Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 29 SPORTSillum Il-Belġju – jafu jkunu s-sorpriża ewlenija t-Tazza tad-Dinja BOSTA jsostnu li biex wieħed jiftakar fi plejer Belġjan ta' klassi jrid iħaddem moħħu ferm u ferm. Iżda fi tmiem it-Tazza tad-Dinja li jmiss fil-Brażil jista' jkollna skwadra sħiħa mimlija bihom. Tista' tidher xi ħaġa ferm imbiegħda iżda ċ-ċansijiet li l-Belġju saħansitra jirbħu t-Tazza tad-Dinja qegħdin hemm. Bosta jistgħu jsaqsu dan kif jista' jkun speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-Belġju lanqas kienu biss fl-edizzjonijiet tat-Tazza tad- Dinja tal-2006 u tal-2010 u lanqas fl-aħħar edizzjoni tal- Kampjonati Ewropej fl-2012. M'hemmx dubju li huma outsiders hekk kif huma klassifikati mill-bookmakers fit-tmien post fost il-favoriti li jirbħu t-Tazza tad-Dinja wara t-tim li se jkun qed jospita din l-iktar kompetizzjoni pretiġjuża tal-futbol mondjali - il-Brażil, l-Arġentina, Spanja, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Italja u l-Ingilterra. Iżda żgur li għandhom ċans ġenwin – u dan meta wieħed jagħti ħarsa dettaljata lejn l-iskwadra li jippossjedu. Fil-bidu tal-istaġun li għadda, il-ġurnal Ingliż The Guardian irrapporta kif il- gazzetta Belġjana La Dernier Heure kkalkulat li meta wieħed jgħodd is-somom ta' trasferimenti kollha tal- iskwadra Belġjana fil-preżent, huma kienu jammontaw għal xejn inqas minn 18-il miljun ewro, liema somma tammonta għat-tielet l-iktar tim nazzjonali li jqum flus fid- dinja kollha wara biss il-Brażil u l-Portugall. Probabilment, it-tim li se jkunu qed jutilizzaw fit- Tazza tad-Dinja li jmiss se jkun l-iktar wieħed ta' klassi li qatt kellhom kemm ilu ffurmat l-istess tim nazzjonali. Nibdew minn bejn il-lasti fejn għandhom għażla kbira bejn il-goalkeeper li qed jimpressjona bis-sħiħ ma' Atletico Madrid li qiegħed misluf magħhom mingħand Chelsea, Thibaut Courtois, kif ukoll il-goalkeeper ta' Sunderland ferm ikkwotat, Simon Mignolet. Id-difiża Belġjana hija mmexxija minn talenti li jġibu l-isem tal-captain dominanti ta' Manchester City, Vincent Kompany, il-plejer ta' Arsenal, Thomas Vermaelen, kif ukoll il-plejer ta' Tottenham Hotspur, Jan Vertonghen, li kien rivelazzjoni fl-ewwel staġun tiegħu fl-Ingilterra u saħansitra kien innominat fit-Tim tas-Sena tal-PFA Kampjonat Barclays Premier. U l-kwalità ta' dan it-tim ma tonqosx hekk kif javvanza iktar fil-grawnd. F'nofs il- grawnd ċentrali, għandhom il- preżenza kolossali tal-plejer ta' Manchester United li ngħaqad magħhom mingħand Everton fil-bidu ta' dan l-istaġun u li sar wieħed mill-aqwa plejers ta' nofs il-grawnd ċentrali fl- Ewropa bis-saħħa li jippossjedi u l-abbiltà li jiskorja l-gowls, Marouane Fellaini. Jakkumpanjah f 'dan id- dipartiment, insibu lil Axel Witsel, li ngħaqad mat-tim Russu Zenit St Petersburg mingħand Benfica żewġ staġuni ilu, u għalkemm forsi għadu ma laħaqx il-kwalità ta' din is-somma, huwa għad għandu biss 25 sena u l-qawwa u l-abbiltà tiegħu li jattakka jfissru li huwa għad isir plejer mill-aqwa. U mbagħad insibu plejer li jġib l-isem ta' Eden Hazard, li ħalla u qed iħalli impatt enormi ma' Chelsea fil-pożizzjoni ta' plejer ta' nofs il-grawnd offensiv. Nistgħu nimmaġinaw x'kapaċi jagħmel fuq livell ta' tim nazzjonali fit-Tazza tad-Dinja. U biex nenfasizzaw il-qawwa ta' Belġju f 'nofs il- grawnd, huma jistgħu jiftaħru wkoll bil-qawwa tal-plejer ta' Tottenham Hotspur fl- Ingilterra li jiswa s-somma ta' xejn inqas minn 15-il miljun sterlina, Mousa Dembele, kif ukoll tal-plejer ta' Everton, Kevin Mirallas. U fl-attakk, il-Belġju jistgħu jagħżlu minn plejers bħal Christian Benteke li lkoll nafu kemm qed jimpressjona ma' Aston Villa fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra kif ukoll l-attakkant Romelu Lukaku li niftakruh jilgħab b'self ma' West Bromwich Albion u li matul dan l-istaġun reġa' jinsab b'self din id-darba ma' Everton mingħand Chelsea. Matul l-istaġun li għadda din il-koppja waħedha skorjat xejn inqas minn 36 gowl. Interessanti huwa l-fatt li tim nazzjonali Ewropew qatt ma rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl- Amerika ta' Isfel, u għalhekk għall-Belgju li possibilment jagħmluha għall-ewwel darba fl-istorja se tkun ħaġa ferm diffiċli, iżda b'din l-iskwadra li jipposjedu fil-preżent żgur li għandhom ċans inaqqxu isimhom fl-istorja tal-futbol mondjali għall-ewwel darba! Il-Belġju outsiders li mistennija joħolqu s-sorpriżi t-Tazza tad-Dinja Allegri u Tassotti favoriti li jieħdu post Prandelli KOLLOX jindika li t-Tazza tad-Dinja fil-Brażil se tkun qed timmarka t-tmiem tar-rapport feliċi li jeżisti bejn it-tim nazzjonali Taljan u l-kowċ nazzjonali Cesare Prandelli. Dan hekk kif il-kowċ preżenti tan- nazzjonal Taljan jixtieq jerġa' jirritorna fit-tmexxija ta' klabb kif diġà għamel fil- passat riċenti ma' Fiorentina fejn kiseb riżultati ferm pozittivi, l-iktar minħabba l-fatt li kuntrarju għal tim nazzjonali, il-ħidma ma' klabb tkun waħda ta' kuljum u mhux biss f 'ċerti ġranet kif jiġri mat-tim nazzjonali Taljan. Id-deċiżjoni tal-kowċ Prandelli li jħalli lit-tim nazzjonali Taljan għada ma ġietx uffiċjalizzata, iżda l-Federazzjoni Taljana tal- Futbol, l-FIGC, diġà ġiet infurmata bix-xewqa ta' Prandelli, b'mod li tibda tħejji għaż-żmien ta' wara Prandelli rigward it-tmexxija tat-tim nazzjonali Taljan. U għalhekk skond l-istazzjon televiżiv Taljan, Tele Lombardia, il- kowċ il-ġdid li għandu jieħu t-tmexxija tat-tim nazzjonali Taljan diġà ġie magħżul u saħansitra diġà ffirma kuntratt. U dan jidher li huwa l-eks kowċ ta' AC Milan, Massimiliano Allegri, li jinsab mingħajr klabb wara li tkeċċa mir-Rossoneri f 'nofs Jannar li għadda. Jidher li l-kowċ mit-Toscana li rebaħ kampjonat ma' AC Milan fl-ewwel sena tiegħu fit-tmun ta' dan il-klabb iffirma kuntratt mal-FIGC biex jieħu t-tmexxija tan- nazzjonal Taljan wara Prandelli, li jwassal sat-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja. Intant, bħala assistent kowċ jidher li Allegri talab li jkollu lil Mauro Tassotti li għandu l-fiduċja assoluta tal-eks kowċ ta' AC Milan hekk kif dan diġà kien l-assistent kowċ tiegħu fit-tliet snin u nofs li għamel imexxi lil AC Milan waqt li jidher li ma tantx fadallu żmien twil mat-tim li qed ikollu staġun ferm diżappuntanti fl-Italja, hekk kif kollox qed jindika li Seedorf matul l-istaġun li ġej jixtieq li jkollu lill-eks plejer Olandiż li lagħab ukoll ma' AC Milan, Jaap Stam, bħala l-assistent kowċ tiegħu. Jista' jkun li Allegri u Tassotti jieħdu post Prandelli t-tmun tan-nazzjonal Taljan

