Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 19 Dreyfuss ppubblikati u l-kummenti li kienu ser jidhru fil-mezzi tax- xandir. Mhux biss iżda jidher illi l-parti leża li ried akkost ta' kollox ippattiha lill-imputat għal dak li kien għamel, anke pprova juża l-influwenza tiegħu fuq nies ta' awtorita li setgħu "jgħinuh" fil-kawża, fosthom saħanistra l-Kummissarju tal-Pulizija u anke d-Direttur tal-Ħabs u dan fil-perjodu illi l-imputat kien ikkarċerat taħt arrest preventiv. Illi minn dawn l-messaġġi jidher ukoll li l-imputat kien qiegħed jipprova jimmanipula lix-xhieda sabiex jixhdu kif xtaq hu u dan sabiex jiżgura li l-imputat jikseb kundanna mill-Qorti għal dak li kien għamel." Ikkwotajt kelma b'kelma dak li qalet il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Edwina Grima fil-kawża l-Pulizija-vs-Sandro Chetcuti. Il-każ ta' Sandro ma kienx wieħed li jittieħed biċ-ċajt. L-akkuża kienet ta' attentat ta' qtil fuq Ċensu Farrugia. Reat li jġib miegħu anke għomor il-ħabs jew snin twal ta' priġunerija. Li ma kienx għall-fatt li l-mobile ta' Ċensu Farrugia ġie f 'idejn il-Qorti, ma nafx x'kien jiġri minn dan il-bniedem. Ngħid għalija kemm ili nipprattika bħala avukat, ieħor kien hemm gravi daqsu: il-frame up ta' Pietru Pawl Busuttil. Hija ħaġa tal-biża' meta tiftakar li grupp mill-aktar rispettabbli ta' nies li ta' kuljum kienu u x'aktarx għadhom jidhru fil-pubbliku jippontifikaw dwar il-korrettezza kienu x'aktarx f 'konfoffa biex jitfgħu persuna innoċenti għal għomru l-ħabs. Mhux hekk biss iżda Ċensu Farrugia għadu għaddej jirraprestana f 'organi tal-Unjoni Ewropea u dan minkejja dak li qalet il-Qorti. Prova jimmanipula l-provi, jinfluwenza lill-Awtoritijiet fosthom anke lill-Kummissarju tal-Pulizija u fi kliem il-Qorti prova jgħawweġ il-ġustizzja. Meta naqra din is-sentenza nirrealizza kemm kultant huma torox l-Awtoritajiet għall- inġustizzji li jsiru. Minn dan il-każ joħorġu żewġ affarijiet. L-ewwel ħaġa, kemm huwa importanti li l-Qrati jkunu tarka tal-individwu innoċenti. Li kieku dik il-Qorti ċaħdet it-talba tal-avukati ta' Sandro Chetcuti jkun esebit il-mobile ta' Ċensu Farrugia, kieku x'aktarx illum Sandro Chetcuti għaddej ġuri għall-attentat ta' qtil u miżmum il-ħabs. Mhux ix-xorta ta' "ġuri" li jsemmi Simon Busuttil iżda dak ta' veru fejn teżisti l-possibbiltà li għal għomrok tkun imċaħħad mill-ħelsien tiegħek u l-għeżież tiegħek. Il-kuraġġ tal-Qorti kien is-salvazzjoni tal-innoċenti u tas-sewwa. Minn dan il-każ joħroġ ukoll kemm is-soċjetà tagħna timxi b'mod dgħajjef ma' min hu b'saħħtu. Li kieku dak li għamel Ċensu Farrugia għamlu ħaddieħor, kieku min jaf kemm kienu jkaxkruh malajr il-Qorti u jagħmlu xenati bih. Iżda ftakart ħaġa importanti ħafna li kellu Ċensu u ma kellux Sandro. Ċensu kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Kien u jidher li għadu qrib lejn min kien imexxi lill-Partit Nazzjonalista. Nemmen li għandu għal raġuni ovvja. Bħalissa l-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista għaddejjin f 'dagħdiha ta' kampanja jinsistu mal-Kummissarju tal-Pulizija biex imexxi kontra kull min kien involut fil-bawxata tal-ismart meters. Bawxata li nkitbet taħt l-istess nies li llum iridu li kulħadd imur il-ħabs. Iżda ħaġa tal-għaġeb qatt ma nsistew mal-Kummissarju tal-Pulizija, kien min kien Kummissarju tal-Pulizija. Minkejja li ħafna minnhom huma avukati, bħal donnhom qatt ma qraw din is-sentenza. Bħal donnu min għamel dawk l-irregolaritjiet kollha ma kienx u ma għadux wieħed minnhom. Fl-aħħar tas-sentenza li semmejt l-Qorti tat ordni lill- Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga lil Ċensu Farrugia u oħrajn li xehdu fil-kawża biex jara jekk fost affarijiet oħra hemm lok li jittieħdu passi kontra tagħhom għar-reat ta' xhieda falza. Reat gravi ħafna fi żmien ir-Rumani tant li l-piena tiegħu kienet li jitfgħuk minn fuq sies għall-isfel. Il-Qorti ordnat ukoll li kopja ta' din is-sentenza tkun komunikata lill-Kummissarju tal-Pulizija. Ngħid is-sewwa għandi d-dubju jekk waslitlux għaliex sal-lum ma jidher li sar xejn. Iżda jkun tajjeb li kopja ta' din is-sentenza tintbagħat ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex ikun jaf min għandu jintefa' l-ħabs u xi jfisser li jgħadduk ġuri. jiskanta wkoll, imma forsi ma tantx, li l-Ministru Mizzi ħass il-ħtieġa li jagħmel stqarrija ministerjali fuq dan il-"każ" ta' dawn il-"files" abbandunati. Is-serq tad-dawl tal-elettriku dejjem kienet problema endemika fl-Enemalta li suppost ġiet riżolta bl-ismart meters li issa skoprejna li mhumiex daqshekk invulnerabbli (forsi l-veru skandlu tal-Enemalta imma dik storja oħra). Madankollu, mhux daqshekk faċli li wieħed jirkupra l-ammonti ta' konsum ta' dawl li allegatament jkunu nsterqu. Spiss il-konsumaturi jikkontestaw il-kalkoli li tkun għamlet il-korporazzjoni tal-konsum mhux imħallas fir-residenza jew negozju in kwistjoni u dan jagħti lok għall- proċeduri ċivili li jieħdu ħafna ħin u enerġija. Sabiex tipprova fil-qorti kemm insteraq dawl meta l-"meter" kien imbagħbas mhux daqshekk faċli. Trid ħafna nies u riżorsi u sfortunatament, l-Enemalta, kienet u nimmaġina għadha, nieqsa minnhom. F'dan ir-rigward, tassew jista' jkun hemm responsabilità politika. L-Enemalta kellha suċċessjoni ta' kapijiet eżekuttivi li ftit saddu u dan mhuwiex indikatur tajjeb. F'Settembru li għadda, David Spiteri Gingell li okkupa l-kariga ta' kap eżekuttiv għal ħdax-il xahar bejn Lulju 2007 u Ġunju 2008 pinġa qagħda interna fl-Enemalta ferm kerha bid-Dipartiment tal- Finanzi bla accountants sabiex tidentifika d-debituri u b'nuqqas ta' struttura ta' verifika interna. Dak iż-żmien l-Enemalta kienet taqa' taħt Austin Gatt li Spiteri Gingell qal li qatt ma kien jindaħallu. Madankollu, huwa akkuża lil Tonio Fenech li kien responsabbli għall- għawġ fl-Enemalta għax ma kienx japprova l-impjegati li l-Enemalta kienet teħtieġ. Fenech min-naħa tiegħu qal li l-istruttura li ried Spiteri Gingell kienet ser tiswa €5.5 miljun li l-pajjiż ma kienx jiflaħ. Qal li ġiet adottata struttura riveduta taħt il-Kap Eżekuttiv ta' wara Karl Camilleri li tnaqqset taħt il-Kap Eżekuttiv ta' wara, Louis Giordimaina li kien qabel imexxi Lufthansa Technik u issa sejjer jiddirieġi l-Air Malta. Konrad Mizzi messu kien jafu dan kollu għax hu stess għamel żmien b'kariga ferm importanti fit-tmexxija tal-Enemalta. Li wieħed isib inkwetanti hu li Mizzi, u mhux waħdu, jidher li għandu l-kunċett li ministru għandu jindaħal f 'kull ħaġa u għandu jkun responsabbli għal kull ma jiġri. Għax kieku ma jwaħħalx f 'Fenech għaliex il-files instabu allegatament minsija f 'kamra maqfula. Verament, il-Ministru jinsab fil-quċċata tal-piramida imma allaħares ma jkunx hemm struttura maniġerjali sabiex tmexxi fis-settur pubbliku għax nirritornaw għal żmien Mintoff meta l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kien spiss jeħel għax il-perit ma jkunx għadu ħadha. Mizzi mid-dehra għandu l-kunċett li ministru jkun micro-manager u d-deċiżjonijiet importanti kollha għandu joħodhom hu. Skont xnigħat persistenti, dan qed jagħti lok għall-konflitti mal-kapijiet tal-entitajiet li jaqgħu taħtu li jirreżistu l-ordnijiet tiegħu għal raġunijiet validi. Tant li spiss ikun hemm ħtieġa ta' intervent mill-Uffiċju tal-Prim Ministru. Forsi anke t-tluq ta' Louis Giordimaina mill- Enemalta mhux kumbinazzjoni fid-dawl tax-xnigħat li kienu qed jiċċirkolaw li ma tantx kien kuntent bl-indħil li kien qed isirlu. Mizzi jagħmel sew li jiddedika l-enerġija tiegħu sabiex tissaħħaħ l-istruttura maniġerjali ta' entità pubblika daqshekk importanti fil-waqt li jżomm distanza adekwata mit-tmexxija interna tagħha. Xogħlu hu li jiddefinixxi u jissorvelja bħal seqer il-miri strateġiċi u finanzjarji imma qatt m'għandu jispiċċa jaġixxi ta' kap ta' dipartiment. Sfortunatament, hawn Malta spiss kollox jispiċċa jiddependi fuq il-ministri li jsiru super-managers tad-dikasteri tagħhom. Allura x'responsabilità għandu jkollhom il-managers fl-istrutturi pubbliċi? Mhuwiex aċċettabbli li bniedem li kien għal żmien wieħed mill- ogħla managers ta' entità pubblika jwaħħal fil-ministru tal-epoka dwar nuqqasijiet li l-istruttura maniġerjali li tagħha kien jifforma parti hija primarjament responsabbli għalihom. Fin-nuqqas ta' xi ordni ministerjali jew nuqqas tagħha, ir-responsabbiltà għal nuqqas bħal dak li semma l-Ministru Mizzi taqa' fuq il-managers li llum ħafna drabi jieħdu kumpens komparabbli ma' tas-settur privat, spiss aktar mir-rimunerazzjoni tal-ministri, aħseb u ara l-onorarju tad- deputati. Konrad Mizzi messu juża l-ħin parlamentari b'mod aktar għaqli. Sa fejn naf jien, għadu qatt ma ppubblika l-istudji li suppost saru li juru li kif ser issir u tiġi ffinanzjata l-power station il-ġdida huwa l-aħjar mod kif pajjiżna jegħleb il- problema tat-tariffi għoljin tal-elettriku. L-anqas ma ta l-ebda spjega għala jagħmel sens li tinbena power station ġdida meta għadha kemm ġiet kkummisjonata waħda, li mid- dehra qiegħda taħdem aħjar milli bosta bassru u mingħajr żieda fit-tniġġis minkejja l-użu tal-heavy fuel oil u minkejja li qed jitqiegħed interconnector biex nistgħu nixtru d-dawl mill-kontinent. U l-anqas qatt ma ġie ċċarat għala membru tal-konsorzju li ngħata l-kuntratt tal-power station il-ġdida, Gasol p.l.c. kienet stqarret li l-konsorzju kien ingħata garanzija li ser jirkupra l-ispiża kapitali kollha, anke jekk ma jforni l-ebda dawl u gass. Safejn naf jien, għalkemm jista' jkun li jien żbaljat, it-termini tal-ftehim ma' dan il-konsorzju, fosthom kif ser jinxtara u jitħallas id-dawl u l-gass matul it-tmintax-il sena li ser idum fis-seħħ, għadhom mistura . U l-anqas Mizzi ma serraħ ras il-poplu dwar ir-riskji potenzjali tal-vapur tal-ħażna tal-gass u l-proċess tal-rilikwifikazzjoni tal-gass li permezz tiegħu l-gass li, sabiex ikun aktar faċli tittrasportah, ikun maħżun f 'forma likwida f 'temperatura ta' -163 grad, jerġa' jsir gass. Proċess li ħafna komunitajiet madwar id-dinja tgerrxu minnhom. Kif rajna l-Italja, proġetti ta' dan it-tip spiss ikollhom isiru ferm 'l bogħod mill-art sabiex tiġi ssuperata l-oppożizzjoni tan- nies tal-lokal. Wieħed jistenna li l-Parlament jintuża sabiex jingħataw dawn ir-risposti u mhux għal diskussjonijiet, jew nuqqas tagħhom, li m'huma xejn ħlief ħela ta' ħin. Imma jiena għandi dubji serji kemm il-partiti l-kbar verament iridu parlament f 'saħħtu u dinamiku. Kieku huwa l-każ kieku l-problema tal-onorarja tad-deputati ilha li ġiet riżolta. Minflok mal-partiti jpoġġu madwar mejda u jaqblu fuq pakkett finanzjarju diċenti għad-deputati kollha, il-gvern ta' qabel, ivvinta l-kariga ta' assistenti parlamentari li dlonk intesiet mentri dak attwali qed jagħti kariga eżekuttiva lil bosta mid-deputati. Spiss dan qed isir kontra d-divjet ċar tal-Kostituzzjoni li tipprojbixxi l-impjieg fis-settur pubbliku ta' deputati sakemm il-liġi ma tippermettiex. L-ebda liġi ma tikkontempla l-ħatra ta' assistenti parlamentari jew li deputat isir konsulent ta' ministeru jew li jispiċċa jmexxi l-public works f 'Għawdex. Imma l-Kostituzzjoni kulħadd jinterpretaha kif jaqbillu. Kif għidna bosta drabi, sakemm id-deputati ma jingħatawx rimunerazzjoni diċenti u preferibilment, jiddedikaw ruħhom esklussivament għax-xogħol parlamentari, il-kontroll u skrutinju tant meħtieġ f 'demokrazija mill-parlament tal-ħidma tal-eżekuttiv ser ibati. Altru mill-ogħla istituzzjoni fil- pajjiż, pjuttost il-post fejn isiru l-aqwa kummiedji! La Comédie Maltaise

