Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 35 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-moħħ wara l-qawmien tal-futbol f 'Għawdex Twieled l-5 ta' Jannar 1978 f'Kerċem f'Għawdex Ilu jokkupa l-kariga ta' President għal ħames snin Għamel seba' snin l-kariga ta' Segretarju tal-GFA żmien il-President Joe Cordina Flimkien mal-amministrazzjoni preżenti tal-GFA, qed jagħmel xogħol kbir għall- ġid tal-futbol f'Għawdex Alvin Grech MFA, il-GFA torganizza bosta kampjonati. Illum hemm regoli, parametri u sistemi ta' kif għandek tagħmel l-aħjar użu biex tissalvagwardja lit-tfal tiegħek. L-MFA ħarġet linji gwida fejn insibu gwida fuq kif wieħed għandu jħarreġ lit-tfal tiegħu. Il-fatt li aħna konformi mal-MFA, imxejna ma' dawn il-linji gwida. Ħloqna diversi tipi ta' pitches li b'hekk kull kategorija għandha l-pitch tagħha biex tkun tagħmel l-aħjar użu possibbli minn dawn il-pitches. Filwaqt li ridna nżommu pitch bit- turf naturali li jien nemnen li huwa l-aħjar turf, ħloqna wkoll pitches b'turf sintetiku biex fihom ikunu jistgħu jintlagħbu numru ta' logħbiet oħra. Naħseb li dan kien pass għaqli. Investejna fil-Kerċem Grawnd u s-Sannat Grawnd kif ukoll il-grawnds tal-Qala, l-Għarb u Għajnsielem. Il- grawnds tal-Qala u l-Għarb se jkunu full size biex b'hekk se jkollna ħames pitches full size. Fil-futbol Għawdxi teżisti korruzzjoni? Il-korruzzjoni anki f 'Malta ma naħsibx li hija kbira daqs kenm wieħed ipinġiha. Però ħa mmur fuq Għawdex la d-domanda tiegħek kienet fuq Għawdex. Iva, jien naħseb li l-korruzzjoni fil- futbol f 'Għawdex teżisti u aħna naħdmu ħafna mal- Integrity Officer tal-MFA, Franz Tabone, fejn aħna ninvestigaw xi każi fejn naraw ikunux fil-fatt realtà. Qed isir ħafna xogħol minn wara l-kwinti u ma noqogħdux indoqqu t-trombi. Jien nemmen li fl-aħħar snin il-kampjonat Għawdxi kien nadif mill-korruzzjoni. Allaħares toqgħod taħseb li f 'kull logħba tkun involuta l-korruzzjoni għax kieku titlaq mill-futbol – x'toqgħod tagħmel fil-futbol? Jien nemmen li fil-futbol hemm ħafna nies tajbin però hemm dawk il-ftit li jagħmlu l-ħsara. Dan anki f 'familja - ikollok sitt itfal rabbejthom kollha l-istess u wieħed minnhom joħroġ ħażin. Ma nemminx li Għawdex teżisti dik il- korruzzjoni fil-futbol jew anki xi problema relatata ma' din li tkisser il-futbol. Anzi l-interess fil-futbol f 'Għawdex qed jiżdied u xhieda ta' dan hija ż-żieda fl-ammont ta' partitarji li kulma jmur qed jiżdiedu bil-bosta. Hekk pereżempju fil-konfront bejn Nadur Youngsters u Xewkija Tigers ta' matul din is-sena kellna elfejn ruħ, u fid-decider bejn l-istess żewġ timijet li ntlagħab sentejn ilu kellna xejn inqas minn tlett elef ruħ! Għalhekk nemmen bis-sħiħ li hemm fiduċja sħiħa mill-Għawdxin fil- futbol Għawdxi!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014