Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 17 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek imexxih minn imnieħru ta'… Din il-bijografija tista' tkun il-passaport tiegħu biex iżomm postu mal-elite ta' Silvio u Anton… Taf x'laqatni f 'din il- bijografija… apparti li ma rajna xejn dwar kif deputat parlamentari kkowċjat minn Peppi nbidel f 'ġurnalist… apparti li ma rajna xejn kif u għaliex tilef l-elezzjoni tal-2008… apparti li ma rajna xejn dwar x'ġara meta l-ħin tal-votazzjoni ttawwal b'xi siegħa… u x'ġara jew ma ġarax f 'dik is-siegħa Alla biss jaf… Apparti li sirna nafu li kien ġie t-tieni l-aqwa student f 'Malta bi Franco Debono biss ilaħħaq miegħu meta kien ġie l-ewwel fil-klassi tal- iskola tan-nuna… ejja Buż aqlagħha x'laqtek? L-aktar parti ta' stoffa f 'din il-bijografija kienet meta qalulna li Sant kien jagħlef it-tiġieġ, imbagħad kif imur l-uffiċċju kienet tfarfru Michelle… qabiżli d-dmugħ dak il-ħin! Xi ħlew! Min jaf kemm se jagħlifhom it-tiġieġ fil- parlament Ewropew… tgħid did-darba min se jfarfru? Għandi f 'moħħi li d-duster did-darba se tkun Miriam il-ġurnalista/avukatessa/ esperta tal-gass/politika nsomma all in ONE… U la qegħdin fuq il- bendybus ta' Peppi… inkomplu… kumbinazzjoni ġab lil Alan Bates… dak li jraqqdu u jqajmu insomma… imma kif ma ħax lil dak taż-żejt jaħasra kien forsi jgħinu jiftakar l-isem tal-Big One… għax Bates żgur li kien kapaċi joħroġulu minn ħalqu… l-isem. TATA Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle DAK kollu li jinkiteb huwa 'politikament skorett' iżda huwa biċ- ċajt u mhux immirat biex iweġġa' jew joffendi. Jekk tieħdu għalikom m'hemmx x'tagħmlu, ixtru gazzetta oħra. Cyrus jilgħaq il-kakkaturi Kont għaddej minn quddiem l-uffiċċju tal- kakkaturi meta xammejt riħa stramba. U mill-ewwel stenbaħt li quddiemi kelli s-sorm kbir u sabiħ ta' Cyrus Engerer u maġenb żewġ patatiet oħra ta' xi boyfriends tiegħu. Beda tiela' t-taraġ għall-uffiċċju tal- kaċċaturi. Kemm hu stirat hux Mr Cyrus?! Niftakru meta kien Nazzjonalist u dakinhar kien stirat ukoll. Dakinhar kien jobgħod il-Lejber imma issa sar iħobbhom. Imma insomma, ma ngħidx li jħobbhom, jien iktar ngħid li azzjoni simbajotika. Jiġifieri, I use you and you use me. Iva ħija, dan Cyrus ovvjament ma riedx ikun membru parlamentari f 'Malta. L-ewwel nett ma għandux f***** chance u t-tieni hu jrid il-paga ta' membru parlamentari. Apparti li ġewwa Brussel iktar hemm ċans iżegleg il-patata milli jżegleg hawn. Issa jien l-aktar ħaġa stramba hi li ma nistax nifhem li spiċċa jilgħaq lil Lino. Għax jien li naf dwar Lino Farrugia hu li jħobb ħafna affarijiet… fosthom il-klieb u l-kaċċa, imma sa fejn naf jien ma tantx hu fan tas-suwed u tal-omosesswali. Insomma jien bqajt miexi sakemm wasalt f 'kamra b'ħafna karti u storbju. Sibt posti taħt il-mejda, qed ngħidilkom l-irwejjaħ ta' Cyrus u Lino huma tassew inimitabbli. Minn taħt il-mejda Randolph neħħa ż-żarbuna u beda jagħrax lil Cyrus… aħjar ma ngħidilkomx fejn. Qisni rajt għasfur taħt il-mejda. Imma allaħares ħareġ l-għasfur għax kien ikun hemm straġi b'Lino jispara biex jaqbad l-għasfur. Insomma, minn taħt il- mejda smajt id-diskors ta' Cyrus, jekk niftakar sew kien hekk: "Lino, jien mhux qiegħed hawn biex nimpressjona jew nirbaħ xi vot. Jiena għamilt ħafna bużulotti f 'ħajti bħal pereżempju ħadt ritratti psataż tal-eks boyfriend tiegħi u xerridthom ma kullimkien. Le, bużulotti m'għadnix nagħmel għax issa sirt persuna serja u spiċċajt tlaqt mill-PN u qiegħed ma' partit liberali mmexxi minn Muscat. Għalhekk flimkien ma' Randolph l-għarus, qiegħed hawn biex nippreżentalek petizzjoni biex nuri li jien mhux kontra li d-delizzju tagħkom li tisparaw fuq il-birdie jieqaf ħesrem." Lino qam dar mal-mejda kważi waqa' fiż-żarbuna ta' Randolph u għannqu. U qallu: "Cyrus, kemm qed nieħu pjaċir li qiegħed hawn għadek ma tafx kemm inħossni ferħan li qiegħed hawn biex itini daqsxejn ta' patata… le, le ridt ngħid palata. Meta trid oħroġ miegħi għall-kaċċa, u nħallik tmissli l-grillu u tista' tgħafsu kemm trid." Kien f 'dan il-mument romantiku, li ddeċidejt li naħrab minn taħt il-mejda u barra għal ġot-triq. U hekk kif ħriġt barra kelli bilfors naqla' kollox minn fuq l-istonku għal fuq l-għatba ta' barra. Il-Prim jammetti li kien Nerd Ridt ninħeba meta smajtu jitkellem imma hekk qal il- Prim, ara x'qal "I have been a reader since my secondary school days when sitting for my economics O-level, that might have qualified me as a nerd" u mbagħad kompla; "Over 13 years of marriage, the presence of this major liberal influence in my life, won over even my other major influence: my wife. She gave up VOGUE (magażin chic dwar il-moda), and embarked on same routine. So, I must say that The Economist (magażin għal jekk taħseb li tifhem fl- ekonomija) shared some part of our intimacy (ma hemmx kelma fil-Malti għaliha)." Bejnietna jien nippreferi l-Vogue, għax ikun fih kull mara. Imma x'tagħmel?! L-għasfur ta' Chris Cardona Kont qiegħed nitlajja fl- uffiċċju ta' Chris Cardona. X'żaqq għandu hux Chris kemm hu ħelu. U hekk kif kont qed nistenna ltqajt mal- għasfur ta' Chris. Għasfur aħdar qisu pappagall żgħir. Mort fuqu u staqsejtu. "X'int tagħmel hawn xbin?" qalli li Chris xtaqni d-dar imma kien hemm min fid-dar ma ridux. "Għaliex?" staqsejt, "uu, għax għandi ħabta li dak li nisma' nirrepetih. U l-aħhar darba beda ħiereġ kliem minn ġo ħalqi… insomma mhux propja kliem imma… iktar qisu tinwiħ u għajjat!!! U wara spiċċajt hawn 'il bogħod mit- trouble." Grand Commander of the Phoenix U la darba qegħdin fuq l-għasafar nixtieq ninfurmakom li Joseph Cole ta' George Vella, Charles Stafrace ambaxxatur għal Greċja, Joseph Church ta' George Abela, Keith Schembri, il-perċimess ta' Muscat u John Buttigieg, konsulent ta' George Abela ngħataw il-medalja mill- Presidenza Griega ta' The Grand Commander of the Phoenix. Liema medalja nissuġġerixxi li jpoġġuha ġo xi kaxxa fil-garaxx għax ma tiswa xejn u bejnietna tingħata mill-Griegi meta jkunu jridu jitnejku b'xi ħadd.