Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt SAN Ġiljan hija l-lokalità li tiġi fuq ta' quddiem f 'kull tip ta' kriminalità, b'mod speċjali ż-żona ta' Paceville. Skont il-kriminologu Saviour Formosa, din il- lokalità tiġi fuq ta' quddiem kull sena "b'kull tip ta' kriminalità ġġenerata mill- industrija tar-rikreazzjoni." Mapep ippubblikati minn Formosa aktar kmieni din il- ġimgħa juru li l-akbar rati ta' kriminalità jsiru f 'San Ġiljan iżda b'mod speċjali jiffukaw fiż-żona tal-port. Mistoqsi minn din il- gazzetta jekk hemmx xi fatturi li jikkontribwixxu għal dan, Formosa qal li l-kriminalità tinstab dejjem mal-kuntest li jiġġenera l-attività f 'dak il-post. "Fil-każ ta' Malta, ħafna mill-attività hija assoċjata mal-port u għaldaqstant il-kriminalità tiffjorixxi hemm ukoll. Però l-aktar li hemm huma f 'San Ġiljan, Sliema, San Pawl il-Baħar, lokalitajiet fejn hemm attività kummerċjali qawwija," spjega Formosa. L-istudju ta' Formosa hu bbażat fuq mudell li ħoloq hu stess għad-dottorat tiegħu, li janalizza x-xejriet u jagħti l-probabbiltà ta' reati f 'kull żona ta' Malta. Wara li jiġu analizzati l-krimini li jsiru, jinħadem ir-riskju ta' kull post. L-istudju ppubblikat għas- sit CrimeMalta.com juri li s-sena l-oħra s-serq niżel għall-ewwel darba f 'erba' snin. Iżda atti kriminali li jwasslu għal ħsara materjali żdied minn 2,600 każ fl-2012 għal 4,660 fl-2013, li jfisser żieda sostanzjali ta' kważi 80%. Ir-rapport tal-kriminologu juri wkoll li l-prostituzzjoni naqset bin-nofs filwaqt li vjolenza kontra uffiċjali pubbliċi żdiedet bid-doppju fuq medda ta' snin. Theddid u atti ta' vjolenza żdiedu bi 30% meta kkumparat mal-2012. Dwar serq mir-residenzi, l-istatistiċi juru li għandek riskju akbar li tkun misruq minn darek jekk toqgħod San Ġiljan, Swieqi, Pembroke u l-Imsida, filwaqt li l-Imdina u lokalitajiet oħra f 'Għawdex huma l-aktar 'siguri'. Il-lokalità tal-Furjana tiġi l-ewwel f 'dak li għandu x'jaqsam ma' serq ta' vetturi, filwaqt li f 'San Ġiljan u fil- Gudja għandek ċans akbar li l-karozza tkun vandalizzata, jew imkissra għal skopijiet ta' serq. Għall-ewwel darba mill- 1998, il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar rat tnaqqis fir-reati kriminali u saret lokalità b'inqas riskju ta' reati kriminali fl-2013. L-istudju ppubblikat għandu l-għan li jgħin lil pulizija tipprova tippreveni l-kriminalità. "Iżda għad fadlilna x'naqdfu hawn, għax kieku dan l-istudju ttieħed on board snin ilu kieku bil-prediction modelling nistgħu naslu aktar malajr. Għadni nittama li dawn ir-riċerki jittieħdu on board," temm jgħid Saviour Formosa. illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 &:&-"4&3 01&/%": ȽEJTDPVOUPO&ZF-BTFS4VSHFSZ CPPLFEPOUIFEBZ 0QFO%BZBU4BJOU+BNFT $BQVB )PTQJUBM4MJFNBoBNUPQN $BMMUPSFTFSWFZPVSQMBDF XXXTUKBNFTIPTQJUBMDPN '3&&&ZF-BTFS-FDUVSFTXJMMCF IFMEPOUIFEBZ -JWFZPVSMJGFJO)% EFQPTJUJTSFRVJSFEVQPOCPPLJOH Ħidma mill-Pulizija ta' Għawdex Tinstab droga fuq tliet żgħażagħ fil- Port tal-Imġarr JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt TLIET żgħażagħ li kienu sejrin lejn Għawdex fl-aħħar jumejn ġew arrestati mill-Pulizija wara li nstabitilhom id-droga fil-pussess tagħhom. Ilbieraħ għal ħabta tal-ħamsa neqes kwart ta' filgħaxija, żagħżugħ ta' 22 sena minn Ħal Tarxien instabitlu blokka ħaxixa fil-pussess tiegħu. Ftit wara, żagħżugħ ieħor ta' 19-il sena residenti San Ġiljan, ġie arrestat ħabba pussess ta' kannabis. Bħala parti mill-ħidma kontra l-abbuż u traffikar tad-droga, il-Pulizija mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali ta' Għawdex għamlu serje ta' roadblock fl-inħawi tal-Port tal-Mġarr. Fi tmiem din il-ġimgħa eluf ta' persuni qasmu minn Malta għal Għawdex minħabba l-karnival tan-Nadur. Kien għall-ħabta tal- 10.35pm tal-Ġimgħa filgħaxija li l-Pulizija għamlet l-ewwel sejba tagħha wara li waqfu karozza li fiha kien hemm erba' ġuvintur. Minn tfittxija li saret fuq wieħed minnhom il-pulizija sabu erba' qratas li allegatament kien fihom id-droga cannabis. Minn aktar tfittxija l-Pulizija sabu wkoll diversi oġġetti relatati mal-abbuż u traffikar tad-droga. Iż-żagħżugħ ġie arrestat u ttieħed l-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat fejn ġie interrogat mill-Ispettur Frank Tabone. Mhux qed ikun eskluż li ż-żagħżugħ ikun mixli b'pussess u anke traffikar tad-droga peress li l-ammont li nstablu fuqu juri li d-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu. L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej. San Ġiljan, il-kalamita tar-reati kriminali L-istatistiċi juru li għandek riskju akbar li tkun misruq minn darek jekk toqgħod San Ġiljan, Swieqi, Pembroke u l-Imsida

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014