Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 35 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-bniedem wara r-riforma tal-irrefjar f 'pajjiżna Twieled t-12 t'Ottubru 1968 -Imtarfa Dam referee tal-futbol għal 20 sena sħaħ bejn l-1990 u l-2010 – FIFA Assistant Referee (1997-1998) u FIFA Referee (2003- 2007) Rebaħ l-Unur 'L-Aħjar Referee' l-Malta Football Awards s-sena 2004 u ngħata l-Unur għall-Karriera waqt il-Malta Football Awards s-sena 2011 Kien is-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Referees Association bejn l-1994 u l-1996 u l-2003 u l-2005 Illum jokkupa l-karigi ta' Malta FA Director of Refereeing, UEFA CORE Coach, UEFA Referee Observer u FIFA Assessor Adrian Casha jmorru jirreffjaw f 'kampjonati barranin kienet ħolma li saret realtà f 'dawn l-elf jum fil-kariga. Permezz ta' dawn l-iskambji qegħdin inkabbru l-esperjenza tar-referis tagħna fil-futbol internazzjonali u nagħtu l-opportunità lil dawk l-uffiċjali li m'humiex fuq il-Panel tal-FIFA sabiex huma wkoll ikollhom iċ-ċans li jirreffjaw partiti barra minn Malta. Għall-klabbs Maltin u għall-futbol Malti huwa wkoll tajjeb li ma jarawx l-istess uċuħ jikkontrollaw il-partiti tat-timijiet tagħhom. Novità oħra kienet it-tneħħija tal-età massima ta' 47 sena għar- referees u l-assistenti referees fil-Kampjonati mill-Premier sat- Tielet Diviżjoni għaliex sar dan? L-età massima ta' 47 sena kienet diskriminatorja. Aħna nemmnu li sakemm jgħaddi mit-testijiet fiżiċi u dawk mediċi, uffiċjal għandu jingħata ċ-ċans li jkompli bil-karriera tiegħu. X'inhu eżattament l-irwol tiegħek bħala UEFA CORE Coach? Dan l-irwol ġie introdott mill-UEFA fl-2010 minħabba l-bidu ta' programm speċjalizzat imsejjaħ CORE (Centre of Refereeing Excellence). Bħala kowċ tar-referees ikolli terni arbitrali barranin li għal perjodu taż-żmien inkun il-kowċ tagħhom sabiex ngħinhom jiżviluppaw aktar u aħjar il-ħiliet tagħhom. Nattendu wkoll żewġ korsijiet intensivi fil-kwartieri tal-UEFA u nżommu kuntatt regolari sabiex bħala kowċ inkun nista' nagħti l-pariri neċessarji. Fl-aħħar tat-tieni kors il-parteċipanti jingħataw ċertifikat jew diploma, skont kemm ikunu wrew impenn fil-ħidma tagħhom bejn il-kors ta' introduzzjoni u dak li jikkonsolida dak li dawn ir-referis żgħażagħ ikunu tgħallmu. Bħalissa għandi taħt il-ħarsien tiegħi terni arbitrali mir-Repubblika Irlandiża u l-Moldova, filwaqt li l-istaġun li għadda kont qiegħed nieħu ħsieb terni arbitrali mill-Bulgarija u l-Lussemburgu. Fil-kariga tiegħek ta' UEFA Referees Observer (FIFA Assessor) tiltaqa' ma' għadd ta' referees internazzjonali barranin, uħud minnhom ta' fama mondjali li jirreffjaw f 'kompetizzjonijiet prestiġjuzi bħalma huma t-Tazza tad-Dinja, il-Kampjonat Ewropew għan-Nazzjonijiet, UEFA Champions' League, UEFA Europa League u oħrajn. Kif tħossok dwar dan? Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li nassessja referees ta' fama mondjali. Fihom tispikka l-umiltà, fejn anki jekk ikunu ġejjin minn xi pajjiż kbir fil-futbol internazzjonali u jiena nkun ġej minn pajjiż żgħir bħal Malta, xorta tarahom ifittxu l-pariri sabiex ikunu aħjar milli huma. Kemm verament temmen li l-livell tar-referis Maltin żdied taħt it-tmexxija tiegħek f 'dawn l-elf jum fil-kariga ta' Direttur tar- Refereeing? B'saqajja mal-art ngħid li r-riżultati jitkellmu waħedhom. Minn statistika miġbura u mgħoddija lilna mill-UEFA, bejn l-2009 u l-2011 ir-referees Maltin kellhom medja ta' punteġġ fiż-żona 'Satisfactory performance with small areas of improvement'. Fl-aħħar sentejn, minbarra żieda sostanzjali ta' appointments internazzjonali kemm mill-UEFA kif ukoll mill-FIFA, il-medja tal-punteġġi mogħtija lir-referees Maltin żdied għal 'Good performance at the expected level'. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'din il-kariga? Il-ħajja għallmitni ngħix ġurnata b'ġurnata. Se nibqa' nistinka sabiex il-livell tar-referees Maltin ikompli tiela' 'l fuq permezz ta' tagħlim kontinwu u opportunitajiet sbieħ barra minn xtutna. L-aktar ħaġa importanti għalija meta naħseb fil-futur hija li meta nispiċċa mill-kariga, inħares lura u nara li sar progress fis-settur tar-refereeing li tant huwa għal qalbi. X'messaġġ tixtieq twassal lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jibdew karriera ta' referee f 'pajjiżna? Il-karriera ta' referee hija karriera mill-isbaħ u li tgħinek tifforma karattru sod u personalità. Hija karriera li tagħtik ħafna sodisfazzjon jekk tagħraf timpenja ruħek. Kull min jeħtieġ aktar informazzjoni, jista' jikteb lis-Sur Alexander Arena, il-persuna responsabbli mill-ingaġġ ta' referees ġodda fuq referees@mfa.com.mt