Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 33 SPORTSillum Tmien Plejers ta' Justin Haber Academy f 'Sunderland ILPLEJERS ta' Justin Haber Academy (JHA) qed ikomplu jibbenefikaw mil- livell ta' taħriġ li toffri din l-akkademja u mill-ftehim esklussiv mal-klabb tal- Premier Ingliż Sunderland AFC. Fil-preżent Leo Agius jinsab għal taħriġ fl-akkademja rinomata ta' Sunderland, Academy of Light fejn għal darba oħra qed iħalli impressjoni tajba ħafna. Din hija t-tielet darba li Sunderland AFC talbu lil Agius biex imur jitħarreġ fl- akkademja tagħhom. Matul il-ġimgħa d-dieħla, tliet plejers oħra ta' JHA se jkunu għal taħriġ fl-Academy of Light. Il-plejers, Marcus Grima, Camrinn Zammit u Carlo Zammit Lonardelli ġew mistiedna jitħarrġu f 'din l-akkademja wara assessjar mill-Head Coach ta' JHA Steve McClarence u kowċis ta' Sunderland AFC. F'Sunderland se jkun hemm ukoll Jessica Dimech, Kayleigh Chetcuti, Maria Farrugia u Mirea Ellul. Dawn il-plejers ta' JHA ġew magħżula biex jagħmlu ġimgħa taħriġ fiċ-Ċentru ta' Eċċellenza tal-futbol tat-tfajliet ta' Sunderland AFC. Waqt iż-żjara tagħhom f 'Sunderland, il-plejers se jkunu akkumpanjati mill- Head Coach ta' JHA Steve McClarence u minn uffiċjali ta' JHA. Filwaqt li JHA hija sodisfatta li dawn il-plejers tagħha laħqu l-livell li jkunu jistgħu jitħarrġu f 'Sunderland, l-akkademja se tkompli taħdem biex tagħti aktar opportunitajiet lill-plejers tagħha li jitħarrġu u possibilment jagħmluha fil- futbol professjonali. Leo Agius f 'Sunderland Federer jerġa' jegħleb lil Djokovic biex jasal sal- finali tal-ATP f 'Dubai ITTENNISTA Svizzeru Roger Federer reġa' għeleb lil Novak Djokovic fis-semi- finali tal-ATP f 'Dubai wara li fl-2012 fil-finali li kienet saret f 'Cincinnati fl-Istati Uniti kien diġà rnexxielu jagħmel dan. Il-konfront ta' bejn dawn iż-żewġ tennisti ta' fama mondjali dam siegħa u 52 minuta u kien jinkludi tliet settijiet. Federer irreġistra skor ta' 3-6, 6-3, 6-2. Intant fis-semi-finali l-oħra, it-tennista Berdych għeleb lil Kohlschreiber f 'żewġ settijiet bl-iskor ta' 7-5. Il-finali tant mistennija bejn Federer u Berdych se tkun qed tintlagħab illum bit-tennista Svizzeru jibda ferm favorit li jirbaħ dan l-ATP ta' Dubai. Jekk jirnexxielu jagħmel dan, dan ikun ifisser is-sitt titlu ATP għal Federer u t-78 suċċess personali fil-karriera mill-aqwa tiegħu. Roger Federer -azzjoni -ATP f 'Dubai Bidu tas-sena tajjeb għal Keith Galea FOST l-iktar atleti li qed jiksbu suċċess fil-bidu ta' din is-sena nsibu lit-triatleta Malti li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, Keith Galea. Fost oħrajn għalkemm huwa triatleta u mhux runner huwa rnexxielu jtemm fit-tieni post fost l-atleti Maltin wara Jonathan Balzan fil-Vodafone Malta Marathon nhar il- Ħadd li għadda. Dan il-ġurnal tkellem ma' Keith Galea nnifsu rigward dan il-bidu mill-aqwa li kellu f 'din is-sena fejn tana dawn il- kummenti: "Wara s-suċċessi li kelli s-sena l-oħra din is-sena rrid inkompli fejn ħallejt, anzi rrid u ninsab determinat li mmur aħjar. Wara li s-sena l-oħra kien hemm xi individwi li bdew jgħidu xi kummenti li m'għadnix l-aħjar wieħed u li ma ħaqqnix niġi magħżul għal ċerti tlielaq, dan kollu għax ħarġitli tellieqa ħażina għax kont ma niflaħx, din is sena rrid nurihom li jien għadni u se nibqa' l-aħjar wieħed f 'Malta. Dawn il-kummenti ma kissrunix anzi, tawni iktar kuraġġ u rabja biex nitħarreġ iktar. Fil-fatt l-ammont ta' taħriġ li qed nagħmel f 'ġimgħa tela' għal 30 siegħa regolari. Bdejt is-sena billi mort kamp ta' taħriġ ġewwa Għawdex mal-mara. Qatt ma nafni li tħarriġt daqshekk iebes. L-ewwel tellieqa li rrid inkun fl-aqwa tiegħi hija dik tat-30 ta' Marzu fejn se jintgħażlu atleti li potenzjalment se jieħdu sehem fil-Commonwealth Games. Diġà għamilt tlielaq li fihom mort tajjeb ħafna. F'Jannar ħadt sehem fl-ewwel tellieqa tal-Alfresco Triathlon Series. Kienet Duathlon fejn irnexxieli niġi l-ewwel b'erba' minuti vantaġġ fuq it-tieni wieħed. Ġimgħa wara ħadt sehem fl- 10km ta' Ta' Qali fejn spiċċajt it-tielet overall u t-tieni Malti f 'ħin personali ta' 33 minuta u 36 sekonda. Fi Frar għamilt l-10km ta' Ħ'Attard fejn spiċċajt it-tieni. S'issa l-aqwa prestazzjoni li għamilt kienet dik tal-Malta Half Marathon fejn ġejt il-ħames overall u t-tieni Malti f 'ħin ta' siegħa, 12-il minuta u 52 sekonda – żewġ minuti u 30 sekonda aħjar mis-sena l-oħra. Dawn ir- riżultati li ġibt juru li fit-taħriġ qiegħed tajjeb u juru wkoll li tjibt ħafna fil-ġiri, tant li barra li qiegħed it-tieni l-aqwa atleta Malti fit-triathlon, qiegħed ukoll mal-aqwa tlieta fil-ġiri fit-tul ġewwa pajjiżna. Il-pjanijiet għal din is- sena huma ħafna imma l-iktar waħda importanti hija li nintgħażel biex nirrapreżenta lil Malta fil-Commonwealth Games li se jsiru fl- aħħar ta' Lulju ġewwa Glasgow. L-ewwel impenn importanti huwa s-selection race tat-30 ta' Marzu. Bejn April u Mejju se nieħu sehem f 'xi żewġt itlielaq ġewwa Sqallija jew Spanja u fit-tour ta' Malta. F'Ġunju se nieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej tat-triathlon li se jsiru l-Awstrija fejn qed nimmira għall-medalja u f 'Lulju l-Commonwealth Games. Dan kollu ma jfissirx li t-tlielaq ta' Malta se nwarrabhom. Din is-sena nixtieq nirbaħ il-Kampjonati ta' Malta tat-triathlon, duathlon u aqauthlon, il- Birkirkara St Joseph triathlon series u l-Al Fresco triathlon series, il-Hellfire Triathlon, it- Triathlete of the Year Award u l-Birkirkara St Joseph Running Series. Nixtieq nirringrazzja lill- kowċ tiegħi Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħi Catalin Stan, lill-ġenituri u lill- ġenituri tal-mara, lill-isponsors tiegħi Garmin Malta, Jaycee Malta, BBB Bike Parts Malta, Challenge Malta Marathon, u lil Starbene Shop tal-Mosta, lill-klabb Birkirkara St Joseph, lil Malta Triathlon Federation tal-appoġġ li jtuni u fl-aħħar nett lil mara tiegħi Elizabeth tal-paċenzja, l-appoġġ u l-kuraġġ li tagħtini." Keith Galea waqt il-Vodafone Malta Marathon ta' nhar il-Ħadd li għadda L-MMF taċċetta r-riżenja tal-ASMK PERMEZZ ta' stqarrija, il- Malta Motorsport Federation (MMF) għarrfet li skont klawżola numru 20 tal-istatut tal-MMF u l-Bye Laws, ir-riżenja mitluba mill- Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ġiet diskussa f 'laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv u ġiet aċċettata. Għalkemm ir-riżenja ġiet aċċettata, il-Federazzjoni xorta qiegħda tħalli l-bibien tagħha miftuħin għal kull suġġett li l-membri fi ħdan l-ASMK jixtiequ jiddiskutu magħha. L-MMF xtaqet tieħu din l-okkażjoni biex tawgura kull suċċess u unuri lill-ASMK u l-membri tagħha.

