Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Għaxar gowls u ħafna emozzjonijiet l-konfront bejn Luxol u Balzan RIMONTA qawwija għal Luxol li dawru telfa f 'parità, ħadu punt importanti u baqgħu bla telfa fil-kampjonat premier tal-futsal. Balzan kienu favoriti tant li kellhom vantaġġ ta' 5-1, iżda r-reazzjoni ta' Luxol kienet determinanti u meritata ħafna. Qabel il-bidu tal- partita l-plejer u kowċ ta' Luxol Florin Anton ġie ppreżentat memento mill- President ta' Balzan Mario Vella bħala ringrazzjament għas-suċċessi tiegħu ma' Balzan fl-istaġun li għadda. Balzan kellhom lill-plejers internazzjonali Rumeni Emil Raducu u Gabriel Dobre flimkien mal- Bulgaru Boycho Marev li bdew mal-ewwel ħamsa. Min-naħa ta' Luxol, Florin Anton beda bil-Brażiljan William Barbosa u bejn il- lasti kellu lil Adrian Attard li ddebutta minflok il-plejer internazzjonali Malti Bjorn Vassallo li kien ma jiflaħx. Luxol mill-ewwel kienu perikolużi bix-xutt ta' Dean Gera li ġie milqugħ mill- gowler Balzaniż Nicholas Farrugia. Żewġ minuti wara, Balzan fetħu l-iskor meta Emil Raducu rċieva mingħand Dobre, żamm il-ballun u spara xutt li għeleb għal kollox lil Attard. Immedjatament Luxol ġabu parità permezz ta' Ibrahim Tarik wara li ħa l-ballun mingħand plejer ta' Balzan. Fit-13-il minuta Balzan kienu qrib ħafna li jerġgħu jmorru minn fuq b'sejf stupend ta' Attard għal xutt ta' Dobre. Il-partita kompliet iżżid fl-intensità meta minuta biss wara Balzan skurjaw it-tieni gowl għal darb'oħra minn Emil Raducu b'azzjoni personali fejn tefa' l-ballun fix-xibka b'xutt ieħor qawwi minn tiegħu. Meta kien fadal 34 sekonda għal tmiem l-ewwel taqsima, Farrugia ċaħħad il-parità lil Luxol meta salva l-frikik ta' Barbosa. Balzan fetħu tajjeb it-tieni taqsima din id-darba b'gowl ta' Gabriel Dobre. F'ħin ta' tletin sekonda, Dobre u Raducu skurjaw żewġ gowls li poġġew lil Balzan b'vantaġġ ta' 5-1 fuq Luxol. Luxol qawwew lilhom infushom u f '45 sekonda naqsu d-distakk b'gowls ta' William Barbosa u George Frendo. Meta kien fadal inqas minn seba' minuti, Luxol wettqu rimonta eċċezjonali. George Frendo qabeż lil gowler sostitut ta' Balzan Matthew Xerxen u niżżilhom għal 5-4. Minn dan il-ħin il-pressjoni ta' Luxol kienu evidenti u Florin Anton reġa' ġab parità meta x-xutt tiegħu għadda minn bejn diversi plejers u spiċċa fix-xibka. Żewġ minuti mit-tmiem il-lasta l-mimduda ċaħdet lil Barbosa milli jiskurja l-gowl tar-rebħa. Għalhekk b'dan il-parità ta' 5-5, Luxol baqgħu t-tieni b'35 punt u Balzan u fit-tielet post b'34 punt. Hibernians qegħdin fil-quċċata b'37 punt u nhar il-Ħamis jilagħbu kontra Swieqi. Il-formazzjonijiet ta' Luxol u Balzan qabel il-konfront ta' bejniethom It-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena fit-tieni post f 'Ruma MATUL l-aħħar jiem it- tim nazzjonali ta' taħt is- 17-il sena kien impenjat f 'tournament bl-isem ta' 'Caput Mundi'f 'Ruma. Huwa kellu wirjiet tajbin u spiċċa fit- tieni post. Dan it-tournament serva bħala wieħed ta' preparazzjoni għall-finali tal-Kampjonati ta' taħti s-17-il sena organizzati mill-UEFA u li se jsiru propju f 'pajjiżna f 'Mejju li ġej. Il-Maltin li kienu mpenjati fi Grupp B bdew l-impenji tagħhom nhar it-Tlieta meta għelbu lit-tim nazzjonali tal- Kulleġġi Ingliżi bl-iskor ta' 5-3 f 'logħba li ntlagħbet fi Stadio Roberto Abbafati f 'Lariano, limiti ta' Ruma. Irnexxielhom isibu x-xibka għall-Maltin f 'din il-logħba darbtejn Degabriele, Friggieri, Grech u Nwoko, waqt li għall-Ingliżi, skorjaw Hillard u Watson. Intant, l-għada, l-Erbgħa, it-tim nazzjonali Malti tilef bl-iskor ta' 3-0 kontra l-Italja, liema tim kien kompost minn plejers ġejjin mil-Lega Nazionale Dilettanti. It-Taljani li fl-ewwel logħba kienu għelbu lil San Marino bl-iskor ta' 2-0, skorjaw it-tliet gowls li huma fl-ewwel taqsima. L-aħħar logħba li lagħbu l-Maltin kienet nhar il-Ħamis meta għelbu lil San Marino bl-iskor ta' 3-1. It-tim immexxi minn Sergio Soldano għalhekk spiċċa fit-tieni post b'6 punti. Intant, waqt din il-logħba kien hemm partitarju speċjali li ma kien ħadd ħlief il-Prim Ministru l-Onorevoli Dr Joseph Muscat hekk kif dan kien f 'Ruma biex jiltaqa' mal-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, iżda l-laqgħa ta' dawn it-tnejn ġiet posposta għall-għada l-Ġimgħa u għalhekk il-Prim Ministru sab il-ħin biex imur jara din il-logħba u jikkongratula lill-plejers Maltin wara l-istess logħba. It-tim Malti kien kompost minn Azzopardi, Sciberras, Grech, Ghio, Borg, Degabriele, Meli, Friggieri, Nwoko, Galea, Corbalan, Mbong, Grech, Myles Beerman, Spiteri u Buckle. Interessanti huwa l-fatt li kien hemm bosta scouts isegwu din il-logħba, li jawgura tajjeb għal bosta plejers żgħażagħ Maltin biex ikollhom futur sabiħ f 'xi art barranija fosthom l-Italja. Milli jidher l-iktar li ġibed l-għajn ta' dawn l-iscouts Taljani huwa l-plejer Friggieri. It-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena li għeleb lit-tim nazzjonali ta' taħt id-19 -il sena ta' San Marino Raina Giusti tirbaħ il-BOV Plejer Femminili tax-Xahar għal Jannar ILPLEJER ta' Birkirkara Raina Giusti kienet ivvutata bħala l-aqwa plejer femminili fil-Ewwel Diviżjoni tal-BOV fix-xahar ta' Jannar. Giusti hija plejer importanti għall- kowċ Johann Scicluna fit-tentattiv tagħhom li jirbħu l-kampjonati tliet darbiet fuq xulxin. Il-midfielder offensiv joħloq ħafna moviment fl-attakk Karkariż fir-rebħa ta' 5-1 fuq Raiders. Bid-doppjetta tagħha fl-ewwel erbatax-il minuta poġġiet lil Birkirkara fi triqithom għal rebħa komda. Għalqet il-prestazzjoni tagħha f 'din il-partita billi skurjat it-tielet gowl għal hattrick personali. Bir-rebħa ta' 2-0 fuq ir-rivali Hibernians, Giusti reġgħet għal darb'oħra mexxiet it-tim 'il quddiem u għenet lil Rachel Cuschieri tiskurja t-tieni gowl tal-logħba. Raina niżlet isimha fost l-iskorers fir-rebħa ta' 3-1 kontra Kirkop aktar kmieni matul ix-xahar. Bernard Azzopardi, Manager tal-fergħa tal-Bank ta' Birkirkara ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer Femminili tax-Xahar għal Jannar lil Raina Giusti. Bernard Azzopardi jippreżenta t-trofew tal- BOV Plejer Femminili tax-Xahar għal Jannar lil Raina Giusti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014