Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 5 ingħatat ukoll kuntratti ta' konsulenza mill-Ministeri li kienu jmexxu Mario DeMarco u George Pullicino u mis- Segretarjat Parlamentari li kien jitmexxa minn Chris Said. Fl-2011 id-ditta tal-avukati tal-President tal-Partit Nazzjonalista ngħatat b'direct order kuntratt biex tassisti lil GonziPN fil-privatizzazzjoni tar-Ricasoli Tank Cleaning Facility permezz ta' telefonata fuq struzzjonijiet tal-eks Ministru Tonio Fenech. Għal din il-konsulenza Fenech & Fenech tħallset kważi €50,000. Ann Fenech kienet minn tal-ewwel li wara l-aħħar elezzjoni ġenerali ħarġet fil-pubbliku tagħti s-sostenn qawwi tagħha biex Simon Busuttil isir Kap tal-Partit Nazzjonalista. Ftit wara li Busuttil sar Kap huwa inkariga lil Ann Fenech biex tieħu ħsieb ir-rapport tat-telfa fl-aħħar elezzjoni ġenerali li thejja għall-Partit Nazzjonalista. Ftit tal-ġimgħat biss wara mbagħad Fenech saret President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. F'intervista f 'gazzetta lokali immedjatament wara li tlesta r-rapport tat-telfa, Ann Fenech kienet saħqet li Simon Busuttil qatt ma seta' jkun raġuni għat-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali u żiedet li bil-kuntrarju bil-ħatra ta' Busuttil bħala Viċi Kap f 'Novembru 2012, is-sitwazzjoni għall-Partit Nazzjonalista bdiet tmur għall-aħjar. Fenech kienet qalet ukoll li kull darba li ssemma magħha mill-attivisti Nazzjonalisti waqt li kienet qed thejji r-rapport tat-telfa, Simon Busuttil issemma biss fit-tajjeb. Iktar minn nofs miljun ewro lid-ditta tal-avukati tal-President tal-PN Ann Fenech, li ħabirket mhux ftit għall-ħatra ta' Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014