Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 Kif beda l-interess tiegħek fil-futbol? Meta kont noqgħod għand ommi konna noqogħdu dar ma' dar mal- klabb tal-futbol ta' Kerċem, allura kont dejjem inkun il-klabb. Dejjem kont dilettant - kont nilgħab magħhom u kont segretarju ta' Kerċem Ajax. Meta kont Segretarju, qaluli jekk kontx imħajjar li nidħol fil-GFA u bdejt ngħin f 'din l-assoċjazzjoni tal-futbol Għawdxjia sakemm sirt Segretarju tal-GFA. X'responsabbiltà ġġorr magħha din il-kariga importanti? Ir-responsabbiltà hija kbira. Hija responsabbiltà kemm sportiva kif ukoll soċjali. Hija responsabbiltà sportiva għax int qiegħed tiggwida u trid tara li l-futbol f 'Għawdex qiegħed jitjieb fil-livell tiegħu minn kull lat. Jien naħseb li kollox ma' kollox, l-esperjenza tiegħi bħala Segretarju tal-GFA għenitni ħafna meta ġejt biex nidħol fil-kariga ta' President. Ikun pass għaqli anki għal għaqdiet oħra u naħseb li dan huwa parir utli għal kwalunkwe sport u assoċjazzjoni. Dan minħabba l-fatt li meta persuna jidħol f 'kariga daqshekk għolja jkollu ċertu esperjenza ta' kif għandu jmexxi għax inkella jbati hu u tbati l-assoċjazzjoni. Rigward ir-responsabbiltà soċjali, dan huwa minħabba l-fatt li meta għandek lill-kowċis tagħna qed jedukaw lit-tfal għandhom f 'idejhom r-responsabbiltà ta' uliedna u għalhekk iridu jkunu edukaturi tajbin u li jridu jaraw li waqt it-taħriġ dawn ikunu f 'ambjent san u mingħajr ebda periklu, però mbagħad, meta l-ġenituri jħallu t-tfal mal-kowċis għal dawk is-sagħtejn ta' taħriġ, hemmhekk aħna (il-GFA) tidħol responsabbli għal dawn it-tfal. Finalment jien inħossni responsabbli ta' dan kollu għax jekk jinqala' xi ħaġa f 'xi klabb partikolari, fl-aħħar mill- aħħar dan il-klabb huwa membru tal-GFA. U l-GFA x'inhi? Il-GFA hija l-klabbs membri fi ħdanha. Jien inħossni li għandi responsabbiltà li nara u nipprova nagħti l-aħjar ambjent għat-tfal tagħna. X'avvanzi għamel il-futbol Għawdxi f 'dawn l-aħħar snin u x'investimenti qed isiru fosthom fil-Gozo Stadium? Jien naħseb li jekk wieħed jikkunsidra kollox, jekk wieħed jara minn fejn tlaqna ħames snin ilu meta bdiet taħdem din l-amministrazzjoni tal-GFA, sa fejn wasalna llum naħseb li għamilna passi ta' ġgant 'il quddiem u għamilna l-mirakli. Aħna tlaqna fejn kellna ħafna nurseries immexxijin min-nies li mhumiex ikkwalifikati fil-futbol. Tlaqna minn fejn il-Gozo Stadium kien fi stat ta' abbandun u bdejna naħdmu. Ħdima sakemm l-ewwel ġibna l-GFA fuq saqajha, u l-Gozo Stadium bdilnih. Fil-fatt bħalissa qed naħdmu fuq VIP Area ġdida, Press Area ġdida kif ukoll żona għal persuni b'diżabilità għax jien nemmen li dawn il-persuni għandhom ikollhom post kif jixraqilhom. Baqagħlna tliet pitches x'niżviluppaw u b'hekk il-pitches kollha f 'Għawdex inkunu rranġajniehom bl-aħjar mod possibbli b'investiment ta' madwar tliet miljuni u nofs, f 'temp ta' ħames snin. B'hekk naħseb li l-amministrazzjoni tagħna sa issa kisbet suċċess u dan għall- interess tal-klabbs. Ksibna għajnuna kbira mill-MFA speċjalment mill- President Norman Darmanin Demajo li huwa wieħed mill-pilastri li nserraħ fuqu jien. Fil-fatt jien dejjem ngħidlu li aħna naħdmu spalla ma' spalla u hu dejjem jgħidli: "Spallti ħadthieli!" Jien naħseb li kien hemm bżonn ta' dan kollu. Għawdex kien fi stat iktar primittiv minn Malta jiġifieri kien hemm bżonn iktar t'għajnuna u bl-għajuna tal-MFA, tal-Gvern Ċentrali u tal-Fond għal Kawżi Ġusti u naħseb li fil-futbol f 'Għawdex, ġejna f 'dimensjoni aħjar milli konna. Ma ngħidx li lħaqna l-livell tal-futbol Malti imma għamilna avvanzi kbar. Bl-għajnuna tal-MFA għamilna r-'regional team' fejn għandna kowċ magħna li jagħżel l-aħjar tfal ġo Għawdex biex itella' lil dawn it-tfal ħalli jekk jista' jkun naraw lil dawn it-tfal jilagħbu f 'Malta. Il-Maltin jgħidu li l-għan tagħhom huwa dak li jaraw lill-plejers Maltin jilagħbu barra minn Malta – aħna ngħidu li l-għan tagħna huwa li xi plejers Għawdxin jiġu jilagħbu f 'Malta. Jien nemmen li hawn dawk it-8 /9 plejers li kapaci jagħmluha fil-Premier Malti u jagħmluha b'mod regolari. Kien hemm plejers Għawdxin li rrifjutaw li jilagħbu f 'Malta minħabba sagrifiċċji bħal li jkollhom jaqbdu l-vapur u oħrajn. Jien nikkumpara l-Kampjonat Għawdxi mal-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni ta' Malta. Jien nemmen li timijiet bħal Nadur Youngsters, Xewkija Tigers u SK Victoria Wanderers kapaċi jagħtu logħba tajba lil ċerti timijiet tal- Premier. Kif inhi r-relazzjoni tagħkom bħala GFA mal-MFA u kif tikkollaboraw ma' xulxin? Ir-relazzjoni tal-GFA mal-MFA kemm ilhom hemm Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo hija waħda tajba ħafna. Darmanin Demajo huwa bniedem li jħobb lil Għawdex. Jien naħseb li r-relazzjoni tiegħi miegħu hija waħda li diffiċli li jkolli ma' xi President ieħor tal-MFA. Mal-eks President, Dr Joe Mifsud ħdimt ukoll però dan kien persuna differenti mid-'De De' - il-karatti kienu differenti; il-persuni kienu differenti. Huwa għamel ħafna ġid lill-futbol Malti bħalma qed jagħmel id-'De De'. Bil-kappell tiegħu sellmilna wkoll, però r-relazzjoni tiegħi mal- Presdient attwali tal-MFA hija waħda iktar b'saħħitha. Il-Gozo Stadium huwa mhejji biżżejjed biex jospita logħob ta' ċertu prestiġju mill-Kampjonat Ewropew ta' taħt is-17-il sena organizzat mill- UEFA f 'Mejju li ġej? Aħna nemmnu li l-ewwel ma tiekol l-għajn. Ma jistax ikollok tournaments ewlenin tal-UEFA u dawn jintlagħbu fi grawnds se jaqgħu biċċiet. Kif diġà għidtlek qed isiru bosta xogħlijiet fil-Gozo Stadium bis-somma se titla' madwar €150,000. Il-Gozo Stadium kif se jkun, se jkun Stadium li meta kellna l-mistednin fosthom mill-UEFA u l-istazzjon televiżiv, 'Eurosport', qalulna li dan huwa l-istadium ideali biex jospita dan l-avveniment għax huwa stadium li jesa' erbat elef ruħ, waqt li huwa stadium bin-nies qrib il-plejers fejn pereżempju f 'Ta' Qali ma nsibux din l-atmosfera. Il-proġetti li saru fih dan l-aħħar ġabuh stadium mill- aqwa speċjalment għal dan it-tip ta' tournaments tal-U17s jew U21s. Jien naħseb li għandu l-faċilitajiet kollha li wieħed ikollu bżonn biex jilqa' logħbiet ta' dan il-livell. Ma' dan il- grawnd, għandna l-kwartieri tal-GFA mgħammra b'kull kumdità possibbli fosthom 'Conference Room' u sistema ta' wi-fi u kull m'hemm bżonn għal- logħob internazzjonali. F'Ottubru tal-2012 ospitajna r-Regions Cup u l-UEFA għoġobha ħafna dan il- grawnd u fil-fatt erġajna qegħdin niddiskutu d-dettalji biex nerġgħu norganizzaw ir-Regions Cup matul din is-sena li se tintlagħab fil-Gozo Stadium bejn Malta, it-Turkija, ir- Russja u l-Fillandja. Għaliex inħass il-bżonn li jiġu utilizzati grawnds oħra f 'Għawdex? Grawnd wieħed mhux biżżejjed? Ma tistax tilgħab il-logħob kollu fi grawnd wieħed. Dan għaliex bħall- SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Alvin Grech –hu l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol f 'Għawdex, il- GFA, li kemm ilu t-tmun tagħha nistgħu ngħidu li ttrasformaha. Xhieda ta' dan huma l-investimenti kontinwi u ta' ċertu valur li qed isiru l-futbol f 'din il-gżira ġara tagħna, fosthom l-Gozo Stadium, il-plejers Maltin ta' ċertu livell li qed imorru jilagħbu l-Gżira tat-Tliet Għoljiet kif ukoll l-attendenzi l-grawnds Għawdxin. Il-moħħ wara l-qawmien tal-futbol f 'Għawdex "Minn ħames snin ilu 'l hawn għamilna l-mirakli" "Ir-relazzjoni tiegħi ma' Darmanin Demajo hija waħda li diffiċli li jkolli ma' xi President ieħor tal-MFA"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014