Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 7 Is-satira lura fil-Karnival wara nuqqas ta' 75 sena tal-Karnival. Is-satira politika ġiet essenzjalment ipprojbita bħala riżultat ta' liġi li għaddiet fl-1936. Dan kollu huwa apparti l-kompetizzjonijiet taż-żfin, l-isfilata tal-karrijiet, it-toroq miżgħuda bin-nies, il-kostumi eżaġerati - li kollha huma parti mill-Karnival. Għal ftit ġranet, il-Belt Valletta tilbes libsa ta' ċelebrazzjoni. It-toroq jinbidlu, tfal kullimkien bil- kostum, karrijiet ġganteski jimbottaw minn ġol-folol. Sena wara sena, il-Karnival jasal, u jbiddel id-dehra tal-kapitali. U filwaqt li madwarna ħafna affarijiet jinbidlu, uħud mit- tradizzjonijiet jibqgħu. F'kummenti ma' din il- gazzetta, Jason Busuttil, id- Direttur tal-Karnival f 'Malta, qal li l-karnival Malti kien għaddej minn żminijiet fejn konna qed nispiċċaw naraw l-istess temi sena wara sena. "B'ruxxmata stejjer tat- tfal u ġieli mhux darba jew tnejn inzertaw xi karrijiet bl-istess suġġett. Għalhekk, il-parteċipanti laqgħu tajjeb ħafna l-idea li fil-karnival tidħol is-satira." Hu qal li mhux biss satira politika iżda wkoll kwalunke satira li l-artisti tagħna joħolmu. "Żgur li satira politika dejjem tqajjem interess għax ovvjament kull sena jinqala' xi avveniment li b'mod umoristiku issa nistgħu narawh ukoll fil-Karnival Malti," qal Busuttil. Hu jemmen ħafna li s-satira għandha tintlaqa' tajjeb mill- poplu. Speċjalment din is-sena fejn kulħadd qed jistenna biex jara dawn iż-żewġ karrijiet kif wkoll is-sett ta' maskaruni satiriċi, sostna Busuttil. "Din is-sena ridna noqogħdu ftit attenti għalhekk qabbadna lil Mark Schembri, artist żagħżugħ biex jagħmel l-iskeċċ ta' dawn il-karrijiet. Iżda mis-sena d-dieħla ħa nħallu lil kulħadd fil-libertà li jagħmel dak li jaħseb li huwa satiriku," sostna Busuttil. Hu spjega l-karrijiet satiriċi li se naraw din is-sena. F'wieħed jispikkaw il-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista, fejn se naraw lill-Kap Simon Busuttil flimkien mal-viċi Kapijiet Beppe Fenech Adami u Mario de Marco jżommu dixx fuq darhom fejn fid-dixx hemm id-deputata tal-PN Claudette Buttigieg f 'forma ta' tiġieġa tkanta. Fuq karru ieħor hemm il-Ministru Manuel Mallia jgħum ġo banju kollu mimli flus u frott u l-Prim Ministru Joseph Muscat iservih, kif wkoll lil Jason Azzopardi ġo karozza lussuża. "Żewġ karrijiet ħelwin li żgur se jiġbdu l-għajn kif wkoll inisslu tbissima," temm jgħid Busuttil. Meta l-gazzetta ILLUM ikkuntattjat lill-Kummissarju tal-Liġijiet, Franco Debono, hu tagħna silta mid-diskors li kien qal fil-Parlament nhar il-11 t'April 2011 fid-dibattitu dwar l-abbozz ta' liġi li jemenda l-att dwar ix-xandir. Hu tkellem dwar il-bżonn li jkollna doża ikbar ta' satira fuq ix-xandir tagħna. "Min, pereżempju, isegwi l-istazzjonijiet Taljani jara li dawn għandhom doża qawwija ta' satira. Is-satira mhijiex biss umoriżmu, mhijiex biss li tiċċajta u ġġib tbissima, iżda għandha l-iskop usa' li tikkritika s-soċjetà b'mod fin u kostruttiv. Kultant is-satira taf tkun inċisiva iktar minn kull mezz ieħor." Skont Debono, l-umoriżmu satiriku jispiċċa dejjem b'togħma serja għax qed tintuża mezz li l-arma prinċipali tiegħu hija dik li bl-Ingliż huwa magħruf bħala wit, li kultant hemm min jittraduċiha għall-Malti bħala "dehen". "Dan huwa umoriżmu fin, inċisiv u jagħmel analiżi u kritika soċjali bl-iskop li jġib progress," spjega Debono. Fis-satira l-ironija hija militanti iżda l-parodija, l-esaġerazzjoni, il-paragun kif ukoll l-analoġija huma ingredjenti li jintużaw. Hu jemmen li f 'dan il-kuntest dawn il-production houses li qed jifjorixxu f 'pajjiżna għandhom jiżviluppaw niċċa ta' satira li ċertament tinżel tajjeb ħafna mas-semmiegħa u mat-telespettaturi. Debono rrefera wkoll għal silta minn diskors li kien għamel fil-parlament Malti nhar is-7 ta' Marzu 2012 dwar abbozz ta' liġi dwar proċedimenti kollettivi. Hu sostna li f 'dan il-pajjiż għamilna 70 sena nobdu liġi li kienet tipprojbixxi s-satira politika fil-karnival. "Jien ma ddejjaqni xejn is-satira politika, li ddejjaqni hija l-mibgħeda, imma s-satira Ritratt: Ray Attard Konrad Mizzi u x-Shame on You Simon Busuttil u Manuel Mallia mal-karrijiet rispettivi tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014