Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 PERESS li l-koppja kienet għaddejja minn każ ta' separazzjoni, it-tfal baqgħu jistennew wara l-bieb u fl-4.30pm mar ġabarhom il-missier, Joseph Bugeja ta' 47 sena, kif kienu miftehmin. Wara li anke hu ħabbat u baqa' ma kienx hemm risposta, huwa qabad it-tfal u telqu għax ħasbu li l-omm setgħet kienet barra u ma leħqitx ġiet lura d-dar. Għal ħabta tas-7.00pm il-missier ħa lura t-tfal id- dar u reġa' ħabbat, iżda ma kien hemm l-ebda risposta. Għaldaqstant huwa, flimkien ma' uliedu, marru l-Għassa tal- Pulizija fejn għamel rapport għax issuspetta li Meryem seta' ġralha xi ħaġa imma peress li ma kellux aċċess għad-dar talab biex imorru miegħu l-Pulizija. Minħabba li l-uniku aċċess biex jidħlu ġewwa kien minn gallarija, intalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Kien għall-ħabta tat-8.00pm li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili daħlu fir-residenza u raw lill- mara mitluqa mal-art f 'għadira demm fid-daħla tal-kamra tas-sodda u li ma kienx hemm sinjali ta' ħajja. Fuq il-post issejħet ambulanza b'infermiera iżda ma kien hemm xejn aktar xi jsir peress li l-omm kienet mejta u kellha ferita gravi f 'rasha. Għall-ewwel il-Pulizija ma bdew jeskludu xejn lanqas li l-omm setgħet kienet vittma ta' omiċidju. Iżda meta l-kadavru kien eżaminat u anke tkellmu mal-qraba tal-vittma fosthom żewġha, is-suspett ta' qtil twarrab. Fil-fatt ir-raġel tal-vittma kien fuq il-post isegwi dak li kien għaddej. Jidher li peress li Meryem Bugeja, allegatament kellha kundizzjoni medika, kien suspettat li seta' niżlilha l-livell taz-zokkor b'konsegwenza li ntilfet minn sensiha, waqgħet u ħabtet rasha mal-gwardarobba fid-daħla tal-kamra tas-sodda. X'aktarx li l-mara kienet ilha mejta bejn tmienja u għaxar sigħat. Minkejja li l-Pulizija kienu kważi konvinti li ma kien hemm ħadd involut fil-mewt tal-Marokkina, xorta waħda riedu jistennew x'kien se jirriżulta mill-awtopsja. Żviluppi Jumejn wara li Meryem Bugeja nstabet mejta, il-Ħamis 27 ta' Settembru l-każ ħa żvolta ġdida meta mill-awtopsja rriżulta li l-mara kellha aktar minn daqqa waħda fuq rasha. Barra minn hekk il-patoloġisti sabu li l-mara kienet tqila b'tewmin u kellha ħames xhur tqala. B'hekk minn każ semplici ta' mewt naturali, l-investigaturi kellhom fuq idejhom qtil. Mill-awtopsja rriżulta wkoll li barra d-daqqa fuq rasha, li hija kompatibbli ma' daqqa mal-gwardarobba fejn instab il-kadavru, irriżulta wkoll li fuq rasha nstabu aktar daqqiet. Għaldaqstant ma kienx possibbli li xi ħadd iħossu ħażin u jsofri daqqiet f 'partijiet differenti fuq rasu. Meta fl-awtopsja rriżulta wkoll li kienet tqila, il-każ kompla jiggrava. Sorsi qrib il-Korp tal- Pulizija qalulna li mill- investigazzjonijiet li saru kien allegat li l-mara seta' kellha relazzjoni ma' raġel ieħor. Il-mara kienet separata minn mar-raġel għalkemm mhux magħruf jekk kinitx separazzjoni legali. Nifhmu li l-Pulizija kienu għamlu anke eżamijiet tad- DNA fuq it-trabi li mietu fil-ġuf tal-vittma biex ikun determinat min jista' jkun il-missier, iżda mingħajr suspetti min seta' kien il- missier, il-Pulizija sabu ħajt tal-konkrit quddiemhom għax ma kellhomx ma' min setgħu jqabblu r-riżultati tad-DNA. Li ħareġ bħala fatt kien li t-trabi ma kinux tar-raġel tagħha. Dan il-każ sal-lum baqa' mhux solvut. TUL l-aħħar leġislatura ta' Gvern Nazzjonalista d-ditta tal-avukati tal-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech tħallset iktar minn nofs miljun ewro f 'konsulenzi minn numru ta' Ministeri differenti. Numru sew minn dawn il-konsulenzi ngħataw lil din id-ditta permezz ta' direct order. Din id-ditta tal-avukati hija Fenech & Fenech fejn il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech hija sieħba ewlenija. Imsieħeb f 'din l-istess ditta ma' Ann Fenech hemm ukoll Paul Gonzi, iben l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Illum huwa infurmat li mill-2008 sal-2012, taħt GonziPN, Fenech & Fenech ingħatat xejn anqas minn 32 konsulenza bi spiża ta' €570,895. Fl-2008 Fenech & Fenech ingħatat 11-il konsulenza minn 5 Ministeri u entitajiet tal-gvern li ammontaw għal €214,930. Fl-2009 ingħatat 3 konsulenzi bi spiża ta' €102,218. Fl-2010 ħadet 5 konsulenzi oħra li flimkien ammontaw għal €60,045.41. Fl-2011 ingħatat 6 konsulenzi minn 4 Ministeri u entitajiet tal-gvern għal €54,977, waqt li fl-2012 ħadet 7 konsulenzi oħra fejn tħallset €138,724. L-iktar Ministeru li ta konsulenzi lil Fenech & Fenech kien dak tal-eks Ministru Tonio Fenech. Waħdu dan il-Ministeru ta lil din id-ditta tal-President tal-PN, iktar minn €200,000 f 'konsulenzi, bil-maġġoraza tagħhom jingħataw b'direct order. Fost l-entitajiet li kienu jaqgħu taħt ir- responsabbiltà politika tal- eks Ministru tal-Finanzi u li taw konsulenzi lil Fenech & Fenech kien hemm il-Borża ta' Malta, il-MIMCOL u l-Creative Economy Unit. Ħlasijiet oħra fuq konsulenzi li ngħatat id- ditta ta' avukati ta' Ann Fenech kienu mingħand il- Ministeru t'Austin Gatt. Bejn l-2008 u l-2012 mingħand dan il-Ministeru Fenech & Fenech tħallset iktar minn €154,000 f 'konsulenzi u għal darba'oħra f 'numru ta' drabi dawn ingħataw ukoll b'direct order. Fenech & Fenech Iktar minn nofs miljun ewro lid-ditta tal-avukati tal-President tal-PN Ir-raġel ta' DCG u Dar Malta: Jitħallas iktar mid-doppju milli ddikjara WAQT li f 'Ottubru 2004, quddiem il-Kumitat għall- Kontijiet Pubbliċi, l-Avukat Peter Caruana Galizia kien qal li kien ftiehem li d-dħul mill-konsulenza tiegħu dwar ix-xiri ta' Dar Malta ma jaqbiżx l-€14,000, jirriżulta li fil-verità huwa daħħal €30,500. L-Avukat Caruana Galizia huwa r-raġel tal- blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia. Fil-Qorti ftit tal-ġimgħat ilu l-Avukat Caruana Galizia stqarr li kien ingħata x-xogħol ta' konsulenza b'rabta max-xiri ta' Dar Malta b'direct order u permezz ta' telefonata. Meta kien xehed quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi f 'Ottubru 2004 kien irriżulta li meta nħatar konsulent, l-Avukat Caruana Galizia lanqas kien jaf x'kienet tgħid il-liġi Belġjana dwar l-akkwist tal-propjetà waqt li kien qal li huwa qatt ma daħal fil-bini ta' Dar Malta iżda dejjem kien rah biss minn barra. Caruana Galizia kien anki qal li l-Kabinett kien qabbad lil Richard Cachia Caruana biex ikun huwa li jidentifika post biex iservi bħala Ambaxxata għall-Unjoni Ewropea. Fi kliem Caruana Galizia nnifsu, huwa u Cachia Caruana kienu ilhom jafu lil xulxin għal snin sħaħ, tant li kien anki l-Università fl-istess żmien. Meta kien mistoqsi quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar il-ħlasijiet li ħa għall-konsulenzi tiegħu, Caruana Galizia kien wieġeb hekk – "Konna ftehemna an hourly rate li tvarja - skont jekk inkunx hawn Malta jew barra - bejn Lm25 u Lm35 fis- siegħa plus VAT però mbagħad meta identifikaw il-proprjetà kienu talbuni nagħtihom stima tal-fees tiegħi u kien hemm xi korrispondenza li riedu bilfors li nagħmlu capping. Fil-fatt konna ftehemna li l-fees ma jaqbżux is-Lm6,000 (€14,000)." Jirriżulta iżda li għax-xogħol ta' konsulenza fuq ix-xiri ta' Dar Malta, Caruana Galizia eventwalment daħħal €30,500 - iktar mid-doppju minn kemm kien iddikjara. Il-qtil ta' omm tqila ta' 40 sena Ikompli minn paġna 1 DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014