Illum previous editions

illum 2 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

LINIZJATTIVA tal-HSBC 'Malta Trade for Growth' u l-Fond għall-Kummerċ ta' €50 miljun ser ikunu inklużi mat-temi għal diskussjoni waqt l-ewwel edizzjoni tal-Business Roundtable mal-Gvern ta' Malta, organizzata minn The Economist bl-appoġġ tal-HSBC Malta. Il-konferenza 'Insaħħu l-Investiment u t-Tkabbir' se tattira għadd ta' mexxejja internazzjonali ewlenin biex jiddiskutu l-prospetti għall-ekonomija globali u l-opportunitajiet tal- investiment għal Malta fl-UE u fir-Reġjun Mediterran. Il-kelliema ser jinkludu lill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz, l-eks Prim Ministru Taljan Mario Monti, l-eks Kummissarju tal-UE Lord Peter Mandelson, is-Segretarju Ġenerali tal- Lega Għarbija Nabil El Araby u l-Prim Ministru ta' Malta Joseph Muscat. L-HSBC Malta se jkollu preżenza estensiva matul is-summit b'żona ddedikata fejn ser joffri tagħrif dwar l-appoġġ tal-bank għall- kummerċ internazzjonali, kif ukoll opportunitajiet uniċi għal netwerking ma' mistednin distinti. Kelliema mistednin tal-HSBC Malta jinkludu: il-Ko-Kap tal-Commercial Banking tal-HSBC Europe Tim Reid, li se jkun Malta biex jiddiskuti "Il-Futur tal-Ewropa u r-Reġjun Mediterran", il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta Mark Watkinson li se jitkellem dwar "L-investiment f 'Malta"; u l-Kap tal-Commercial Banking tal- HSBC Malta Michel Cordina li se jipparteċipa f 'diskussjoni dwar l-opportunitajiet fis-settur marittimu u għat-trasport - ir- riskji u l-isfidi għall-għaxar snin li ġejjin. "Din il-laqgħa tal-ewwel klassi se tesplora diversi opportunitajiet kif jista' jissaħħaħ l-investiment u t-tkabbir tan-negozju f 'Malta. L-appoġġ tal-HSBC Malta hawnhekk jaqbel perfettament ma' inizjattivi oħrajn tal-bank li jippromwovu l-kummerċ internazzjonali u t-tkabbir tan-negozju, bħal-'Malta Trade for Growth' bil-fond ta' €50 miljun," qal il-Kap Eżekuttiv tal- HSBC Malta Mark Watkinson. "Il-fond ta' €50 miljun jgħin lin-negozji Maltin jiffjorixxu billi jippromwovi l-kummerċ internazzjonali fi swieq emerġenti u li qegħdin jiġbru waqt li jinkoraġġixxi l-investiment internazzjonali f 'Malta. Hu l-kummerċ internazzjonali li mistenni li jġib l-aktar tkabbir sinifikanti għall-kumpaniji Maltin. Il-fond tal-'Malta Trade for Growth' hu l-pjattaforma tal-bank biex ilaqqa' lill-klijenti Maltin ma' opportunitajiet globali, biex ngħinu lill-klijenti jsaħħu aktar in-negozju tagħhom u, fl-istess waqt, jkomplu jkattru l-prosperità tal-ekonomija Maltija," qal Michel Cordina, Kap tal-Commercial Banking tal-HSBC Malta. Biex jippromwovi lil Malta, l-HSBC ipproduċa vidjow bl-isem ta' 'Why Malta'. Dan jispjega l-benefiċċji għall- kumpaniji li jagħmlu n-negozju f 'Malta. Dan il-vidjow hu disponibbli fuq www.hsbc. com.mt/en/business/latest- promotions/why-malta-dvd "B'uffiċċji bankarji kummerċjali f '60 suq, u aktar minn 7,000 Relationship Manager joperaw madwar id-dinja, aħna qegħdin f 'pożizzjoni unika biex inlaqqgħu lill-klijenti ma' swieq ġodda, nipprovdu ħarsa lokali, u noffru l-appoġġ finanzjarju biex ngħinu lin-negozji jespandu anki b'mod globali," qal Michel Cordina. Aktar tagħrif dwar din l-attività, inklużi il-programm u l-lista tal-kelliema, jinsabu fuq is-sit http://inbusinessmalta.com 24 illum | Ħadd 02 ta' Marzu 2014 Kummercjali Emirates se tibda ttir lejn Chicago EMIRATES, li tqarreb nies, postijiet u ekonomiji fuq livell globali, ħabbret li se tniedi servizz ta' kuljum għal ajruport internazzjonali O'Hare, Terminal 5, f 'Chicago mill-5 ta' Awwissu 2014. Is-servizz se jkun ipprovdut permezz ta' Boeing 777-200LR b'magni GE90. B'hekk, Chicago se tkun id-disa' destinazzjoni tal- Emirates fl-Istati Uniti, eżattament wara li jkunu bdew is-servizzi għal Boston u Massachusetts, fl- 10 ta' Marzu 2014. Meta tkellem dwar ir-rotta l-ġdida, Tim Clark, President tal-Emirates Airline, qal "Chicago ilha destinazzjoni fl-Istati Uniti li l-Emirates xtaqet isservi. Bħal Dubai, Chicago hi ċentru ewlieni ta' kummerċ u trasportazzjoni b'diversità kulturali li hi magna ekonomika għar- reġjun. Permezz tal-bażi tagħna f 'Dubai, nilqgħu l-opportunità li nistabilixxu pont kummerċjali dirett bejn dawn iż-żewġt ibliet kbar, li jgħaqqad b'mod effiċjenti passiġġieri u dawk li jittrasportaw il-merkanzija fiż- żona ta' Chicago man-netwerk internazzjonali tagħna lil hinn minn Dubaj għal iktar minn 140 destinazzjoni f 'sitt kontinenti. Din hi aħbar tajba għall-kummerċ u t-turiżmu fiż-żewġt ibliet li se jibbenefikaw minn għażla kompetittiva akbar." Chicago, Illinois, hi t-tielet l-ikbar belt fil-popolazzjoni u l-Prodott Domestiku Gross fl-Istati Uniti, b'popolazzjoni ta' 2.7 miljuni. Imwaqqfa bħala belt fl-1837, hi famuża għall-patrimonju kulturali bla qies, stabbilimenti tal-arti ta' livell dinji, timijiet tal-isport stabbiliti u attrazzjonijiet turistiċi uniċi li jattiraw mas- 46 miljun ruħ fis-sena. Is-servizz ġdid se jopera permezz tat-titjira EK 235 mill-ajruport internazzjonali ta' Dubai fid-9.45am li tasal Chicago fit-3.25pm. Ir-ritorn, EK 236, titlaq minn O'Hare fit-8.35pm u tasal Dubai l-għada fis-7.10pm. Abbord, il-passiġġieri jistgħu jgawdu s-servizz rinomat minn membri tal-ekwipaġġ li jitkellmu diversi ilsna minn 120 pajjiż, ikel ta' klassi u s-sistema ta' divertiment li rebħet diversi unuri, ICE Digital Widescreen, bil-fuq minn 1,600 stazzjon ta' films, programmi tat-televiżjoni, mużika u podcasts, imqassma fi tliet kabini bi 8 suites privati First Class, 42 suite Business Class u 216-il siġġu fl-Economy. Barra mill-ġarr ta' passiġġieri, l-ajruplan iġorr sa 17-il tunellata merkanzija biex iżid l-opportunitajiet kummerċjali bejn Dubai u Chicago. L-Emirates diġà topera servizz ta' merkanzija darbtejn f 'ġimgħa lejn Chicago. Fl-2013, dan ġarr mas-7,400 tunellata ta' merkanzija mill-belt u 'l fuq minn 4,200 għal ġol-belt. Il-biljetti tal-ajru issa jinsabu għall-bejgħ minn www. emirates.com jew mingħand l-aġent favorit tal-persuna. L-Emirates topera titjiriet skedati kuljum minn Malta għal Dubai. It-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt l-Emirates ittir via Larnaka, f 'Ċipru, filwaqt li l-Ħadd, it-Tlieta u l-Ġimgħa l-linja tal-ajru ttir dirett għal Dubai minn Malta u tiġi lura b'titjiriet via Tripli. Il-linja tal-ajru żżid id-disa' destinazzjoni tagħha fl-Istati Uniti L-HSBC se jesponi l-'Malta Trade for Growth' waqt il-Business roundtable mal-Gvern (mix-xellug) L-Editur konsulenti ta' The Economist John Andrews, is-Segretarju Parlamentari għat-Tkabbir Ekonomiku Edward Zammit Lewis, u l-Kap tal-Commercial Banking tal-HSBC Malta Michel Cordina waqt it-tnedija tal-Business roundtable mal-Gvern ta' Malta Iktar appoġġ għat- Triathlon PERSKINDOL Malta, lokalment rappreżentati minn NM Arrigo Ltd iffirmat 'partnership agreement' ma' Malta Triathlon Federation, biex jipprovdu lil Federazzjoni l-għajnuna meħtieġa biex isostnu lil Federazzjoni għat- tkabbir ta' dan l-isport f 'Malta. Din is-sħubija se tkun anke ta' benefiċċju lill-atleti biex jesperjenzaw 'race day' ta' livell għoli. Perskindol huwa prodott bżonjuż u popolari ħafna mal-atleti Maltin. Il prodott apparti li għandu jiffriskak, jista' jintuża wkoll qabel għal warming up, jgħin il-muskoli jirkupraw wara taħriġ intensiv, wara l-ġiri, u għandu wkoll effett li jtaffi l-uġigħ. "Kuntenti ħafna li qed nappoġġjaw lil Malta Triathlon Federation biex tkompli ssostni dan l-isport f 'Malta" qalet Francesca Arrigo, rappreżentanta ta' NM Arrigo Ltd. "Bħalma l-Federazzjoni qed tara li dan l-isport kull ma jmur jikber, numru sostanzjali ta' atleti ġa jużaw il-prodott, tal-Perskindol, u qed ikun parti essenzjali mill-isport li tant iħobbu." Perskindol jinstab fil- farmaċiji ewlenin, madwar Malta u Għawdex. Għal aktar informazzjoni fuq il-prodott ċemplu fuq 21223755 jew imejl info@nmarrigo.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 March 2014