Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt W aqt li kulħadd qed jiddiskuti l-veduta tal- ħażna tal-gass jew inkella l-kwistjoni tas-serq mis-smart meters u l-atti ta' tixħim, hemm kriżi ikbar li tipprometti li tħalli impatt fuq l-istabbiltà ekonomika -Ewropa. Qed nirreferu għal indikazzjoni li Putin qed jitlob l-involviment ta' truppi - Ukrajna. Din id-deċiżjoni żgur ser twassal biex tkabbar it-tensjoni bejn l-Ewropa u r-Russja. U issa rridu niakru ħaġa importanti, kwalunkwe deċiżjoni li tieħu għandha riessjoni fuq il-membri tagħha u aħna membri tal-UE. Ma jistax ikun ma nifhmux is-serjetà tas-sitwazzjoni, b'mod speċjali fuq il-prezzijiet internazzjonali taż-żejt u l-gass. Malta għandha tħares lejn din is-sitwazzjoni b'ċertu interess, wisq aktar illum meta nafu li aħna ser niddependu fuq il-gass minn dak ir-reġjun. Bil-kaos fil-Libja u fis-Sirja s-sitwazzjoni aktar serja milli naħsbu, il-Prim Ministru Muscat għandu jara li jkollu l-pariri kollha meħtieġa biex jaġixxi fl-aħjar interess tal-pajjiż. Aħna pajjiż żgħir wisq li ma nagħtux każ ta' x'qed jiġri madwarna. Għax dak kollu li qed jiġri madwarna għandu impatt dirett fuq l-investiment, it-turiżmu u l-istabbiltà. It-theddida fil-Lvant Qed nisimgħu affarijiet tajbin dwar Malta Enterprise, l-aġenzija li għandha bħala prijorità l-investiment fil-pajjiż. Affarijiet li juruna li hemm ħafna xogħol siewi u kif ukoll iffukat biex jinġabar u jiġi attirat investiment lejn xtutna. Mingħajr ma nfaħħru żżejjed irridu nuru apprezzament għal dan lil Mario Vella, il- kap il-ġdid. Persuna li wera fi żmien qasir kemm hu lest biex imidd idejh għax-xogħol u jwarrab il-pulċinellati u ħela ta' żmien li wieħed mill- predeċessuri tiegħu Alan Camilleri tant kien magħruf għalihom. Vella kif qed nisimgħu flimkien mal-Ministru responsabbli Chris Cardona qed ikunu motivati fix-xogħol tagħhom billi jiffukaw fuq dawk is-swieq u dawk il- pajjiżi fejn nafu li nistgħu nġibu investiment. U mhux bħal ma sar qabel f 'oqsma u pajjiżi li kienu realistikament ħela ta' żmien u enerġija. L-investiment bħal siġra tal-frott, trid iż-żmien, imma l-indikazzjonijiet juruk li l-frott se jidher fl- 2015 u l-2016. Il-Malta Enterprise

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014