Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt S ena wara, il-mistoqsija hija, bħala pajjiż, aħna aħjar jew agħar milli konna? Ir-risposta hi li f 'ċerti oqsma ma hemmx dubju li kull bidla ġġib magħha xi ħaġa pożittiva. Wara 25 sena ta' Gvern Nazzjonalista kien hemm sinjali mhux biss ta' arroganza iżda ta' governanza ħażina. Il-fatt li Muscat ġie elett b'maġġoranza tant kbira kien riżultat ta' rabja tremenda għall-Gvern Nazzjonalista. Il-gvern ta' Muscat kellu messaġġ wieħed: li Malta tagħna lkoll. Għajta li wara ftit żmien bdiet tistona. Għaliex minkejja kollox il- fatt li ġew appuntati ħafna nies skont il-kulur politiku tagħhom ma bagħatx sinjal tajjeb. Mhux għax ma kienx hemm bżonn bidliet f'nies li kienu appuntati qabel skont kemm kienu viċin il-partit fil- gvern. Iżda li tuża l-istess kejl ta' kif tinnomina nies bħal ma kienu jagħmlu n-Nazzjonalisti huwa ħażin. Li hu ċert li Muscat prova wkoll jibgħat il-messaġġ li kien lest biex jintegra nies fl-istrutturi tal-gvern jekk kienu lesti 'to play ball.' Ċerti nies bħal Lou Bondi u Joe Zammit Tabone huma fost ħafna eżempji. Li huwa ċert li ħafna Laburisti tat- triq huma mħawda sew. Jafu li jekk issabbat saqajk tieħu xi ħaġa u jekk ma tgħid xejn tispiċċa ssaffar l-ajda. Iżda minkejja dawn in-nuqqasijiet, il-gvern ta' Muscat wera sinjal wieħed li huwa ċar u kif ukoll pożittiv. Dan kien fil-qasam tan-negozju, fejn il-Gvern ta' Muscat wera atteġġjament ferm differenti mill- predeċessur tiegħu. Tant li hemm qisu 'green light' għall-investimenti u inizjattivi fin- negozji. Tant li fis-settur tan-negozji Muscat għandu rispett kbir. Wara sena fil-gvern, Muscat qed jinduna li hemm bżonn bidliet kbar. Bidliet li ser ifissru reshuffle fil- kabinett. Bidliet normali li ser isiru wara l-għażla tiegħu favur Marie Louise Coleiro Preca bħala l-President li jmiss. Bidliet oħra li se jsiru minħabba ministri li ma kinux kapaċi jaslu fejn għandhom jaslu. Muscat irid jitgħallem fuq l-iżbalji tal-aħħar sena biex jassigura li jkollu gvern aħjar. Irid forsi jaċċetta li l-affarijiet ikunu aktar trasparenti, li jkun hemm aktar apprezzament tas- slogan Malta Tagħna Lkoll. Sena wara