għal xi mpjieg fuq din l-iskema. Anke hawn ħasbuni li jien insib ix-xogħlijiet u kien hemm min talabni jekk nafx b'xi xogħol. Erġajna tlajna ħdejn l-uffiċċju tal-Ministru mimli abbozzi ta' skulturi li hemm madwar Għawdex. Iż-żewġ Ministri kellhom laqgħa privata filwaqt li jien dħalt fl-uffiċċju ta' Abigail Cremona (l-uffiċjal inkarigat mill-komunikazzjoni tal-ministeru) u hemm spiċċajt niddiskuti mal-boyfriend tagħha, Dirk dwar Liverpool, Arsenal u l-futbol in ġenerali. Il-laqgħa ntemmet, qalli biex nistennieh fuq filwaqt li hu niżel isfel u wara xi kwarta tela' b'xagħru maqtugħ, forsi għadda għand il-parrukkier li hemm taħt il-ministeru. Talabni nirkeb miegħu u rħejnielha lejn Marsalforn għax ried jara b'għajnejh is-suċċess tal-inizjattiva ta' Valentine Weekend. Fil-fatt ir-ristoranti kienu kollha kważi mimlija u ġie proprjetarju ta' wieħed mir-ristoranti u qallu, "Prosit Ministru. Grazzi Ministru. Kulħadd ifaħħrek, li ma kontx int illum aħna magħluqin," Il- Ministru b'ċertu mistħija qallu grazzi u talab lix-xufier biex iwassluni Għajnsielem u qalli biex niltaqgħu fis-6pm (jiġifieri 4 sigħat wara). Hu baqa' sejjer lejn id-dar tiegħu l-Qala jiltaqa' mal-familja tiegħu għax sa dak il-ħin żgur li kien għadu ma rahomx. Fis-6pm bumm ġie għalija Steve tas-segretarjat bil- karrozza privata tiegħu u tlaqna lejn Victoria, fis-sala ta' Kana fejn kien hemm iċ-ċelebrazzjoni tal-għoti tal-Qalb tad-Deheb lil familja Attard minn Victoria. Dan l-unur ingħata lil din il-familja minħabba l-ġest nobbli u erojku li għamel Ino Attard, ġuvni mastrudaxxa ta' 36 sena li ta lil ommu armla kilwa biex b'hekk din issa qed tgħix aħjar u bdiet ħajja ġdida. Preżenti kien hemm il-President ta' Malta, George Abela, l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech, il- Ministru Refalo u martu Lina, id-deputat Parlamentari Justyne Caruana flimkien ma' bintha u żewġha Silvio Valletta. Fil-messaġġ tiegħu l-Ministru għal Għawdex sellem lill- familja rebbieħa u wera kif jafha mill-qrib, hu feraħ lill-iben il-kbir fost erbat aħwa li kien ta' ispirazzjoni għal ħutu l-oħra u kif lemaħ fihom dejjem l-imħabba u l-għaqda. Huwa kompla jgħid li fil-familja l-qofol ta' kollox hija l-imħabba u din dehret fl-aqwa tagħha erba' xhur ilu meta omm u iben għaddew minn operazzjoni delikata biex illum l-omm qed tgawdi minn kilwa li taha binha. Il-Ministru għamel riferenza għal diskors tal-Papa attwali dwar il-familja u tenna li biex ikollok familja b'saħħitha, ma jridu qatt jonqsu dawn it-tliet kelmiet: ippermettili, grazzi u skużani. Wara xrobna tazza nbid u kilt żewġ gallettiet ma' ġbejna tal-bżar Għawdxija. Il-Ministru ma ħa xejn, innutajt li forsi qiegħed fuq xi dieta. Minn hawn tlaqna għad-Duke fejn kien hemm l-opening uffiċjali tal-istabbiliment tal-ħwejjeġ George. Fejn il-proprjetarja Marlene li hi Rabtija u kont ili nafha minn tfulitha, investiet nofs miljun ewro f 'dan l-istabbiliment u ħaddmet 9 impjegati Għawdxin. Hemmhekk iltqajt ma' diversi personalitajiet li kont ili ma niltaqa' magħhom bħal John Bundy, Daniel Chircop, Chrysander Agius u Robert Musumeci. Ħadna xi ritratti tal- okkażjoni u hawn il-Ministru flimkien ma' martu Lina deher li rrilassa ftit wara ġurnata daqshekk twila u jien spiċċajt inniżżel xi whisky jew tnejn u fejn spiċċajna niddiskutu memorji sbieħ ta' meta t-tlieta li aħna konna naħdmu fuq NET TV (fejn anke ħadna ritratt tal- okkażjoni). Insomma ġurnata twila u mimlija xogħol li ntemmet b'mod ħelu, iżda jkolli nammetti li fil-Ministru Refalo rajt persuna oħra minn dak li kont naħseb li kien. Dik il-persuna li kultant tgħaddi minn quddiemek u ma tarakx, ma tagħmilx dan b'xi arroganza iżda Anton Refalo hu persuna mill-aktar mistħi u ta' ftit kliem li iżda jaħdem ħafna għal gżira Għawdxija u moħħu biss fix- xogħol. Ngħid għalija nippreferi kif jien u żgur li xogħol ta' ministru ma jgħoddx għalija anke jekk nirringrazzja lil Ministru ta' din l-opportunità li tani. Il-propjetarja ta' George, il-Ministru u martu Lina Tliet eks preżentaturi ta' Net TV Il-Ministru jżur taċ-Ċawla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 February 2014