Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
6 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 Programm Ġenerali Solidarjeta` u Ġestjoni ta' Migrazzjoni (2007 – 2013) Din is-sejha ghall-Offerti hija parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill- Benefiċjarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni Mill-Enemalta għall-Parlament: Tkompli minn paġna 1 Mangion il-favorit li jieħu post Coleiro Preca GĦALLEKS deputat Laburista, id-9 ta' Marzu 2013 kienet l-aħħar ġurnata involut direttament fil- politika wara aktar minn kwart ta' seklu jservi fil- Parlament. Wara li kien ilu jiġi elett mill-1987, l-elezzjoni ġenerali tal-2013 ratu jnaqqas bin-nofs il-voti u jitlef is-siġġu parlamentari, li ironikament ħadulu ħadd ħlief neputih Silvio Schembri. Iżda dan kollu jista' jinbidel fi żvolta li ftit li xejn kienet mistennija s-sena l-oħra, hekk kif il-Presidenza ta' Coleiro Preca tħalli post battal li jrid jimtela mis- sitt distrett. F'elezzjoni każwali, il- kandidati jibdew bl-aħħar voti li jkunu wirtu (u mhux dawk li rċevew fl-ewwel għadd tal- voti) li tara lil Mangion b'2,711 il- vot. Dan ipoġġih b'distakk sostanzjali fuq il-kandidati l-oħra fejn iċ-ċermen tal- MTA Gavin Gulia għandu 200 vot u l-kap tal-kamra tal- aħbarijiet tal-ONE Manuel Micallef għandu ftit inqas minn 300 vot. B'nuqqas ta' deputati Laburisti b'esperjenza fil-qasam tal-finanzi u l-ekonomija, ir-ritorn ta' Charles Mangion jista' jservi wkoll ta' pedina għal Joseph Muscat fil-ħsibijiet tiegħu għal reshuffle. Charles Mangion serva bħala kelliem għall- oppożizzjoni għal finanzi u l-ekonomija fost l-oħrajn. Hu kien serva wkoll bħala deputat mexxej Laburista bejn l-2003 u l-2008 kif ukoll bħala ċermen tal-Kumitat tal- Kontijiet Pubbliċi. Charles Mangion, li wara l-elezzjoni nħatar ċermen tal-Enemalta, jkollu jirriżenja minn din il-kariga biex jieħu s-siġġu parlamentari. Is-satira lura fil-Karnival wara nuqqas ta' 75 sena JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt KARRIJIET ikkuluriti, irġejjen jiżfnu, kostumi sbieħ, fares tad-daħk – kollha se jkollhom posthom fil- Karnival ta' din is-sena. Iżda se jkun hemm ħafna aktar ukoll. Bir-ritorn tas-satira u l-farsa tal-qarċilla, il-Karnival ta' din is-sena ser jinkludi numru ta' novitajiet – li ħafna minnhom jagħtu ħarsa lura lejn il-passat. Għall-ewwel darba f '40 sena, il-Karnival ser isir fi Pjazza San Ġorġ u l-qalb tal-kapitali antika se terġa' tħabbat biċ- ċelebrazzjonijiet. Bejn l-1972 u l-2010, il-qofol tal-attivitajiet kienu jsiru fi Pjazza Ħelsien iżda dan ma baqax isir meta nbeda l-proġett tal-parlament il-ġdid fl-2011. Is-sena ta' wara l-Karnival sar mal-funtana qrib id-daħla tal-Belt filwaqt li għal dawn l-aħħar sentejn kien sar fuq il-Fosos tal-Furjana. Ir-ritorn tas-satira, ukoll, hija novità li l-għeruq tagħha midfunin fil-passat. Il-parati tal-Karnival fi żmien l-Ingliżi, partikolarment fis-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin, kienu magħrufin għat-temi satiriċi tagħhom. Ħafna mill- karrijiet kienu ddisinjati biex jgħaddu ż-żmien bil-figuri popolari u deċiżjonijiet mhux daqstant popolari tal-gvern tal-ġurnata. Fl-għoxrinijiet u t-tletinijiet il-karikaturi ta' figuri politiċi sikwit kienu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' tensjoni li spiċċaw biex il- gvern waqqaf din id-drawwa minn edizzjonijiet futuri Ritratt: Ray Attard Austin Gatt, xufier tal-Arriva