Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 Gwardjan lokali jitkellem dwar il-bżonn ta' riforma "Kellna nsawtu jew nissawtu" Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2248 3140 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com www.peugeot.com.mt N E W P E U G E OT 3 0 8 C A R O F T H E Y E A R 2 014 PEUGEOT CREATES A SENSATION Combined consumption (l/100 km): from 3.7 to 5.8*. CO 2 emissions (g/km): from 95 to 134*. *With 17" or 18" tyres depending on the engine specifications. NEW PEUGEOT 308 The new Peugeot 308 is a compact hatchback with a pure and a charismatic design. It offers a new driving experience, intuitive and intense, with its Peugeot i-Cockpit: a compact steering wheel, head-up instruments, a large touchscreen and the high centre console. Join Peugeot Malta on Facebook: www.facebook.com/peugeotmalta 0804. Peugeot - 308 Car Of The Year - 18x5.indd 1 07/03/2014 15:10 JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt GWARDJAN lokali li ilu f 'dan ix-xogħol tnax-il sena qal mal-ILLUM li r-riforma lokali mħabbra mill-gvern mhux biss intlaqgħet tajjeb miċ-ċittadini iżda wkoll mill-istess gwardjani lokali, "għax b'hekk mhux se nibqgħu l-bojja tal-poplu b'ċitazzjonijiet sfurzati." Mingħajr tlaqliq, il-gwardjan Joseph Borg sostna ma' din il-gazzetta kif kull gwardjan lokali kien mhedded bl- impjieg tiegħu jekk inaqqas iċ-ċitazzjonijiet. "Jew tagħti kontinwament iċ-ċitazzjonijiet jew inkella l-impjieg tiegħek huwa mhedded. Kien hemm każi fejn gwardjani lokali f 'kumpanija partikulari saħansitra tneħħew mir- rotta minħabba nuqqas ta' ċitazzjonijiet. Is-sistema preżenti ħonqot lil kulħadd," jissokta jgħid Borg. Hu jgħid li dan kien tort ta' kif is-sistema kienet strutturata, bil-gwardjan lokali jrid jinsisti hu biex tiġi ffinanzjata s-sistema. "Kien ikollna pressjoni kontinwa minn kull att biex inżidu kontinwament fiċ- ċitazzjonijiet ħalli l-ispejjeż tas-sistema, li huma kbar u esaġerati, jiġu sostenibbli. Minkejja li hu l-gwardjan lokali li kien iżomm is-sistema taħdem, konna nkunu l-aktar ikkalpestati f 'sistema fejn lil gwardjan lokali tgħidlu jew issawwat jew tissawwat. Il- gwardjan lokali kien imxebba." Hu jargumenta li r-riforma kif proposta se toffri l-inqas indħil lill-gwardjani lokali, u ttihom l-opportunità li jkunu ta' servizz liċ-ċittadin flok skjavi tas-sistema. "Fl-aħħar se nkunu stmati u milqugħin. Nistgħu nkunu ħabib tal-poplu waqt li nedukawh. Naspiraw li nkunu sors ta' prevenzjoni, protezzjoni, ħarsien, kif ukoll infurzar." Ir-riforma tara li s-sistema ma tibqax privatizzata, imma minflok jitwaqqaf unit li jkollu l-kontroll assolut tas-sistema. Minħabba l-privatizzazzjoni, fil-preżent 75% tal-flus imorru għand kumpaniji privati, filwaqt li l-Kunsilli Lokali kienu jirċievu biss 10%. Jekk ma kinux jingħataw biżżejjed ċitazzjonijiet is-sistema kienet tikkrolla finanzjarjament. Iżda r-riforma titlob ukoll li l-gwardjani lokali attwali jkollhom jitħarrġu aktar biex iżommu posthom. Skont is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera, il-gwardjani se jkunu mitluba jitħarrġu fil-komunikazzjoni, dwar l-ambjent kif ukoll għarfien bażiku tal-liġijiet. Iżda Borg hu kunfidenti li din l-isfida mhux se tfisser it- tmiem tal-impjieg. "Kull ħaġa fiha r-riskju tagħha. Il-maġġoranza tal- gwardjani huma inklinati biex jagħmlu minn kollox biex jilħqu l-livell meħtieġ u għalhekk huma iktar minn disposti li jwettqu t-taħriġ. Għalhekk naħsbu li f 'dan l-istadju ma tidher l-ebda theddida ta' telf ta' impjieg," qal il-gwardjan lokali. Il-gwardjan lokali ta' 55 sena jammetti li hemm bżonn jogħla l-livell tal-gwardjani, b'mod partikolari fil-mentalità u d-dixxiplina. Iżda ma jiqafx hemm. Jgħid li biex verament ir-riforma tkun waħda ta' suċċess, is-servizz irid ikun indipendenti u 'l bogħod minn kull indħil tas-sindki, kunsilliera, kunsilli u reġjuni. "B'hekk kull operat ikun aktar liberu u trasparenti," itemm jgħid Borg. "Fl-aħħar se nkunu stmati u milqugħin. Nistgħu nkunu ħabib tal-poplu waqt li nedukawh"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014