Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 I lli l-Qorti tosserva minnufih qabel ma tgħaddi għal ġudizzju tagħha fuq dan il-każ, illi sfortunatament saħansitra qabel ma kienu nbdew dawn il-proċeduri, l-parti leża pprova juża l-pożizzjoni influwenti tiegħu biex lill-imputat isir ġudizzju miegħu qabel ma tagħmel dak il-ġudizzju fuqu l-Qorti u dan kif trid il-Liġi. Dan huwa rifless fir-rapport imhejji mill-espert Dr. Martin Bajada li kellu l-inkarigu li jindika dawk it-telefonati u messaġġi li saru mill-imputat u mill-parti leża fil-perjodu kemm qabel dan l-inċident kif ukoll eżattament wara. Minn qari ta' dan ir-rapport, li mhu xejn ħlief kompendju tal-kontenut ta' telefonati magħmula u messaġġi li ntbagħtu u ġew irċevuti, wieħed jieħu stampa ta' dak li kien qiegħed isir "minn wara dahar il-Qorti" u qabel mal-imputat kien beda għaddej bil-proċeduri kriminali kontra tiegħu fuq dan l-inċident. Jidher illi l-parti leża kien qiegħed jagħmel l-isforzi tiegħu biex isir dak li hu msejjaħ komunement 'a trial by the media' billi jikkuntattja diversi ġurnalisti u reporters u saħansitra jivvettja l-artikli li kienu ser jiġu TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI DIN is-sena se jkollna karnival politiku kkontrollat. Karnival bi prova biex naraw hijiex se tinħoloq battalja tribali fit- triqat tal-Belt. Kull partit ingħata l-opportunità li jibni karru li jinsinwa (u suppost idaħħaq) kontra l-partit l-ieħor. Karnival mhux suppost isir bi prova. Hi kontradizzjoni li jiġi segwit u kontrollat. Suppost ikun spontanju u sovversiv, liberu, fi spirtu ta' żuffjett inċiżiv, anki ribelluż. Imma l-pajjiż għad għandu limiti intellettwali kbar. Immaginaw, ngħidu aħna, x'jiġri kieku fil- karnival ta' Malta kellu jinbena karru bl-Isqof Awżiljarju, minuskolu u ruxxan, merfugħ fuq l-idejn minn żewġ lesbjani. Probabbilment tikkollassa r-Repubblika ta' Malta. SELFIES NUDI Jekk it-tfajliet Maltin taħt l-età qed jieħdu l-istessi u jsibu li bdew iduru fuq l-internet, ikunu pprovokaw kollox huma. M'hemmx apoloġiji. M'hemmx argument dwar bulliżmu bl-internet. Min irid jitperreċ irid jerfa' l-konsegwenzi. Fil-pajjiż qed tiżviluppa kultura ta' voyeuriżmu. Il-minorenni u ż-żgħażagħ telgħin f 'atmosfera li twebbilhom ikunu superstars. Iridu jidhru sbieħ, perfetti, għarwenin, b'ġisem estetikament impekkabbli. L-ADOZZJONI MILL- GAYS Skont sondaġġ tal-MISCO, kommissjonat mill-Kurja, 80% tal-Maltin huma kontra l-adozzjoni tat-tfal minn koppji omosesswali. Tifhimha. Ġeneralment (i) għad hawn bosta perċezzjonijiet erratiċi kontra l-gays u (ii) il-Maltin "jipproteġu" lit-tfal (ħlief meta jidgħulhom u jwerżqu f 'wiċċhom, Nirra `l Alla joqtlok ja bagħal l'int!). Imma dik furja Mediterranja jgħidu l-apoloġisti. L-argument dwar l-adozzjoni mill-omosesswali għandha tkun iffukata l-ewwel u qabel kollox fuq l-interessi tat-tfal infushom. Dawn huma d-dgħajfin u dawn li m'għandhomx leħen. Malta taf tkun kattiva ma' dawn it-tfal. Immaġinaw sitwazzjoni fil-klassi fejn l-istudenti jridu jiktbu komponiment Il-Familja Tiegħi u jaqrawh lil sħabhom. Immaġinaw lill-istudent immarkat minn sħabu li għandu biex irabbuh "żewġ pufti". Iva, Malta Kattolika taf tipproduċi ġudizzji notorji bħal dawn. Bi skapitu ta' tfal vulnerabbli. DUTTRINA U POLITIKA Il-Knisja Maltija dejjem tħobb tieħu pożizzjoni protagonista. Is-sens ta' poter u protagoniżmu għadu jiġri fil-vini antiki tagħha. Imma min-naħa l-oħra, f 'soċjetà demokratika lajka, il-Knisja għandha tingħata d-dritt li tesprimi lilha nfisha dwar x'temmen, dwar x'inhuma l-principji dottrinali tagħha, bħalma tagħmel fil-każ tal- kontraċezzjoni, tad-divorzju u issa tal-adozzjoni mill- omosesswali. Li m'għandhiex dritt hu li tipprova tgħabbi bil- piena lil-leġislatur politiku. F'elezzjoni ġenerali, il-poplu jivvota għall-politiċi mhux għall-Knisja. Id-diskorsi dwar "atti morali gravi" jekk il- politiċi jgħaddu ċerti liġijiet m'għandhomx posthom f 'demokrazija tas-seklu 21. Lanqas m'hemm postu diskors "teoloġiku" li, pereżempju, "att gravament immorali" u "d-dnub" m'humiex l-istess ħaġa. Dan mhu xejn għajr doublespeak li jkompli jħawwad / jikkontrolla l-imħuħ, eżerċizzju fl- ambigwità tipika u illoġika ekklesjastika. Mhux ta' b'xejn li l-Knisja nqatgħet daqshekk min-nies minkejja l-mijiet ta' omeliji ta' kull nhar ta' Ħadd madwar Malta kollha. AĠENDA KULTURALI DIVIŻIVA Hu ċar li fil-pajjiż hemm strateġiji ċari biex jinħoloq tribaliżmu kulturali. Hemm pressjoni orkestrata mill- istess inħawi. Ir-riżenji ta' dan l-aħħar m'għandhomx x'jaqsmu mal-ideologija imma mal-karriera. M'hemmx ġenwinità fl-argumenti, imma biss il-mantra "taħt il-PN kollox kien perfett u professjonali u taħt il-Labour kollox sejjer il-baħar." Qed isir ħafna gideb, ħafna tagħwiġ tal-verità, ħafna eloġji lill-istess nies, dejjem mill-istess kamp li issa qed jirrealizza li tilef il-patrunanza li kellu qabel. Ta' min jittama li l-artisti u n-nies tal-kultura qed jindunaw bl-aġenda diviżiva. Li qed jindunaw li hemm min qed jipprova jagħmilha tal-vittma jew tal-eroj, jew li x-xemx telgħet mal-wasla tiegħu/tagħha. IL-KWESTJONARJU GĦAS-SINODU Il-kwestjonarju għas- sinodu tal-Isqfijiet kompla wera kemm il-Knisja tgħix biss ir-retorika tagħha. Il- kwestjonarju ntbagħat jew twassal fid-djar mal-junk mail, ma' rivisti kummercjali li jbiegħu l-washing machines u l-carpet cleaners. Fih 83 mistoqsija, ħafna minnhom ikkumplikati. Hawn m'hawnx sintomi ta' dixxerniment imma pretensjonijiet li setgħu iwiġbuhom biss dawk li ħadu xi kors dwar l-enċikliki jew id-dokumenti tal-Vatikan. Jien ma nemminx li waslu lura 4,000 dokument mimli. Suppost li kollox daħal sal- aħħar ta' Diċembru, anzi li sal-aħħar ta' Diċembru l-kwestjonarji kellhom jintbagħtu lill-Vatikan. Imma sal-lum l-Insara Maltin għadhom qed jippruvaw jaqtgħu xi jfisser diskors bħal census fidelium, lumen gentium u l-liġi naturali. Id-dokument aktar jixbah formola burokratika tat- taxxa milli animazzjoni tal- Evanġelju. Dreyfuss M a tridx tkun taf ħafna Franċiż biex tifhem it- titlu. Malta m'għandhiex teatru tal-istat bil-kumpanija tiegħu bħalma fi Franza hemm La Comedie Francaise li miegħu kien assoċjat il-kbir Moliere. Għandna t-Teatru Manoel li fih isiru ħafna kunċerti, drammi u anke opri li hu teatru tal- istat imma dan m'għandux il-kumpanija teatrali stabbli tiegħu kif għandha La Comedie Francaise. Imma m'għandniex għalfejn ninkwetaw wisq għax mill-kummiedji m'aħniex neqsin. Jidher li wieħed mill-iprem postijiet fejn isiru, u niftehmu tajjeb dan mhux xi żvilupp riċenti, il-kummiedji f 'pajjiżna, huwa l-parlament. Dan kif rajna ferm tajjeb din il-ġimgħa meta żewġ seduti sħaħ ittieħdu bil-battibekk bejn il-Ministru Konrad Mizzi u esponenti tal-oppożizzjoni. X'jimporta li l-liġijiet li kellhom jiġu diskussi tħallew fuq l-ixkaffa? Wara kollox, meta tgħaddi xi liġi, m'għandniex għalfejn infettqu wisq fuq id-dettalji. L-importanti li nagħtu kemm Alla ħalaq poter lill-Ministru sabiex ifaqqas l-avviżi legali li joħorġu, ħafna drabi mingħajr ħadd ma jagħti kashom. Inħlew żewġ seduti u qisu ma ġara xejn għaliex il-Ministru Konrad Mizzi waħħal fil- predeċessur tiegħu, Tonio Fenech il-fatt li nstabu maqfulin f 'kamra 665 file ta' konsumaturi li allegatament serqu d-dawl. Mizzi rrifjuta li jiddikjara li kien qed jitkellem fuq responsabilità politika u mhux personali. Fenech sostna li huwa qatt ma ordna lil ħadd sabiex ma titteħidx azzjoni fir-rigward ta' dawn il-konsumaturi u oġġezzjona li l-Ministru akkuża lill-oppożizzjoni attwali li poġġiet dawn il-files minsija ġo kaxxi. Eventwalment, l-aġent speaker ta ruling, fl-opinjoni tiegħi għaqli, fejn sab li Mizzi għażel ħażin il-kliem tiegħu meta qal li l-amministrazzjoni preċedenti kienet tefgħet il- files ta' serq ta' dawl ġo kaxxa sakemm ma kienx f 'pożizzjoni li jipprova l-allegazzjonijiet tiegħu. Għalaq ukoll il-kwistjoni billi qal li dan ir-ruling għandu jservi ta' rimedju aħħari lil min talbu. Wieħed jiskanta kif il-Ministru Mizzi sabha daqshekk diffiċli li jiċċara li huwa kien qiegħed jirreferi għar-responsabilità politika u mhux personali tal- eks Ministru Fenech. Wieħed iħoss li seta' kien ferm aktar imqit fid-diskors li uża. Wieħed JOE ELLIS IL-KARNIVAL MALTI KKONTROLLAT La Comédie Maltaise DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014