Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
fil-klassi lil Peppi Azzopardi, u dan kien stedinni nidħol fit-tim ta' Xarabank. Niftakar l-argumenti li kien ikolli ma' Peppi imma nirringrazzjah għax kien hu li żera' fija ħafna tagħlim siewi fosthom li nara storja f 'kull persuna. Nistqarr li għalija personali l-isbaħ żmien ġurnalistiku beda ftit tas-snin ilu ma' TVM għax sibt nies li verament emmnu fija u tawni ċans nimraħ. "Però b'kull rispett lejn min imexxi l-mezzi tax-xandir. Minkejja li dejjem wasalt, xorta sibt bibien magħluqin għal ċerti opportunitajiet. Biex tirnexxi fil-mezzi tax-xandir trid tkun taf tittrasmetti l-aħbar, jew il-messaġġ. M'hemmx għalfejn tkun irqiq u xi mudella biex tagħmel dan. Jien għax persuna kabbarija qatt ma ngħatajt iċ-ċans li naqra l-aħbarijiet ewlenin u naf li r-raġuni hi biss il-figura, bħallikieku l-aħbarijiet se naqrahom b'żaqqi! F'dan il-lat inħoss li għadna ftit lura. B'xorti ħażina min imexxi l-mezzi tax- xandir jaħseb li għax raġel jew mara jkunu sbieħ, il-programm se jirnexxi. Biex tirnexxi trid tkun tajjeb. Jiena bħala jien, qatt ma kelli problemi, anzi forsi bil-figura kabbarija tiegħi, tajt kuraġġ lil dawk li jaħsbu li għax huma kbar ma jistgħux jirnexxu. Hija l-pożittività, xogħol iebes u determinazzjoni li twasslek fejn trid tmur. Biss jien personali rrid inkompli naqdef fuq dan l-aspett forsi ċerti mħuħ jinfetħu." Ma stajtx ma nitlobhiex tgħidli minfejn ġie l-istage name tagħha ta' La Barokka. "Beda minn laqam li ngħatajt fl-Università, minn għadd ta' studenti mqarbin li kelli miegħi. Kollox beda waqt lekċer tal-Professur Arnold Cassola li beda jispjega l-perjodu Barokk u beda jurina xi stampi ta' anġli kbar u sbieħ, u minn hemm tal-klassi qalgħuhieli l-barokka u bħal qisu ndara u bdejt nużah jien ukoll." Maria hi persuna li minnha toħroġ ħafna pożittività li tattribwiha lill-Amerikan John de Lemme li jispeċjalizza fil-motivazzjoni u kien hu li żera' fiha l-imħabba kbira lejn il-pożittività u l-missjoni li tgħin lil ta' madwarha jsibu l-lat pożittiv. "Mort darbtejn l-Istati Uniti nkanta bis-saħħa tiegħu u laqqagħni ma' ħafna personalitajiet Amerikani li lkoll midħla tal-qasam tal- movitazzjoni." Maria tatribwixxi l-fatt li rnexxielha tkompli għaddejja u ma timradx wara dak kollu li għaddiet minnu fl- aħħar 8 snin lil dan il-bniedem. Maria hi mara ta' karriera u fl-istess ħin trid trabbi żewġ ulied żgħar weħidha. "Illum qiegħda naħdem mal-Ministru George Vella u nixtieq ngħid pubblikament li aċċettajt li naħdem miegħu għax bniedem mhux biss ta' rispett enormi, imma għalija hu bniedem ġgant fl-umanità tiegħu. Barra li hu bniedem eċċezzjonali fil-qasam tal-affarijiet barranin, hu bniedem li jaf jirrispetta u jagħder. Il-Ministru jagħraf li jien omm u l-fatt li hu jifhem dan, sibt mhux biss ambjent ta' xogħol mill-aqwa, imma fih sibt familja. Kemm hi sabiħa li min iħaddmek jifhem li int ġenitur u li jinqalgħu mumenti fejn ma tkunx tista' tkun preżenti x-xogħol. Għalhekk nemmen li meta jkollok dak li jimpjegak jifhmek, inti tagħtih mhux biss il-mija fil-mija, imma anki ħafna iktar minn dan." Niftakar li kont nisma' lil Maria filgħodu taqra l-aħbarijiet u l-mod vivaċi ta' kif kienet taqrahom kienet timlini b'ċertu ħeġġa għal kumplament tal-ġurnata. "L-iktar li nħobb it-TV, biss meta kont il-ONE, niftakar il-ferħ li kien ikolli meta nqajjem lin-nies b'dik it-tbissima fuq ir-radju u qabel l-aħbarijiet jien u Joe Tanti ngħidu dik il-kelma pożittiva u ċajtiera. Kemm kont nieħu pjacir." Dwar iż-żewġ mezzi, jiġifieri, radju u televiżjoni Maria tgħid hekk: "Ir-radju sabiħ ħafna għaliex tista' tkun liebes il-pijama għax ħadd ma jkun jaf, trid tkun qed twassal leħnek b'ruħek u b'qalbek u tirnexxi żgur. It-TV iżda jagħtik l-istampa u hemm grazzi għall- camera person tista' tagħti storja mill-aqwa. Biex tagħti storja tajba trid issib storja tajba, nies li jafu jittrasmettu l-messaġġ, camera person tajjeb li jifhem xi trid u editur. Meta kont TVM u anki meta kont il-ONE, kont xortija tajba ħafna." Kif tistgħu taqraw Maria kellha diversi battalji li rebħet b'xi mod jew ieħor iżda kien hemm battalja li baqgħet feruta biha sew. "Meta tlift lil ommi fuq il-bajja, b'attakk tal-qalb, qas naf x'kont se naqbad nagħmel. U sena u nofs wara tlift lil missieri b'kanċer." Ipattu għal dawn iż-żewġ disfatti l-ferħ li ġabulha magħhom iż-żewġ anġli tagħha, Aaliyah u Alicia, "xi ġmiel, x'unur li l-Mulej tani ċans li nsir mama." Sadattant tgħid li għaliha l-imħabba tfisser ħafna iżda minn meta saret omm l-imħabba lejn uliedha ssuperat kull imħabba oħra. "Nixtieq li wliedi jaraw fija omm li tħobbhom ħafna u nixtieq li jagħmlu kuraġġ ħalli meta mmut jibqgħu jġorru l-pożittività li dejjem żrajt fihom. Nixtieq li jkunu sodi, b'karattru ta' kuraġġ, li jirnexxu fil-karriera tagħhom (tkun li tkun) iżda fuq kollox li jkunu sodi u determinati li jaslu. Irrid narahom lesti għal kull battalja għax jien miniex eterna." Iżda l-isbaħ parti tal-intervista li ħallietni bla kliem kienet meta staqsejtha li kellha tagħżel minn kantanta ta' suċċess, ġurnalista rebbieħa tal-Pulitzer Prize jew ministru politiku x'kienet tagħżel. Pront wieġbet "Ministru tal-Ferħ". Chapeau! Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 11 Gladjaturi tal-Ħajja La Barokka kbira wisq… fl-imħabba u l-ferħ OPPORTUNITÀ TA' XOGĦOL Direttur Eżekuttiv (ETC Permit No: 046/2014). MPO File No: MPO/170/2005/05) Post Post vakanti għall-kariga ta' Direttur Eżekuttiv, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD). Il-persuna magħżula tiġi offruta kuntratt definit fuq bażi full-time. Il-persuna għandu jkollha l-kwalitajiet ta' tmexxija sabiex tieħu ħsieb ix-xogħol tas-segretarjat tal-KNPD. Il-persuna magħżula għandha tkun kapaċi tesegwixxi l-politika u l-istrateġiji stabbiliti mill-Bord tal-KNPD. Il-kandidata magħżula ser tkun meħtieġa li: twettaq il-funzjonijiet Il-kandidata magħżula ser tkun meħtieġa li: twettaq il-funzjonijiet amministrattivi, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-KNPD skont il-politika stabbilita mill-KNPD. Tmexxi u timplimenta r-riżorsi umani u finanzjarji sabiex twettaq b'suċċess il-mandat tal-KNPD skont l-obbligi tagħha, kif inhu stipulat fl-Att 1 tal-2000, il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (2006). L-applikanti għandhom: L-applikanti għandhom: • ikunu fil-pussess ta' grad universitarju ta' Masters f'oqsma soċjali, jew maniġerjali. • ikollhom minimu ta' SENTEJN (2) esperjenza f'kariga għolja jew maniġerjali. Prova ta' ħiliet maniġerjali u amministrattivi, inklużi dawk finanzjarji u tar-riżorsi umani. • għandhom esperjenza tajba fl-użu ta' ICT software. • ikollhom il-ħila u l-kapaċità li jaħdmu u jikkomunikaw b'mod effiċjenti ma' tim stabbilit. • jippreparaw preżentazzjoni tal-viżjoni tagħhom tal-KNPD u s-settur tad-diżabilità għat-3/5 snin li ġejjin. Il-preżentazzjoni għandha ddum bejn 5 u 8 minuti u ppreżentata waqt l-intervista. Esperjenza preċedenti ta' xogħol fi ħdan il-qasam tad-diżabilità tiġi kkunsidrata bħala preferenza. Persuni interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom, Persuni interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat bil-format Ewropew kif ukoll dettalji ta' kuntatt ta' tliet referenzi, liċ-Ċermen tal-KNPD sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tnejn, 24 ta' Marzu, 2014. Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità Bugeia Institute, Santa Venera SVR1012 Tel: 2278 8555 • Fax: 2278 8490 • SMS (only): 7978 8555 Imejl: Imejl: jmcamilleri@knpd.org Websajt: http://www.knpd.org/ La Barokka ma' wliedha Aaliyah u Alicia