Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
18 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 J ames Monroe ma jiġi xejn minn Marilyn Monroe. Ibda biex, din l-artista ta' Hollywood fir-realtà l-anqas kien jisimha hekk. James kien il-ħames President tal-Istati Uniti u l-aħħar fost il-fundaturi tal-Kostituzzjoni Amerikana. Għal dawk li jistudjaw il-liġi u jħobbu l-istudji tal-politika internazzjonali, dan il-President ħoloq duttrina politika li baqgħet taffettwa lid-dinja u l-politika barranija sal-lum. Din hija d-duttrina ta' Monroe akkademikament magħrufa bħala "The Monroe Doctrine". James Monroe kien wieħed li kabbar kemm felaħ lill- Amerika għall-għamla li hi llum. Xtara mingħand Spanja l-Istat ta' Florida. Innegozja wkoll l-akkwist ta' Louisiana mingħand Franza. L-aptit li jkabbar u jibla' kemm jiflaħ territorji ma kien jispiċċa qatt. Kabbarha sal-punt li l-Amerika spiċċat b'kosta tmiss mal-oċean Atlantiku u oħra ma' dak tal- Paċifiku. Iżda l-anqas b'dan ma kien kuntent. Dak li ma akkwistax iddikjarah xorta waħda ta' interess għall-pajjiżu. Għamel dikjarazzjoni li l-Amerika ta' Fuq għandha interess fl-Amerika Latina. Għalhekk l-Amerika akkwistat id-dritt sagrosant li kulma jiġri f 'dan is-sub-kontinent ma jridx b'xi TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI ALLAĦARES l-elementi Mintoffjani fil-Partit Laburista għad għandhom is-sopravvent fuq il-Prim Ministru, tant li jinfluwenzaw lil min jaħtar jew ma jaħtarx President tar- Repubblika. Mintoff dam biżżejjed jagħmilha tad-dittatur jew tal-bully fil-partit tiegħu (la sab lil min joqgħodlu) u ftit għad hemm lok li jerġgħu jkunu rxuxtati dawk l-atteġġjamenti. U ta' min ifakkar li kull bully jibblaffja minħabba kumpless moħbi ta' inferjorità. Jista' jkun li sezzjoni tal-mezzi tax-xandir sabet fejn tispekula dwar in-nomina ta' Coleiro Preca bħala president. Il-filo- Mintoffjani, spekulaw il-mezzi tax-xandir, ma ridux lil George Vella għax kien kisirha ma' Mintoff u sabet ruħha nominata Coleiro Preca. M'hemmx x'tgħid wisq dwar il-fantasija ġurnalistika f 'dan il-każ, għax kulħadd jaf li l-PM Muscat ilu żmien magħruf li kellu f 'moħħu l-ħatra ta' President mara. Hu l-mod tiegħu ta' kif jagħmel omaġġ konkret lill-femminilità, lil mara dinamika li s-soċjaliżmu tagħha hu tanġibbli, b'nuċċali newtrali fejn jidħlu l-ilwien tal-bnadar tribali. M'Louise Coleiro Preca għandha l-intelliġenza emottiva kollha biex tkun, tabilħaqq, ikona nazzjonali li kapaċi tintegra s-segmenti kollha tal-pajjiż, inklużi, fuq kollox id-dgħajfin. L-ISTAT TAL-LIBRERIJA PUBBLIKA Rapport ta' Ramona Depares fit-taqsima kulturali ta' The Sunday Times of Malta wera f 'liema stat patetiku tinsab il-librerija pubblika, fost telqa u abbandun li ma jixraqx lil pajjiż li suppost qed iħejji ruħu biex ikun il-kapitali Ewropea fl-2018. Imqar ħarsa lejn kif joperaw il-libreriji pubbliċi (anki dawk reġjonali, mhux nazzjonali) juri fejn tinsab il-librerija pubblika f 'Malta. Qabel xejn, għall-konvenjenza tal-pubbliku, il-libreriji normalment jiftħu kuljum sat-8 ta' filgħaxija, bis-Sibt sal-5 tal- filgħaxija. Il-klijenti jingħataw kard personali biex joperaw huma stess is-servizzi li joffru l-libreriji rispettivi. Il-programmi interattivi (il- libreriji qatt m'huma ċimiterji) jinkludu programmi pre-school, narrazzjoni drammatizzata, żoni ta' logħob edukattiv, klabbs għal wara l-iskola, gruppi ta' dibattiti, faċilitajiet ta' studju u riċerka, libreriji online, kollezzjonijiet sħaħ fuq suġġetti speċifiċi, kotba awdjo u DVDs u riżorsi għat-tagħlim ta' lingwi barranin. Fl-Awstralja, pereżempju, dawn il-lingwi jinkludu l-Għarbi, il-Bosnjak, iċ-Ċiniż, il-Kroat, il- Grieg, il-Maċedonjan, il-Pollakk, il-Punġabi, is-Serb, l-Ispanjol, it-Tork, it-Taljan, il-Vjetnamiż u l-Malti. L-aktar riżorsi mkittfin huma dawk Maltin. Mhux għaġeb, meta l-istess librerija ċentrali tinsab fl-istat li tinsab. Naturalment kif deher fil- mezzi tax-xandir lokali mhux il- libreriji kollha jistgħu jitqiegħdu fl-istess keffa. Iżda żgur li l-materja tal-librerija ċentrali għandha tkun iffokata sew. GOGOL U T-TBAGĦBIS FIL-METERS "Tmissux lil dawk fil-poter, imma attakkaw lis-subordinati tagħhom għax dawk nistgħu ngħaddu mingħajrhom." Il-kwotazzjoni ġejja mill- kitba ta' Nikolai Gogol, id- drammaturgu Russu li għamel parodija sħiħa bir-redikolaġni tal-ħajja, bil-vulgarità, l-ipokresija u l-korruzzjoni. Ftakart f 'Gogol (li fost l-oħrajn kiteb L-Ispettur tal-Gvern) fil- kuntest tat-tbagħbis skandaluż li seħħ fl-arloġġi elettroniċi tad- dawl u l-ilma. Il-konsumaturi onesti spiċċaw spettaturi f 'kummmiedja oħra tribali, bil-karatteristiċi kollha ta' partita politika grotteska. It-tbagħbis fil-meters tal- elettriku ma bediex illum. Diġà kien hemm każ fl-2006 u l-każ spiċċa f 'vaudeville redikoli fejn seħħet indulġenza plenarja għall-ħlas ta' mitt ewro. U aħna, iċ-ċittadini li nobdu u nirrispettaw il-liġijiet tal-pajjiż, nittieħdu ġirja oħra minn imneħirna (anki Gogol għandu parodija dwar l-Imnieħer). Issa reġa' tfaċċa tbagħbis qawwi jiswa madwar tletin miljun ewro. Inqabdu t-tekniċi u ttellgħu l-Qorti, bdew ikunu sentenzjati u l-konsumaturi li xaħħmu qed ikollhom iħallsu kollox bil-penali u l-interessi. Ħafna ma jaqblux ma' konċessjoni bħal din għax qed jintbagħat messaġġ ta' kondexxenza. Imma l-każ żgur ma kellux għalfejn ikun sensazzjonalizzat b'mod iddisprat mill-Oppożizzjoni li saħansitra weħel ma' rasha l-Kummissarju tal-Pulizija. Fil-fatt, qed jingħad min- naħa tal-gvern li l-Pulizija hi kompletament ħielsa li tieħu l-passi kriminali li trid kontra min abbuża. Allura għaliex il-grotteskerija u l-karnival politiku, li mhu jagħmel xejn ħlief ikompli jfarrak il- kredibbiltà tal-poplu fil-klassi politika, hi fuq liema naħa hi? L-IMMIGRANTI BĦALA "SKART" Assolutament hi xi ħaġa tal- mistħija li uffiċjal mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jirreferi għall-immigranti irregolari bħala "skart" (trash). L-uffiċjal ħareġ bl-aġġettiv razzist u kattiv tiegħu meta gruppi umanitarji talbu biex issir inkjesta indipendenti dwar l-inkwiet li nqala' fil-post fejn hemm miżmumin, fi stat ta' indinjità, l-immigranti miżerabbli. Mhux aċċettabbli li assocjat fi ħdanu hemm xi ħadd li qed jissuġġerixxi biex il-miżerabbli "jintbagħtu lura mnejn ġew." Li tfisser jintbagħtu lura lejn il-faqar, il-ġuħ, il-miżerja, il-qtil, il-massakri u l-istupru tan-nisa u t-tfal. Anki jekk l-uffiċjal "irtira" l-kumment selvaġġ li tella' fuq Facebook u "apoloġizza", kollox jindika l-insensittività tiegħu fejn tidħol il-kundizzjoni umana ta' erwieħ ġejjin mill-infern tad-dinja. Ir-"rabja" tal-uffiċjal fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (din hi r-raġuni li ta għall-kumment razzist tiegħu) ma tiġġustifika b'ebda mod l-intolleranza tiegħu, l-aktar meta hu uffiċjal pubbliku jopera f 'kuntest li jinvolvi l-politika barranija. Għajb. MALTA KKUNDANNATA Malta kienet ikkundannata ripetutament dwar il-politika tagħha dwar id-detenzjoni tal-immigranti irregolari kollha malli jmissu l-art, jekk ikunu fortunati biżżejjed li jmissu l-art. Għax qtajjiet tagħhom isibu qabarhom mal-ħut tal-qiegħ. Dak li nqala' dan l-aħħar fiċ- ċentru tad-detenzjoni reġa' hu l-konsegwenza ta' frustrazzjoni. Iżda dan ma jfissirx li l-immigranti għandhom xi privileġġ favur il-vjolenza. Li għandhom huma jeddijiet li jkunu trattati b'dinjità. L-NGOs ilhom żmien jinsistu dwar il-qagħda fiżika u psikoloġika bħala konsegwenza tad-detenzjoni. Il-Ġiżwiti f 'Malta kienu sabu li 80% tal-immigranti f 'detenzjoni żviluppaw deterjorament f 'saħħithom. L-umiljazzjoni, il-mistħija, ir-reżistenza li ddgħajfet, il-katastrofi. Hekk fakkar il-poeta li għaraf it-tamiet frustrati. The Russians are coming! T iskanta kif l-avvenimenti li jiġru minn żmien għal żmien iġibulek il-memorji taż- żgħożija. Meta l-Amerika u r-Renju Unit invadew l-Iraq biex ineħħu lil Saddam Hussein, ir-Renju Unit spiċċa jokkupa għal bosta snin l-parti tan- nofsinhar tal-Iraq, eżattament fejn ix-xmara Shatt el Arab tiżbokka fil-Golf Persjan (jew Għarbi). Din l-okkupazzjoni tat anke lok għal sentenza ċelebri tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li sabet li sakemm territorju jibqa' taħt il-kontroll effettiv tal-forżi armati ta' pajjiż firmatarju tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni tapplika wkoll fiż-żona ta' okkupazzjoni. Dawn l-avvenimenti f 'Basra fakkruni f 'wieħed mill-ewwel kotba tal-Malti li kont naqra l-iskola, antoloġija ta' stejjer u poeżiji li llum insejt x'jismu. Waħda mill- istejjer kien jisimha "Fl-Isptar ta' Basra" li verament nixtieq nerġa' naqraha. L-avvenimenti riċenti fl- Ukrajna u fil-Krimea ġabu wkoll ħafna memorji taż- żgħożija. Ħafna minn dawk l-età tiegħi żgur qraw l-iskola, il-famuża poeżija ta' Alfred Lord Tennyson, "The Charge of the Light Brigade" li kkommemorat l-attakk tal-kavallerija Ingliża fil- Battalja ta' Balaklava fil-Gwerra tal-Krimea tal-1854. Dakinhar l-Ingliżi ġġieldu flimkien mal- Franċiżi u l-Ottomani kontra r-Russi li kienu qed jippruvaw ikomplu l-espansjoni imperjali tagħhom a skapitu tal-imperu Ottoman. Kien ukoll fil-gwerra Russa- Turka tal-1854 li tfaċċat eroina oħra tat-tfulija, Florence Nightingale. Ta' tfal li konna, konna naqraw dwar kif Nightingale kienet inħasdet bil-kundizzjonijiet ħżiena li fihom kienu qed jinżammu l-feruti Ingliżi li mill-Krimea kienu jintbagħtu fl-isptar ta' Scutari ħdejn Kostantinopli. Hi bdiet torganizza l-isptarijiet sabiex titjieb l-iġjene tagħhom u b'hekk niżlet ir-rata ta' mwiet fost il-feruti. Balaklava hija qrib il-belt ta' Sevastopol li llum qiegħda ħafna fl-aħbarijiet. Sevastopol hija belt bi statut speċjali, mifruda mill-kumplament tal-peninżula tal-Krimea li tagħmel parti mir-Repubbika Awtonoma tal-Krimea. Kemm Sevastopol kif ukoll ir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea jagħmlu parti mill-Ukrajina u dan ġie anke rikonoxxut mir-Russja wara li sfaxxat l-Unjoni Sovjetika. Il-Krimea hija l-unika parti tal-Ukrajna b'maġġoranza tal-populazzjoni Russa. Madankollu, meta sar ir-referendum fl-1991, anke l-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-Krimea vvutat favur JOE ELLIS L-INTELLIĠENZA EMOTTIVA TA' PRESIDENT MARA L-Ors Stenbaħ