Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
10 illum | Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil DIN kienet l-ewwel sentenza li qalli Louis Debattista malli dħalna fid-dar tiegħu l-Qala. Dar fuq stil rustiku bi swimming pool battal u bi spettaklu naturali tal- kampanja ta' dan ir-raħal sabiħ Għawdxi. Iltqajt miegħu fejn l-iskola tat-tfal għax kien għadu kif segwa lill-ibnu fuq ir-rota biex imur l-iskola, għax Louis hu sportiv ħafna u jrid jrabbi lill-uliedu attivi. Qabel dħalt id-dar avżani li għandu kelba, iżda din bqajt ma ltqajtx magħha ħlief tliet sigħat wara eżatt kif intemmet l-intervista. Sadattant ingħaqdet magħna martu Adele li hi minn Mississippi li ħejjietli naqra kafè tal-moka, tajba, forsi mhux daqs kif jagħmluha t-Taljani, iżda bnina wkoll. Iddeċidejna li l-intervista jew aħjar id- diskussjoni nagħmluha bl- Ingliż ħalli Adele tkun komda tismagħna. Louis twieled fl-Imnarja tal-1967 u għandu tliet ulied, Luciana ta' 13-il sena, Cennie ta' 11-il sena u Louis ta' 7 snin. Louis hu l-fundatur tal-club 'Greyhound Youth Athletic Club' fejn fih hemm diversi tfal mill-Qala u anke mill-villaġġi tal-madwar li jippratikaw ċikliżmu, hiking, ġiri u għum (fis-sajf). Minn din is-sena kellu idea sublimi grazzi għal suġġeriment ta' tifla ta' 9 snin, Nicole Camilleri li waqt li kienet hike miegħu nnutat ħafna ħmieġ u qaltlu li dan il-ħmieġ idejjaqha wisq. Tant li qaltlu li se tgħid lil missierha li għandu krejn biex jiġbor l-iskart li kapaċi jagħmel l-uman biex iħammeġ l-ambjent. "Hemm bżonn li t-tfal nisimgħuhom. Fil-fatt bqajt naħseb fuq li qaltli u minn dis-sena bdejt norganizza hikes madwar il-kosta ta' Għawdex kull nhar ta' Ħadd fis-1pm u fl-istess ħin innaddfu kull skart li nsibu." Idea sublimi fejn filwaqt li t-tfal ikunu fiżikament attivi, jgawdu l-ambjent sabiħ u jnaddfuh ukoll. Kull nhar ta' Ħadd, Louis ilaqqa' madwar 30 jew 40 persuna f 'dawn il-hikes speċjali fejn flimkien mat-tfal qed jingħaqdu diversi barranin li jgħixu Għawdex, klieb u qalli li l-aħħar wieħed kien hemm xi ħadd li mar bi ħmar f 'dan il-hike. Skont Louis qed jaħdem biex dawn il-hikes iduru dawra sħiħa mal-kosta ta' Għawdex u fil-fatt kull darba, kull hike qed idum madwar 5 sigħat. Waqqaftu ftit u tlabtu Id-Don Bosco tal-Qala Twieled Għawdex 46 sena ilu, iben tfajla Maltija li dak iż-żmien kien għad kellha 16-il sena u missier li baqa 'unknown' għalih sal-lum. Mat-twelid tħalla jitrabba fl-istitut ta' Lourdes f 'Għajnsielem. Ta' 11-il sena kien trasferit għad-dar ta' San Ġużepp sa ma kellu 17-il sena. L-iskola flimkien ma' 'ħutu' l-oħra tal-istitut kien jiġi bullied u xi drabi msawwat ukoll. Anke fid-dar ta' San Ġużepp sab il-bullying minn żgħażagħ akbar minnu fl-età. Però barra l-ħajja li sawtitu sab ukoll l-imħabba u l-futur tiegħu. Sab il-missirijiet li qatt ma kellu, Dun Manwel u Dun Louis. Dun Manwel għallmu s-sengħa ta' mastrudaxxa li wasslitu biex spiċċa fetaħ negozju għalih l-Istati Uniti. Hemmhekk iltaqa' ma tfajla Amerikana, Adele u flimkien rabbew familja bi tliet ulied. Ħames snin ilu rritorna Għawdex. Hawnhekk iddeċieda li dik l-imħabba bla kundizzjoni li rċieva fl-ewwel stadju ta' ħajtu li bnietu fir-raġel li hu llum, ried jgħaddiha lil ħaddieħor. Beda jiġbor it-tfal Għawdxin u qed jgħallimhom u jħarriġhom fil-ħajja sportiva, ħajja mimlija attività, li jkunu aktar konxji ta' saħħithom u biex inaddfu l-ambjent ta' madwarhom. Gladjatur mill-aqwa, abbandunat fit-twelid, imrobbi f 'orfanatrofju fejn minnu sar mhux biss raġel ta' suċċess u sportiv, iżda missier mhux biss tat-tliet uliedu iżda ta' ħafna tfal li fih sabu lil Don Bosco modern. "Irrid inkun Dun Manwel u Fr Louis għal dawn it-tfal. Il-volontarjat wassal lili hawn, issa wasal il-waqt li nagħti lura l-imħabba li rċevejt mill-Istitut billi noffri lili nnifsi fil-volontarjat." Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Minn żmien il-qedem, San Pawl il-Baħar dejjem kellu sehem importanti fl-istorja ta' Malta. F'din il-lokalità nsibu diversi siti ta' importanza arkeoloġika u storika li jeħduna lura sa 6,000 sena ilu. L-eqdem fosthom insibu 7 oqbra preistoriċi. Żewġ tempji neolitiċi, raddi antiki tal-karettun, oqbra Puniċi u fdalijiet oħra ta' żmien il-bronż juru li dawn l-inħawi kienu ċentru ta' attività fi żmien il-qedem. Għal diversi snin San Pawl il-Baħar kien prattika- ment mitluq minħabba li kien espost għall- attakki mill-furbani. Għaldaqstant, il-Gran Mastru Wignacourt bena torri msemmi għalih fl-1610; inbena torri ieħor fil-Qawra fl-1637, Batterija fil-Mistra fl-1653, u nbnew 2 ridotti fix-Xemxija fl-1740. Dan it-torri nbena fl-1610 u ssemma' għal Granmastru Alof de Wignacourt. Fis-snin li għaddew mhux biss sar ir-restawr fuq dan it-torri, iżda sar xogħol estensiv ta' tisbiħ f 'din iż-żona. Illum il-ġurnata, dak li jkun jista' jmur għal passiġġata bil-kwiet jew anke jilgħaq ix-xemx fuq il-bankijiet li hemm. Anzjan li kkuntattja l-gazzetta ILLUM spjegalna kif huwa u miexi mal- promenade ta' San Pawl il-Baħar, ma ndunax b'din il-ħofra, tfixkel u waqa'. Hu spiċċa biex weġġa' sew tant li ilu aktar minn ġimagħtejn ma joħroġ. Idea brillanti! Matul il-kosta rajt bosta ritratti antiki ta' din iż-żona. Wieħed jista' jqabbel kif kienet din iż-żona għexieren ta' snin ilu mal-preżent. Ma' kull ritratt hemm fatt storiku marbut mal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u l-Gżejjer ta' San Pawl. It-telqa fil-pixxina tas-Sirens hija evidenti. Mhux biss hemm l-ilma qiegħed, iżda wieħed jista' jara numru kbir ta' siġġijiet imkissrin. Dan minbarra l-ħmieġ tal- annimali li rajt fil-madwar. Din iż-żona hija nadifa ħafna. Jien u miexi stajt nara numru sew ta' tankijiet taż- żibel. Iżda sfortunatament xorta waħda tibqa' ssib nies irresponsabbli li jarmu bl- addoċċ. It-telqa fil-pixxina tas-Sirens hija evidenti. Din iż-żona hija nadifa ħafna. Jien u miexi stajt nara numru sew ta' tankijiet taż- żibel. Iżda sfortunatament xorta waħda tibqa' ssib nies irresponsabbli li jarmu bl- addoċċ. DIN li qalli Louis Debattista malli dħalna fid-dar tiegħu l-Qala. Dar fuq stil rustiku bi swimming pool battal u bi spettaklu naturali tal- kampanja ta' dan ir-raħal sabiħ Għawdxi. Iltqajt miegħu fejn l-iskola tat-tfal għax kien għadu kif segwa lill-ibnu fuq ir-rota biex imur l-iskola, għax inkun Dun Manwel u Fr Louis għal dawn it-tfal. Il-volontarjat wassal lili hawn, issa wasal il-waqt li nagħti lura l-imħabba li rċevejt mill-Istitut billi noffri lili nnifsi fil-volontarjat." Din il-ġimgħa l-ġurnalist mexa tul il-kosta ta' San Pawl il-Baħar. trasferit għad-dar ta' San Ġużepp sa ma kellu 17-il sena. L-iskola flimkien ma' 'ħutu' l-oħra tal-istitut kien jiġi bullied u xi drabi msawwat ukoll. Anke fid-dar ta' San Ġużepp sab il-bullying minn żgħażagħ akbar minnu fl-età. Però barra l-ħajja li sawtitu sab ukoll l-imħabba u l-futur tiegħu. Sab il-missirijiet li qatt ma kellu, Dun Manwel u Dun Louis. Dun Manwel għallmu s-sengħa ta' mastrudaxxa li wasslitu biex spiċċa fetaħ negozju għalih l-Istati Uniti. Hemmhekk iltaqa' ma tfajla Amerikana, Adele u flimkien rabbew familja bi tliet ulied. Ħames snin ilu rritorna Għawdex. Hawnhekk iddeċieda li dik l-imħabba bla kundizzjoni li rċieva fl-ewwel stadju ta' ħajtu li bnietu fir-raġel li hu llum, ried jgħaddiha lil ħaddieħor. Beda jiġbor it-tfal Għawdxin u qed jgħallimhom u jħarriġhom fil-ħajja sportiva, ħajja mimlija attività, li jkunu aktar konxji ta' saħħithom u biex inaddfu l-ambjent ta' Għal diversi snin San Pawl il-Baħar kien prattika- Il-promenade ta' San Pawl il-Baħar

