Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 9 Malta u Għawdex ma jitilfu xejn. Sadattant dan il-ġurnal għandu informazzjoni li għal dawn il-jiem se jkun hemm trasport bla ħlas mix-xatt saċ-ċentru tax-Xewkija u minn hemm wieħed jista' jsegwi s-sinjali biex jasal fil-ġnien ta' Blankas jassisti għal Fidwa. Jista' jkun ukoll li fil-viċinanzi jkun hemm bejgħ ta' ikel tradizzjonali Għawdxi għal dawn iż-żminijiet bħal Qagħaq tal-Appostli u karamelli tal-ħarrub fost oħrajn. Hemm diversi attivitajiet oħra li se jsiru madwar Għawdex matul dawn il-ġimagħtejn li jibdew fil-5 ta' April bl- Imsallab fi Triqatna fir-Rabat. Fejn l-għada, 6 ta' April jkun hemm il-Via Crucis Nazzjonali mmexxijja mill-Isqof ta' Għawdex Mario Grech f 'Ta' Pinu. F'Għawdex hemm it- tradizzjoni li fil-belt kapitali Victoria joħorġu żewġ purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, waħda f 'Ħadd-il Palm u l-oħra fil-Ġimgħa l-Kbira dawn jalternaw kull sena. Dis-sena l-ewwel waħda se tkun dik tal- Kattidral u dik li se toħroġ fil- Ġimgħa l-Kbira se tkun dik ta' San Ġorġ. Purċissjonijiet oħra li joħorġu f 'Għawdex huma dawk tax-Xagħra, Żebbuġ u Nadur. Dan il-ġurnal hu infurmat li għal dawn l-avvenimenti reliġjużi u tradizzjonali se jinħareġ brochure bil-ġranet u l-ħinijiet kollha ħalli t-turist li jiddeċiedi li jżur xi waħda jew aktar minn dawn l-avvenimenti jkun jista' jagħżel b'kumdità. Opportunità għall-Għawdxin li jitgħallmu kif jużaw il- kompjuter Dan l-aħħar fix-Xewkija nfetaħ ċentru għat-taħriġ u tagħlim fl-użu tal-kompjuters. Dan il-proġett se jagħti opportunità lil 3,500 Għawdxi u Għawdxija bejn il-25 u l-64 sena biex jitgħallmu jużaw il-kompjuter sew. Dan it-taħriġ se jingħata b'xejn. Iċ-ċentru ngħata diversi laptops provduti mill-Malta Communications Authority li se jservu wkoll biex organizzazzjonijiet volontarji Għawdxin jagħmlu użu minnhom. Statistiċi juru li 28% tal- Maltin qatt m'użaw internet u Għawdex il-persentaġġ hu ta' madwar 35%. U dan ifisser li ma jistgħux jużaw is-servizzi li joffru l-eGovernment u l-eHealth, ma jistgħux jixtru minn fuq l-internet, ma jistax ikollhom aċċess għall- internet banking, ma jistgħux jikkomunikaw ma' qrabathom sew f 'Malta kif ukoll barra l-pajjiż permezz ta' social networks (bħal Facebook u Twitter jew Skype) u lanqas ikunu jafu kif ifittxu jaqraw aħbarijiet dwar dak li qed jiġri madwarhom u madwar id-dinja. Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Tliet ijiem ta' fidwa fix-Xewkija Ikompli l-Karnival Għawdxi NADUR Jibqa' fatt li n-Nadur hu l-aktar post imfittex minn kulħadd għal karnival uniku. Kuljum bejn illum u nhar it-Tlieta jkomplu l-isfilati tal-karnival spontanju matul it-toroq tan-Nadur li jibdew minn wara nżul ix-xemx sa tard mal-lejl. ILLUM IX-XEWKIJA Fid-9.30am defile fil-pjazza San Ġwann il-Battista bil-karrijiet u l-kukkanja IŻ-ŻEBBUĠ Fil-12.15pm żfin karnivalesk fejn ikun hemm kompetizzjoni għall-aħar kostum. Kant minn diversi kantanti tal-lokal. Il-festi jintemmu bil-Kukkanja. XAGĦRA Fl-10.30am - 3.30pm - Żfin tradizzjonali, karrijiet u kompetizzjoni għall-aħjar kostum. Kummiedja karnivaleska fi Pjazza Vittorja VICTORIA Fit-3pm - Defile fi Triq ir-Repubblika u żfin fil-pjazza Indipendenza GĦADA TA' SANNAT 6.30pm - Kompetizzjoni għall-kostumi tal-Karnival, żfin tradizzjonali u mużika folk f 'diversi toroq VICTORIA 7.30pm - Karnival fi Pjazza San Franġisk IT-TLIETA VICTORIA 6 pm - Defile fi Triq ir-Repubblika u żfin fil-pjazza Indipendenza Inġinier marittimu jgħid li "l-biżgħat huma biss perċezzjoni" l-kumpanija, tista' jew issir fuq l-art jew fuq il-baħar. F'kas li din issir fuq il-baħar, hemm żewġ għażliet: ħażna li ssir fuq tanker il-barra mill-port u li fuqu ssir anke r-rigassifikazzjoni, jew ħażna tal-gass fuq tanker fil-port. "It-tieni għażla hija dak li nippreferu aħna u dan għaliex din ġiet pruvata li taħdem f 'diversi żoni. Barra minn hekk, din se ġġib aktar benefiċċji lir- residenti tal-lokal f 'termini ta' xogħol u servizzi li jingħataw," qal Davidson. Huwa mifhum li r-residenti ta' Marsaxlokk qed jopponu l-faċilità għall-ħażna tal-gass fuq vapur sorġut fil-port ta' Marsaxlokk. Ikompli minn paġna 1 Taħt Joe Cassar daħlu 569 persuni f 'Mater Dei FOST il-Ministeri li fl-aħħar sena ta' qabel l-elezzjoni ġenerali ra numru kbir ta' impjegati ġodda kien hemm dak tas-Saħħa li politikament responsabbli għalih kien hemm id- deputat Nazzjonalista Joe Cassar illum kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Edukazzjoni. B'kollox tul l-aħħar sena ta' qabel l-elezzjoni ġenerali fil- qasam tas-saħħa ddaħħlu jaħdmu 569 persuna ġdida, b'mod partikulari fl-isptar Mater Dei fejn ġew impjegati 340 u f 'istituzzjonijiet għall- anzjani fejn ġew impjegati 114 persuna oħra. Numru kbir ta' impjegati ddaħħlu jaħdmu wkoll f 'dipartimenti li kienu jaqgħu taħt l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi fejn b'kollox ġew impjegati 428 persuna, l-iktar mal-Forzi Armati ta' Malta fejn iddaħħlu 185 persuna. Iżda l-akbar ammont ta' persuni li ddaħħlu jaħdmu mal-Gvern fis-sena ta' qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni mmexxi minn Dolores Cristina u dipartimenti oħra li kienu jaqgħu taħtha. B'kollox taħt Dolores Cristina ġew impjegati 1,579 persuna. Il- maġġorparti tagħhom - 964 - ġew impjegati direttament fil-Ministeru u f 'Direttorati oħra. Kien hemm imbagħad 168 persuna oħra li ddaħħlu jaħdmu mal-Kunsill tal- Isports u 189 oħra li ġew impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u mal-Fondazzjoni għall- Iskejjel t'Għada. Fi ħdan il-Ministeru li kien imexxi Tonio Fenech fuq medda ta' sena ddaħħlu jaħdmu 242 persuna. L-aktar li ddaħħlu jaħdmu nies kienu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u mal- Enemalta - total ta' 115. Ma' George Pullicino ddaħħlu jaħdmu 323 persuna, b'aktar minn nofshom ikunu impjegati f 'dipartimenti governattivi bħal dak tal- agrikoltura u s-sajd. 103 persuni ġew impjegati mal-Awtorità tad-Djar, l-Appoġġ u s-Sedqa, dak iż- żmien taħt ir-responsabbiltà politika ta' Chris Said, 190 oħra ddaħħlu jaħdmu mal- Ministeru ta' Carmelo Mifsud Bonnici waqt li 127 ġew impjegati mal-Ministeru ta' Austin Gatt bl-akbar numru ta' ħaddiema impjegati jkunu fi Transport Malta. Ministeri oħra fosthom dawk ta' Mario DeMarco, Tonio Borg, Francis Zammit Dimech u Giovanna Debono impjegaw magħhom mal-220 persuna oħra. Joe Cassar, taħt dan l-eks ministru daħlu mas-600 persuna f 'Mater Dei Anton Refalo, Franco Mercieca, Edward Zammit Lewis u Ryan Mercieca wara l-ftuħ taċ-ċentru tat-taħriġ tal-ICT

