Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 23 Kummercjali Parteċipanti tal-Vodafone Malta Marathon jiksbu l-ħolma ta' ħajjithom ILVODAFONE Malta Marathon reġgħet kienet għal darb'oħra ġurnata memorabbli, speċjalment għal tmien rebbieħa xxurtjati li f 'Novembru li għadda rebħu programm ta' taħriġ bi preparazzjoni għall- maratona. Il-Ħadd li għadda, Malta kienet pinġuta ħamra u l-atmosfera fil-linja tat- tmiem f 'Tas-Sliema kienet mill-isbaħ. Il-parteċipanti ħarġu b'forza kbira kemm mal-linja tat-tluq, matul ir- rotta u l-aktar fl-aħħar biċċa mal-linja tat-tmiem. "Meta qbiżt il-linja tat- tmiem f 'biċċa waħda kien wieħed mill-aktar mumenti sbieħ ta' ħajti," tbissmet MarieClaire Cremona, waħda mill-parteċipanti tal-maratona. "Qatt ma ħassejtni daqshekk kuntenta u sodisfatta f 'ħajti u se nibqa' ngħożż dan il-mument għal ħajti kollha. Nixtieq nirringrazzja lil Vodafone talli tawni din l-opportunità li nkun gwidata minn tim daqshekk professjonali. Il- ħolma tiegħi fl-aħħar saret realtà!" "Il-Vodafone Malta Marathon hi xhieda ta' kemm naħdmu ma' kumpanija mill-aqwa," qal Sandro Pisani, Head of Marketing ta' Vodafone Malta, li ġera l-maratona wkoll. "Hu f 'mumenti bħal dawn li nħossuna kburin li aħna parti minn Vodafone u nixtieq nirringrazzja lil persuni kollha li kienu involuti fis- suċċess ta' dan l-avveniment. Meta wasalt mal-linja tat- tmiem u ċċelebrajt is-suċċess tal-ewwel Vodafone Malta Marathon flimkien mal- familja u l-ħbieb u impjegati oħra l-uġigħ telaq kollu u l-esperjenza kienet waħda mill-isbaħ." F'Novembru li għadda, Vodafone ingħaqdet ma' grupp ta' professjonisti u numru ta' parteċipanti kienu mħarrġa minn trainers minn Kinetika Fitness Centre, flimkien ma' sports nutritionist, Joe Sciberras ta' NutriSlim, Health Psychologist Dr. Elaine Dutton u ngħataw ukoll ilbies mingħand Urban Jungle. San Michel u Powerade ipprovdew xorb għal kull parteċipant. Fil-Vodafone Malta Marathon ta' din is- sena kien hemm rekord ta' parteċipanti li laħħaq 3,600, min jimxi, jiġġogja jew jiġri, kollha bl-għan li jiksbu l-ħolma ta' ħajjithom! Jeremy Tabone, Sandro Pisani u Amanda Nelson Żjara Kulturali mmirata għat-tfal NOVITÀ li qed tiġi mnedija fis-sensiela ta' Żjarat Kulturali ta' din is-sena hija dik immirata għal tfal bejn is-7 u 12-il sena li ser tkun is-Sibt 8 ta' Marzu. Din iż-żjara għandha t-tema "Leġġendi u Misteri fil-kapitali tagħna." F'din iż-żjara, it-tfal flimkien ma' gwidi professjonali u membri tal-'In Guardia' li jkunu qed janimaw, ser jiskopru bosta postijiet u l-istorja interessanti li tinsiġhom u ssawwarhom. Fost postijiet oħra ser inżuru l-monument tal-Assedju l-Kbir, il-Knisja ta' San Pawl, Triq Sant' Ursola fejn it-tfal ser ikollhom l-opportunità li jaraw ir-relikwa tal-Beatu Ġerardu, il-fundatur tal- Ordni ta' San Ġwann. Ser isiru spjegazzjonijiet ukoll dwar il-Kastellanija, il-ħabs l-antik u l-famuż ganċ bl-istejjer u leġġendi kollha madwaru. Ma tonqosx il-knisja tal-Vitorja u Pjazza Teatru Rjal bl-istejjer kollha (kultant traġiċi u kontroversjali) madwaru. Il-parteċipanti ser ikollhom l-opportunità li jidħlu wara l-kwinti ta' dan il-post li għadu kif ġie inawgurat mill-ġdid u anke jmissu u jaraw l-aħħar teknoloġija li jħaddan dan l-ispazju ġdid. It-tfal mhux ser jibqgħu idhom f 'idhom tul din iż- żjara għax l-organizzaturi bl-għajnuna ta' xi sponsors ser jaħsbu fihom sew. Ġenituri jew kustodji huma mistiedna jakkumpanjaw lit-tfal tul din iż-żjara. Dawn iż-żjarat kulturali li jsiru kull xahar huma organizzati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u issa saru parti mill-kalendarju ta' attivitajiet li bosta jkunu qed jistennew kull sena biex ikabbru t-tagħrif tagħhom dwar il-patrimonju u dak kollu li hu Malti. It-tluq għal din iż-żjara jkun minn ħdejn lukanda ewlenija fil-Furjana fil-11am u l-parteċipazzjoni hija b'xejn. Il-booking jagħlaq f 'nofsinhar ta' nhar l-Erbgħa 5 ta' Marzu 2014 jew qabel jekk jilħqu jimtlew il-postijiet kollha. L-uffiċċju tal-booking f '230, Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta (ftit l-isfel minn Pjazza San Ġorġ) ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u t-3.30pm. Aktar informazzjoni tista' tingħata permezz tat-telefon billi ċċemplu fuq 21232515 jew 21245168, jew inkella billi tibagħtu imejl fuq noel. damato@maltaculture.com jew iżżuru s-sit elettroniku www.maltaculture.com Għotja ta' demm minn Bandisti Maltin MEMORIAM hu Kunċert ta' Marċi Funebri li ser ikun qed jittella' nhar il-Ġimgħa 4 t'April 2014 fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu` (ta' Ġieżu) fir-Rabat. Organizzat minn grupp ta' bandisti voluntiera. L-għan ta' dan il-Kunċert hu li jintużaw it-talenti tal-bandisti Maltin, flimkien mad-dilettantiżmu ġenerali Malti għall-Marċi Funebri għall-għan nobbli li tiġi megħjuna entità filantropika. Fil-fatt, wara li l-ewwel edizzjoni tas-sena l-oħra, bl-isem ta' 'Tifkira', ġiet organizzata bil-għan li tiġbor fondi għad-Dar tal- Providenza, din is-sena ġie deċiż li l-fondi jinġabru għall- Multiple Sclerosis Society. Din l-NGO taħdem biex tgħin persuni li jsofru mill- kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis, li hija kundizzjoni li tattakka s-sistema nervuża, u tista' taffettwa iktar minn parti waħda tal-moħħ jew l-ispina. Sfortunatament, din il-kundizzjoni għadha mhix kurabbli s'issa, u tista' tolqot lil kulħadd, kull età. Għaldaqstant, it-tim organizzativ ta' Memoriam ħaseb li jgħin lil din l-għaqda żgħira sabiex takkwista ftit fondi biex tkun tista' tilħaq l-għanijiet tagħha, u toffri l-appoġġ meħtieġ lill-membri tagħha li qed isofru minn din il-kundizzjoni. Barra minn hekk, it-tim organizzattiv ta' Memoriam ħaseb ukoll li bħala parti mill-programm t'attivitajiet bi preparazzjoni għal dan il-Kunċert, ser jorganizza għotja ta' demm mill-Bandisti Maltin, familjari u ħbieb. Din l-għotja ta' demm ser issir nhar is-Sibt 8 ta' Marzu 2014. Għal iktar informazzjoni, dawk interessati jingħaqdu mat-tim ta' Memoriam għall- għotja ta' demm, għandhom jagħmlu kuntatt permezz tal-imejl memoriam.team@ gmail.com jew fuq numru tal-mowbajl 79449790. HOSPICE Malta ser jorganizza 'Buffet Brunch' nhar il-Ħamis 6 ta' Marzu 2014 għall-okkażjoni ta' Jum il-Mara fid-9.30am fil-Blue Creek Restaurant, Għar Lapsi, limiti tas-Siġġiewi. Se jkun hemm kelliema mistednin u premjijiet sbieħ x'jintrebħu. Għal din l-attività, wieħed jista' jibbukkja fuq bażi individwali jew għal gruppi billi joffri donazzjoni ta' €10 ir- ras lil Hospice Malta, 39, Vjal il-Bon Pastur, Balzan, iċempel fuq 21440085, imejl fuq fr@ hospicemalta.org jew jidħol fuq is-sit www.hospicemalta. org u jibbukja online. Billi n-numru ta' mwejjed hu limitat, ikun aħjar jekk wieħed jibbukkja kmieni kemm jista' jkun. Jum il-Mara u l-Hospice

