Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 17 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt It-Tanker tal-Gass f 'Marsaxlokk li ċ-ċans ta' inċident hu pjuttost żgħir. Ta' min jinsisti li l-ebda studju ma jista' jasal biex jgħid li ma hemm periklu ta' xejn. Jekk wieħed jiftakar x'ġara fil-fabbrika ta' Seveso, din kellha reputazzjoni ta' sigurtà tajba ħafna, mingħajr inċident wieħed fis-7 snin li kienet ilha taħdem. Biss darba f 'weekend, meta l-ħaddiema waqfu mix-xogħol, kisru ħames jew sitt regoli għal waqfien tal-magni. Tnax il-siegħa wara sploda tank mimli diossina. 3. Ħadd ma qal li lest li jbiddel it-tanker jekk dawn l-istudji li baqa' jikkonfermaw li għad hemm periklu. Li tgħid li ser timxi fuqhom għax is- sigurtà hija l-ewwel prjiorità, u fl-istess ħin tgħid li ma hemmx żmien, flus u lanqas post xieraq barra l-port fejn isorġi tanker, hu daħk fil- wiċċ. 4. Il-gvern, waqt li ma "nesiex" il-pipeline għal kollox, mhux qed itih prijorità. Ghalhekk qabel 4/5 snin oħra ma tantx hemm ċans li sejrin naraw gass miġjub bil-pipeline. 5. Forsi l-aktar studju li neħtieġu huwa dak imsemmi minn Ann Fenech – Maritime Impact Assessment, u dan għaliex iċ-ċokon tal-port ta' M'Xlokk huwa feature uniku għas- sitwazzjoni tagħna. Is-sindku ta' M'Xlokk ammetta li l-maġġoranza tar- residenti jridu t-tanker barra l-port; biss ta x'jifhem li jħoss li l-mistoqsija kienet "loaded", jiġifieri waħda li ma tantx tħallilek għażla. Iżda Stanley Zammit tal-PN sostna li 91% riedu pipeline l-ewwel u ħażna tal-LNG barra l-port it-tieni. Lil min se nemmnu? Ix-xewqa li "l-Gvern ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-pipeline… sabiex dan it-tanker fil-port ta' Marsaxlokk ikun għal żmien temporanju" timplika aċċettazzjoni li tanker se jibqa' fil-port għal bosta snin, jgħidu x'jgħidu "l-istudji." Anġlu Micallef, kunsillier tal-PN f 'M'Xlokk, jaqbel li "l-LNG Gas Terminal isir barra l-bajja ta' Marsaxlokk, anki jekk dan ifisser li l-investiment mill-Gvern irid ikun akbar" investiment akbar ta' flus u żmien, għalkemm il-miżuri tat-tniġġis tal-arja mill- powerstation ta' Delimara naqsu l-urġenza għal bidla fil-fuel. Iżda ħafna irjus tal-PN irridu l-Electrogas tidħol għal dan "l-investiment akbar" għaliex hi sejra tagħmel il-profitti. Raġunament daqsxejn bażwi, jekk ma turix li l-Electrogas bil-pjan preżenti ser tagħmel profitti esaġerati. B'tanker barra l-bajja u l-ispejjeż tal-pipeline meħtieġ, tista' ma tagħmel profitti xejn, jekk ma tgħolliex il-prezz tal-elettriku - ħaġa li tal-PN jixtiequ żgur! Madankollu l-Gvern xorta waħda jkun irid joħroġ iżjed flus imħabba d-dewmien fl-użu tal-gas u r-roħs li ser jagħmel fl-elettriku. Jista' jkun li jsib dak li jrid mill-IIP. Ma naħsibx li n-nies ta' M'Xlokk u B'Buġa, bħall-irjus tal-PN, ser jgħidu le. L-għajnuna finanzjarja lill-helper ta' Kevin Cutajar sar kollu fix-xhur ta' wara l-elezzjoni. Apparti dan, nixtieq nagħmilha ċara li jien segwejt pass pass dak kollu li ntalab minni mill- awtoritajiet kompetenti. Fl-istorja tal-Illum, tqajmu wkoll mistoqsijiet dwar jekk ingħatawx għajnuniet fi ħlas meta jien ikkontestajt l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali u dwar hux qed nirċievi għajnuna simili għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew ta' Mejju li ġej u li jien qiegħed nikkontesta. Ir-risposta tiegħi hi fin-negattiv. Anzi nixtieq nuri d-dispjaċir tiegħi għax l-iskema t'għajnuna msemmija aktar 'l fuq, jidher li mhix ser tibqa' fis-seħħ. Ħaġa bħal din hi ta' ħsara, għax ċertament ser tnaqqas ħafna l-possibbiltà li naraw persuni b'diżabbiltà jikkontestaw l-elezzjonijiet kif naturalment hu d-dritt tagħhom. Fl-aħħar nixtieq ngħid li minħabba li l-istorja tal-Illum ma kinitx tinkludi l-fatti kollha u minħabba t-ton użat fiha, din poġġiet lili u l-persuni l-oħra msemmijin f 'dawl negattiv u dan mhux sew. L-oġġettività kienet titlob li min ħadem fuq l-istorja li lanqas biss wera ismu, almenu jitlobni l-verżjoni tiegħi tal-fatti biex jibbilanċja l-informazzjoni li s-sors tiegħu għaddielu. Jien ma kont insib ebda diffikultà biex nirrispondi għax m'għandi assolutament xejn x'naħbi. Bla tweġiba wara xahrejn STEPHEN GAUCI KAP TAL KOMUNIKAZZJONI AIR MALTA LAIR Malta tirreferi għall- artiklu, 'Bla tweġiba għall- ilment wara xahrejn u nofs' li dehret fis-16 ta' Frar. Nixtiequ l-ewwel nett niskużaw ruħna mal-klijenta tagħna għad-dewmien biex weġibniha. Fil-fatt, it-taqsima tagħna tal-customer care, tat it-tweġiba tagħha fit-12 ta' Frar, ftit jiem qabel il-pubblikazzjoni tal-ittra. Dan id-dewmien biex tingħata tweġiba mhuwiex ġustifikabbli u ħadna nota tiegħu sabiex tweġibiet bħal dawn jiġu kkomunikati f 'perjodu aċċettabbli. Peress li l-ilment irrefera għall-ħin ta' għeluq taċ-check- in tagħna, nieħdu l-opportunità biex infakkru lill-klijenti tagħna li bħala parti mill-impenn tal- linja tal-ajru li ttejjeb is-servizz għall-klijenti u l-prestazzjoni fil- ħin tat-titjiriet, il-linja tal-ajru introduċiet bidliet fil-proċess taċ-check-in mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u f 'diversi ajruporti madwar in- netwerk kollu tagħha. Mis-27 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet, l-Air Malta bidlet il- ħinijiet ta' għeluq għaċ-check-in tat-titjiriet li jitilqu minn Malta u diversi ajruporti barranin. Il- passiġġieri ġew avżati li l-kabini taċ-check-in ġewwa l-ajruporti jagħlqu 45 minuta qabel il- ħin skedat għat-tluq. Dawn il-ħinijiet il-ġodda japplikaw kemm għall-passiġġieri tal- Klassi Club kif ukoll għall- passiġġieri tal-Klassi Economy. Barra minn hekk, il-passiġġieri Klassi Club b'hand-luggage biss, xorta waħda jistgħu jagħmlu ċ-check-in sa 30 minuta qabel il-ħin skedat għat-tluq. Kemm iċ-check-in tal- passiġġieri tal-Klassi Club kif ukoll iċ-check-in ta' dawk tal- Klassi Economy li jkun qegħdin jivjaġġaw lejn/minn Tripli, Benghazi, Algiers u Tel Aviv tagħlaq 60 minuta qabel il-ħin skedat għat-tluq. Il-kabini taċ-check-in fl- ajruporti kollha ser ikomplu jiftħu tal-inqas sagħtejn qabel il-ħin skedat għat-tluq. Dawn il-bidliet ġew ikkomunikati permezz ta' dikjarazzjoni għall-istampa maħruġa fl-4 ta' Ottubru 2013 u huma indikati wkoll fuq is-sit tal-linja tal-arju www.airmalta. com u fuq l-irċevuta elettronika tal-biljett. Dawn il-bidliet ġew implimentati bil-għan li jittejjeb is-servizz għall-klijenti, il-ħinijiet għat-tħaddim tal- inġenji tal-ajru u l-Prestazzjoni fil-Ħin (OTP) tal-linja tal-ajru. Il-linja tal-ajru qiegħda tieħu l-OTP tagħha b'mod serju ħafna u wettqet riċerka estensiva fuq il-kawżi tad- dewmien. Diversi inizjattivi, inkluż, il-bidla tal-ħinijiet taċ-check-in, ikkontribwixxew biex iwasslu għal titjib fl-OTP tagħna. Is-sajf li għadda (April-Ott 2013), 84% tat-titjiriet tagħna telqu fi żmien 15-il minuta mill-ħin skedat għat-tluq tagħhom - titjib ta' 5% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta' qabel (Sajf 12: 79%). Din ix-xejra pożittiva kompliet f 'Novembru u Diċembru 2013. Matul Novembru tejjibna t-tluq fil-ħin tagħna minn Malta b'7 % għal 91 % (Nov'12: 84%) filwaqt li f 'Diċembru ġie rreġistrat titjib ta' 8% għal 87% (Diċ'12: 79%). Ministru tal-Poplu Il-ħatra ta' President ta' Malta RAYMOND FRENDO QORMI FILWAQT li nammira immensament lil Marie Louise Coleiro Preca bħala politiku u persuna, nemmen li jixirqilha l-aqwa u l-ogħla pożizzjoni prestiġġjuża. Imma ma nistax nifhem għala f 'dan l-istadju qed tiġi msemmija għal kariga ta' President. Nemmen li l-pajjiż għad għandu bżonnha bħala Ministru tal-Familja u tal-Politika Soċjali. F'dan l-istadju jkun żball kbir li l-pajjiż, il-poplu u l-Partit Laburista jitlifha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli soċjalment. SALVU BORG QORMI BĦALA ċittadin li ilni nosserva l-politika għal ħajti kollha, nixtieq nagħti l-opinjoni tiegħi dwar din il-ħatra. Bħalissa msemmija Marie Louise Coleiro Preca. Filwaqt li napprezza l-fatt li Coleiro Preca jixirqilha immensament din il-kariga prestiġġjuża, xorta waħda għandi xi riservi. Lil min se jkollna flokha sabiex tirrappreżenta l-klassi tal-ħaddiema u dawk l-aktar vulnerabbli? Marie Louise tat ħajjitha għalina. Il-mara għadha żgħira wisq għal din il-kariga, u naħseb li jkun ġust li x-xogħol siewi u imprezzabbli li għamlet tkomplih hi. Għalhekk naħseb li din il- kariga tkun l-aktar adattata għal din il-Ministru ħames snin oħra. Il-kariga presidenzjali MARIA DOLORES MALLIA QORMI JIEN naqbel mal-għażla ta' Marie Louise Coleiro Preca, iżda mhux għal din id-darba. Bħala mara jien minn dejjem kont nammira lil Marie Louise Coleiro Preca, għad- dedikazzjoni tul ħajjitha kollha lejn il-fqir u l-batut, għal kuraġġ u s-sinċerità tagħha, u għalhekk nixtiqilha l-aqwa suċċess... Iżda jekk f 'dan il-mument hi tintgħażel bħala President, jien nemmen li ser tħalli vojt kbir kemm fix-xena politika kif ukoll fil-kamp soċjali. F'dan il- mument il-pajjiż għandu bżonn lil Marie Louise Coleiro Preca sabiex tkompli taħdem bis- sħiħ kif dejjem għamlet, sabiex ikomplu jiġu mgħejuna l-batuti u l-emarġinati f 'pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014