Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 19 The Russians are coming! mod jirfes l-interessi tal-Istati Uniti tal-Amerika. Dan jispjega l-indħil kontinwu tal-Istati Uniti fil-politika tal-pajjiżi ta' dan is- sub-kontinent. Bis-saħħa ta' din id-duttrina l-Amerika waqfet lil Kuba fl-1963 milli tħalli li jkunu installati missili Sovjetiċi fit-territorju Kuban. Bis- saħħa ta' din id-duttrina kien ġustifikat l-indħil Amerikan fl-1973 fiċ-Ċili biex tneħħa Salvador Allende u minfloku poġġew lill-Ġeneral Augusto Pinochet. Bis-saħħa ta' din id- duttrina l-Amerika intervjeniet militarjament fit-tikka ta' gżira ta' Grenada fit-tmeninijiet. Bis-saħħa ta' din id-duttrina l-Amerika direttament jew indirettament kien responsabbli għall-kolpi ta' stati fil-Kontinent Latin ta' Gvernijiet li kienu eletti demokratikament. Dan għadu jigri sa issa jekk naraw x'qiegħed jiġri fil-Veneżwela. Nista' nifhem il-biża' antika tal- Amerikani. Ma jridux inkwiet wara biebhom. Ma jridux li fuq l-għatba tagħhom ikun hemm reġimi poltiċi li ma jħaddnuhx l-istess filosofija politika jew ekonomika tagħhom. Għandhom din l-ossessjoni li kulħadd ġej għalihom u li jekk ma jilqgħux minn qabel hemm iċ-ċans li jqumu filgħodu u jsibu li invadewhom il-komunisti. Meta fil-ħamsinijiet kien hemm dik li tissejjaħ Mcarthyism anke Charles Chaplin ġie mixli li kien bolxevita. Għalekk is- sub-kontinent Amerikan huwa meqjus bħala sfera ta' influwenza assoluta Amerikana. Fir-realtà meqjus bħala l-ġardina tal-Istati Uniti. Film komiku li jiddeskrivi din il-biża' Amerikana mill-komuniżmu jismu "The Russians are Coming". Il-pandemonju li jinqala' meta sottomarin Russu jinkalja fuq il-kosta Amerikana. Dan kollu ġieni f 'moħħi fil-kriżi li għaddejja bħalissa tal-Ukrajna. Irrid ngħid minn qabel li ma naqbel xejn ma' dak li qiegħda tagħmel ir-Russja. Iżda min jaf sewwa l-Istorja ta' dan ir-reġjun, il-Krimea dejjem kienet kwistjoni Russa. Kemm jekk fl-1858 fil-gwerra tal-Krimea u f 'kull stadju ieħor tal-Istorja ta' dan ir-reġjun sal-lum. Meta fl-1957 Nikita Kruschev iddeċieda li jagħti lill-Ukrajna Sovjetika r-reġjun tal-Krimea dan aktar kien ġest simboliku milli reali. Għalih, kien qisu qiegħed ineħħi munita minn but u jqiegħedha f 'ieħor tal-istess qalziet. Dak iż–żmien l-Ukrajna kienet parti mill- Unjoni Sovejtika daqs kemm Florida u Louisiana huma parti mill-Istati Uniti llum. Nerġa' ngħid, qatt ma nista' naqbel ma' dak li qegħdin jagħmlu r-Russi llum. Iżda bħalma kontinent sħiħ bħall- Amerika huwa kollu kemm hu aktar minn sfera ta' influwenza għall-Istati Uniti, hekk ukoll hemm ċertu reġjuni li huma sferi ta' influwenza għar- Russja. Il-Krimea ilu reġjun iberraq sa immedjatament mill-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin. Ma nafx kemm-il darba kienet iddikjarata awtonoma. Kellha numru ta' Kostituzzjonijiet b'rabta mar-Russja u l-bażi navali tal-flotta Russa f 'Sevastapol li fl-2010 ġiet imġedda sal-2042. Nifhem lill-poplu Ukren u anke lil dawk li jgħixu fil- Krimea. Iżda dan kollu kien antiċipabbli mill-ewwel ġurnata li Ukrajna bdiet titħajjar li tingħaqad mal-Unjoni Ewropea. Mingħajr ħadd ma jista' jiċħadilha dan id-dritt, jiena jidhirli li l-affarijiet ma sarux sewwa. Ir-Russja kellha tkun involuta aktar f 'dan il-proċess u dan sabiex nevitaw dak li fil- fehma tiegħi hija l-agħar kriżi li nqalgħet sa issa wara dik ta' Kuba tal-1963. Jiena niddejjaq ħafna bl- ipokrezija u l-attitudni ta' żewġ kejliet u żewġ qisien. Dak li tagħmel l-Amerika fil-kontinent Latin Amerikan jgħaddi. Fil-każ ta' ħaddieħor, "id-dinja demokratika" tkun pronta tikkundanna u timponi sanzjonijiet. Illum jiena għandi interess f 'din il-kwistjoni mhux wisq għaliex hija waħda globali, iżda għaliex illum pajjiżi huwa parti minn blokk ta' pajjiżi li xi ħin jew ieħor dan il-blokk irid jiskjera ruħu favur naħa jew oħra. Sa ftit ilu stajna niddikjaraw in-newtralità tagħna. Illum dan ma nistgħux nagħmlu dan, tgħid x'tgħid il- Kostituzzjoni tagħna. Ikolli ngħid xi ħadd f 'Washington u Brussel kien mgħaġġel wisq! l-indipendenza tal-Ukrajna mill- Unjoni Sovjetika. Kif għidna bosta drabi minn dawn il-kolonni, il-konflitti tal- lum spiss għandhom l-għeruq tagħhom fiċ-ċpar imbiegħda tal- istorja. L-Ukrajna, bħal Polonja, spiss spiċċat it-teatru tal-konflitt bejn l-aspirazzjonijiet imperjali Russi u l-potenzi Ewropej. Stalin għaqqad mill-ġdid lill-Ukrajna moderna fl-1939 billi ħa l-provinċji tal-Ġaliċja tal-Lvant u Volhynia mill-Polonja wara l-patt Molotov-Ribentrop. Fl- 1940, ir-Rumanija ġiet imġiegħla ċċedi l-Bessarabja lil Unjoni Sovjetika li llum hija magħrufa bħala l-Moldova ħlief għal ċertu partijiet minnha li ġew ċeduti lill-Ukrajna. Dawn il-provinċji lkoll jagħmlu parti mill-Ukrajna tal-Punent li jħarsu aktar lejn l-Ewropa milli lejn Moska. L-Ukrajna moderna ħadet il-bixra definittiva tagħha meta fl-1954, Nikita Kruschev, li qabel ma laħaq segretarju tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika kien is-segretarju tal-Partit Komunista tal-Ukrajna bejn l-1938 u l-1949, ittrasferixxa l-peninżola tal-Krimea mill- Federazzjoni Russa għal Ukrajna sabiex jiġi kkommemorat it-trattat ta' Pereyaslav. Din il-mossa kienet tagħmel ħafna sens ġeografikament peress li l-Krimea hija magħquda fiżikament mal-kumplament tal-Ukrajna imma mhux mar- Russja. Fl-epoka, dan ir-rigal li żgur ġie eżaltat mill-propaganda sovjetika ftit kellu sinjifikat reali: min qatt kien jobsor li f 'anqas minn erbgħin sena, l-Unjoni Sovjetika tkun sfaxxat u l-Krimea tispiċċa tifforma parti minn pajjiż barrani. L-ironija tal-istorja m'għandhiex limitu: it-trattat ta' Pereyaslav li semmejt qabel kien l-ewwel okkażjoni fejn l-Ukrajna tat dahara lill-Punent u bdiet tħares lejn ir-Russja, xi ftit jew wisq bħalma l-eks President Ukren Yanukovich għamel f 'Novembru li għadda meta ddeċieda li l-Ukrajna ma tiffirmax il-ftehim t'assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea u minflok tissieħeb fl-għaqda doganali li qiegħda tippromwovi r-Russja u li mingħajr l-Ukrajna ftit tagħmel sens. Permezz ta' dan it-trattat tal-1654, l-Ukrajna li sa dak iż-żmien kienet taħt il-kontroll nominali tal-Polonja ddikjarat alleanza politika u militari mar-Russja u l-kap kożakk tal-Ukrajna ddikjara l-lealtà tiegħu lejn it-Tzar. Il-Kożakki kienu qamu kontra r-re Pollakk fl-1648 imma wara mijiet ta' eluf ta' mwiet, ir-Russi ttradixxew din l-alleanza fl-1686 meta ffirmaw "Paċi Eterna" mal-Polonja. B'dan it-trattat, l-artijiet Ukreni fuq ix-xatt tal-Punent tax-xmara Dnieper baqgħu Pollakki mentri dawk fuq in-naħa tal-Lvant saru parti mir-Russja. Mill-ġdid naraw kemm l-istorja għandha l-ħabta tirrepeti ruħha u dak li ġara fl-1686 irrepeta ruħu fl-1939 kif rajna. Madankollu, anke l-Polonja messietha l-istess xorti u meta nqasmet bejn l-1772 u l-1795, l-artijiet Ukreni fuq il-Punent tax-xmara Dnieper inqasmu bejn ir-Russja u l-Awstrija. Il-qagħda ma nbidlitx qabel it-tmiem tal-ewwel gwerra dinjija meta l-imperu Ġermaniż, Awstro-Ungariż, Russu u Ottoman ilkoll spiċċaw. Kien hemm bosta attentati sabiex jitwaqqaf stat indipendenti Ukren imma eventwalment, bit-Trattat ta' Riga tal-1921, l-Ukrajna tal-Punent saret parti mill-Polonja mentri fuq in-naħa tal-Lvant tax-xmara Dnieper twaqfet ir-Repubblika Sovjetika tal-Ukrajna li kienet tagħmel parti mill-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi u Soċjalisti. Partijiet oħra tal-Ukrajna saru parti mir-Rumanija u l-Belarussja sakemm Stalin, forsi biex ipatti għal għaxar miljun vittma tal- Karestija l-Kbira tal-1932-33, reġa' għaqqad l-Ukrajna wara li l-Polonja nqasmet mill-ġdid fl-1939. Il-Karestija l-Kbira kienet ikkawżata kemm minn raġunijiet naturali peress li kien hemm nuqqas kbir ta' xita kif ukoll minħabba l-kollettivizzazzjoni sfurzata tal-agrikoltura li affetwat ferm ħażin il-produttività agrikola. L-Ukrajna, li fiha art ferm għammiela u tipproduċi ħafna qamħ, ma kinitx kapaċi titma' lill-poplu tagħha u r-raħħala mietu bil-gzuz meta l-pulizija sigrieta kienet toħdilhom l-ikel tagħhom. Ma dawn l-imwiet, wieħed irid iżid il-miljun u nofs vittma tal-gwerra ċivili ta' wara l-ewwel gwerra dinjija, il-purgi Stalinjani ta' bejn is-snin 1929 u 1934 u 1936 u 1938 li qerdu erba' minn ħamsa mill-elite kulturali tal-Ukrajna u tliet kwarti mill- uffiċjali għoljin tal-Armata l-Ħamra u bejn ħames u tmien miljun vittma tat-tieni gwerra dinjija fosthom miljun u nofs Lhudi. Barra minn hekk, fl-1944, Stalin ordna d-deportazzjoni tal-Ġermaniżi tal-Volga kif ukoll it-Tatari u l-minoranzi etniċi l-oħra tal-Krimea bir-riżultat li ħafna mid-deportati mietu f 'kundizzjonijiet mill-agħar fl- Asja Ċentrali. Tassew l-Ukrajna soffriet fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin u r-"rigal" tal-Krimea żgur li ma kienx biżżejjed sabiex jagħmel tajjeb għal dan id- demm kollu. Biex tifhem il-preżent trid tkun taf l-istorja. Dan kollu qed jingħad biex wieħed jifhem għala d-deċiżjoni ta' Yanukovich li ma jiffirmax it-trattat ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea qanqlet reazzjoni daqshekk qawwija fost il- folol ta' Kyiv li ħonqu l-pjazza Maidan (Indipendenza) li dlonk ġiet imlaqqma Euromaidan. Probabbilment kienet l-ewwel darba fl-istorja li taħt il-bandiera blu bl-istilel sofor u bit-tama ta' għaqda mal-kumplament tal-Ewropa sar irvell popolari li kines mill-poter president li, korrott u inkompetenti kemm kien korrott u inkompetenti, kien ġie elett demokratikament. Wieħed jista' jifhem ukoll għala r-reġjuni tal-Punent tal-Ukrajna huma favur aktar għaqda mal-Ewropa mentri dawk fuq il-Lvant tax-xmara Dnieper fejn il-popolazzjoni Russa hija aktar numeruża huma ġeneralment aktar bierda. Dawn l-aħħar sebgħin sena ta' għaqda ġeografika ma jħassrux il-mijiet ta' snin li fihom l-Ukrajna kienet maqsuma bejn potenzi differenti. Wieħed jifhem ukoll għala r-reazzjoni ta' Putin kienet li kienet. Putin, li jaħseb li l-akbar katastrofi tas- seklu għoxrin kien ix-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika, ma jistax iġerraħ li taħt it-tmexxija tiegħu l-Ukrajna żelqet definittivament mill-isfera ta' influwenza Russa biex tidħol fil-familja kbira Ewropea. Madankollu, jidher li Putin ikkalkula ferm ħażin. Li jieħu l-kontroll tal-Krimea fejn il- maġġoranza tal-populazzjoni hija Russa u fejn għandek il-bażijiet navali kbar Russi tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed mhux daqshekk problema. Imma jidher li l-attentati sabiex iqum l-inkwiet fil-provinċji tal-Lvant tal-Ukrajna, fi bliet bħal Donetzk u Kharkiv, ftit kellhom suċċess. Jidher li anke fost ir-Russi, speċjalment fost iż- żgħażagħ, ftit hemm entużjażmu għal "enosis" mar-Russja. Dan stajna narawh fuq it-televiżjoni fejn id-dimostrazzjonijiet favur ir-Russja kienu ddominati min- nies ta' età medja u avvanzata mentri ż-żgħażagħ huma favur l-Ukrajna. It-Tatari Krimeani li bdew imorru lura l-Krimea wara l-Indipendenza u llum jagħmlu tnax fil-mija tal-populazzjoni m'huma xejn ferħanin bil- prospett li l-Krimea ssir parti mir-Russja u wieħed irid jistenna l-esitu tar-referendum li tħabbar li ser isir ħabta u sabta bħal-lum ġimgħa. Fuq kollox, ir-reazzjoni internazzjonali kienet tali li wara ftit jiem Putin kellu bil- kwiet jordna l-armata tiegħu tinġabar fil-barracks tagħha wara l-manuvri li wettqet ħdejn il-fruntiera tal-Ukrajna. L-Ukreni ma weġbux għall- provokazzjonijiet Russi u issa l-ors Russu reġa' wera lil kulħadd dak li tassew hu, li huwa l-akbar bully tal-kwartier. Wara tant sekli ta' storja mdemmija, id-delikatezza għadha kwalità tassew rari fil-politika barranija Russa. Anke jekk il-Krimea terġa' ssir parti mir-Russja, jidher li l-Ukrajna ser taħrab darba għal dejjem mill-morsa Russa. L-Ors Stenbaħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014