Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
2 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 16˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba minbarra fix- xita RIĦ: Punent Majjistru forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat VILHENA Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana LISTER Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun LANTERN Pharmacy, Misraħ il-Keb- bies, Santa Venera FLEURDELYS Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara TONY'S Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Gżira SAN Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema IKLIN Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin MEDICINE Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur EL Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra BROWN'S Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kotton- era, Birgu SAN Tumas Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka, Marsascala JOHN J. Borg Pharmacy, 1, Triq il-Ko- stituzzjioni, Żejtun CHRYSANTHEMUM Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ BAĦRIJA Pharmacy, Triq Raddet ir- Roti C/W Triq l-Iskola, Baħrija BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 16˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 65 59 74 14 39 56 4 86 JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt LAĦBAR li l-Ministru Marie Louise Coleiro Preca kienet l-ewwel preferenza tal-Prim Ministru għall-presidenza li jmiss ġabet magħha reazzjonijiet imħallta, anke fi ħdan il-kamp Laburista. Jidher li l-Laburisti huma maqsuma fi tnejn: min jaqbel li Coleiro Preca hi kandidat denju għal President, u min jargumenta li kien ikun aħjar kieku din saret ħames snin oħra u mhux issa. Kif kien żvelat ġimgħat ilu minn din il-gazzetta, il-Prim Ministru kien ġa esprima x-xewqa ma' ta' madwaru li l-president li jmiss tkun mara. Issa jidher li l-għażla waqgħet fuq il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Bosta Laburisti minn sferi differenti, minn żgħażagħ sa veterani, huma tal-opinjoni li l-presidenza kienet l-aħjar mod kif wieħed jirringrazzja lil Coleiro Preca tal-lealtà u servizz tagħha lil Partit. Iżda ma naqsux milli jesprimu b'mod pubbliku x-xettiċiżmu għad-deċiżjoni li l-Prim Ministru se 'jissagrifika' waħda mill-aktar ministri influwenti sempliċiment għal pożizzjoni ċerimonjali. B'mod partikolari, 'Mintoffjani' u l-partitarji ta' ċertu età li tkellmu ma' din il-gazzetta laqgħu din l-aħbar b'mod negattiv "għax il-Partit se jitlef figura li kienet waħda mill-ftit li baqgħet tirrappreżenta r-ruħ soċjali tiegħu." Stħarriġ li kien sar mill- gazzetta MaltaToday juri li l-Ministru ta' 55 sena kienet l-aktar membru tal-kabinett iġġudikata b'mod pożittiv mill-pubbliku. Fl-Elezzjoni Ġenerali, Coleiro Preca kienet l-aktar kandidata li ġabet voti wara Joseph Muscat, b' total ta' 5,700 vot. Minkejja li Coleiro Preca dejjem ġiet eletta mill-1998 u saħansitra żiedet il-voti f 'kull elezzjoni li kkontestat, din kienet l-ewwel darba li Coleiro Preca kienet fuq in-naħa tal- gvern. Għaldaqstant, sorsi qrib il-Ministeru tagħha qalu mal- ILLUM li Coleiro Preca kienet tippreferi tkompli bil-ħidma tagħha fil-politika soċjali minflok tmur San Anton bħala president. Dan anke għaliex f 'din l-ewwel sena ħadmet fuq il-pedamenti u nediet diversi ż u konsultazzjonijiet biex fi żmien qasir tibda tattwa l-politika li tant ilha sservi ta' shadow għal dawn l-aħħar snin. Fost l-oħrajn, f 'dawn ix-xhur Coleiro Preca diġà nediet il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u anke bdiet tindirizza l-problema ta' housing soċjali. Dan f 'kuntest fejn l-Awtorità tad-Djar kienet mifnija b'dejn li ħallew l-amministrazzjoni preċedenti. Din hi waħda mir-raġunijiet għalfejn Coleiro Preca ma tantx kienet entużjasta li tħalli l-ministeru ta' Palazzo Ferreria fi Triq ir-Repubblika. Raġuni oħra għalfejn kemm Coleiro Preca kif ukoll dawk viċin tagħha ma kinux favorevoli għal din il-mossa hu minħabba li dan ifisser it-tmiem tal-karriera politika tagħha ħames snin oħra. L-istess imkejjen ċaħdu rapporti oħra minn sezzjonijiet tal-mezzi tax-xandir li rrappurtaw li Muscat ma riedx li jkollu xkiel intern għal-liġi tal-unjoni ċivili, anke għaliex f 'kummenti lil mezzi tax- xandir Coleiro Preca dejjem żammet mal-linja tal-gvern. Issa kollox jindika li Coleiro Preca aċċettat in-nominazzjoni tal-Prim Ministru, speċjalment wara li l-aħbar inqabdet minn kważi s-sezzjonijiet kollha tal-mezzi tax-xandir il-Ħadd li għadda. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta qalu kif fl-aħħar jiem, l-ogħla uffiċjali tal-gvern dehru jżuru l-Ministeru ta' Coleiro Preca fi Triq ir-Repubblika, probabbilment dwar it- tranżizzjoni tal-ministeru wara l-bidu tal-presidenza. Madankollu dan ma setax jiġi kkonfermat. Fl-aħħar xhur, il-favorit assolut għall-Presidenza kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, li fl-età ta' 73 sena wasal fi tmiem il- karriera politika tiegħu. Iżda jidher li l-fatt li George Abela ta lil presidenza tiegħu dimensjoni aktar soċjali ġiegħel lil Prim Ministru biex jagħżel persuna magħrufa għal ħidma tagħha fil-qafas soċjali ma' nies minn kull sfond politiku. Laburisti maqsuma fuq presidenza ta' Marie Louise Coleiro Preca Min iridha issa u min iridha ħames snin oħra: Marie Louise Coleiro Preca flimkien mar-raġel tagħha Edgar