Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
24 illum | Ħadd 09 ta' Marzu 2014 Kummercjali Servizz ġdid ta' takeaway u delivery online ILKUMPANIJA Good Morning Malta Ltd qed tniedi s-sit elettroniku ġdid EatToday.com.mt - servizz ta' takeaway u delivery online bl-għan li tiffranka l-ħin u l-battikati meta tiġi biex tordna l-ikel takeaway. EatToday joffri għażla kbira ta' ristoranti takeaway u b'hekk huwa verament semplici li tordna l-ikel online li, fi ftit minuti, jintbagħat f 'darek jew inkella fuq il-post tax-xogħol. Michael Steen Pedersen, li huwa sieħeb fil-kumpanija Good Morning Malta Ltd u wieħed minn dawk li ħoloq EatToday, jgħidilna li grazzi għall-kollaborazzjoni li għandhom mal-aqwa ristoranti takeout f 'Malta, huma qed joffru firxa ta' menus mill-aqwa biex b'hekk jiffaċilitaw l-ordnijiet online. EatToday se toffri għażla vasta ta' ikel takeaway bħal pizza, burgers u sushi magħmul dak il-ħin stess. Ser jipprovdu wkoll ikel Ażjatiku u Malti. Matul ix-xahar ta' Marzu, bħala offerta introduttorja, EatToday qed jagħtu skont ta' 20% fuq l-ikel u x-xorb kollu. Michael Steen Pedersen jgħid wkoll li EatToday ser tipprovdi servizz professjonali għal dawk kollha li jħobbu jordnaw l-ikel takeaway ta' kwalità u jittama li ħafna nies jippruvaw dan is-sit sabiex jibbenifikaw minn dan is- servizz ġdid online. Is-servizz online EatToday huwa verament faċli biex jintuża u l-ikel jasal għandek fi ftit minuti. Kull m'għandek tagħmel huwa li żżur is-sit jew niżżel l-app minn fuq EatToday.com.mt Il-proċess huwa verament ħafif. Kull m'għandek tagħmel hu li tagħżel il-post fejn toqgħod, iżżur l-għażliet ta' menus ipprovduti u wara għażel l-ikel u x-xorb li tixtieq. Il-ħlas jista' jsir online jew inkella meta jasal l-ikel. Fuq EatToday tista' tiċċekkja wkoll il-klassifikazzjoni ta' kull ristorant u tagħti wkoll il-ġudizzju tiegħek. Ta' min ikun jaf: EatToday huwa t-tieni servizz online ta Good Morning Malta. L-ewwel wieħed hu DealToday.com. mt li beda f 'Mejju tal-2012 u propju fl-2013 ingħata l-premju ebusiness MCA għall-aħjar soluzzjoni eCommerce. DealToday tipprovdi servizz ta' skontijiet kbar fuq wellbeing, ivvjaġġar, prodotti tal-kċina u ħafna aktar. Is-servizz online offrut minn EatToday huwa wieħed affidabbli b'takeaway eċċellenti mwassal dritt f 'darek jew fuq il-post tax- xogħol. Żur din is-sit : EatToday. com.mt L-Università ta' Malta tniedi servizz elettroniku ta' karrieri għall-istudenti LUNIVERSITÀ ta' Malta qiegħda toffri servizz elettroniku ġdid li se jgħin biex jimla l-vojt bejn l-Università u d-dinja tax-xogħol. Permezz ta' Careerplus (www.um.edu. mt/careerplus), min iħaddem issa jista' jippromwovi l-opportunitajiet kemm għax-xogħol kif ukoll għall- placements għal studenti u alumni tal-Università. Is-sezzjoni tal-Placement Scheme, li hija faċli biex tintuża, ser tgħin biex min iħaddem u jista' joffri opportunitajiet ta' placement, jagħmel kuntatt mal-istudenti. Il-placements, li jistgħu jkunu bi ħlas jew mingħajr ħlas, għandhom jipprovdu lill-istudenti bl- opportunità li jqattgħu xi żmien ma' kumpanija jew istituzzjoni fejn ikunu jistgħu jagħmlu xi xogħlijiet jew isegwu ħaddiema u managers biex hekk ikollhom esperjenza diretta fuq qasam ta' xogħol partikulari. Dan is-sit huwa sempliċi biex jintuża u l-Università tistenna bil-ħerqa li tirċievi informazzjoni dwar placements f 'kull qasam. Is-sezzjoni tal-Jobs Connect tas-sit elettroniku Careerplus hija mmirata lejn min iħaddem minn kull qasam. Din ser tagħtihom l-opportunità li jsibu studenti ta' talent, impenjati u motivati u gradwati b'ħiliet li jaqblu max-xogħol li jistgħu joffru. La darba l-impjiegi jew placements jittellgħu fuq is-sit, l-istudenti individwali jistgħu japplikaw direttament lil min iħaddem skont kif indikat fl- avviż. L-Uffiċċju tal- Komunikazzjonijiet u r-Relazzjonijiet mal-Alumni, l-Uffiċċju tan-Knowledge Transfer, u DegreePlus huma l-koordinaturi ta' dan il-proġett. DegreePlus huwa sponsorjat mill-Bank of Valletta. Vodafone bi programm sabiex jiffaċilita l-ħajja tal-gradwati GĦAL darb'oħra Vodafone Malta qed tfittex il-mexxejja għall-futur tan-negozju fejn qed tfittex gradwati ambizzjużi u li għandhom id-determinazzjoni u l-ideat għall-industrija tat- teknoloġija. Permezz tad-Discovery Program ta' Vodafone, li huwa programm intensiv ta' żvilupp u taħriġ li jippermetti li jkun identifikat u żviluppat talent ta' kwalità għolja mill-Università, apprentisti se jkunu jistgħu jgħaddu minn programm ta' taħriġ li jipprovdihom b'opportunitajiet ta' żvilupp u karriera ma' Vodafone kif ukoll jgħinhom jagħmlu deċiżjonijiet tajba dwar il-karriera billi joffrilhom xogħol differenti f 'kull funzjoni, aktar għarfien dwar il-karriera u proġetti fost oħrajn. "L-għan tagħna hu li nkunu l-organizzazzjoni ewlenija fil-qasam tal-klijenti, talent kif ukoll li ninvolvu lin-nies," qal Martin Gregory, Kap tar- Riżorsi Umani ta' Vodafone Malta. "Aħna kontinwament naraw kif se noħolqu opportunitajiet ta' żvilupp fil-karriera tal-impjegati tagħna. Il-ħajja hawn hi verament mgħaġġla u ġġib magħha sfidi ġodda kuljum. Li taħdem magħna jfisser opportunità għal gradwati li jikbru f 'kumpanija li dejjem qiegħda tevolvi. Il-programm se jiżgura li l-impjegati jħossuhom stmati u b'hekk jagħmlu dak l-isforz żejjed biex jikkontribwixxu lejn l-organizzazzjoni li għandha l-iżvilupp bħala prijorità." Minn talking għal texting, għal proġetti u pagamenti, Vodafone hi determinata li tagħmel il-ħajja aktar faċli u ta' aktar sodisfazzjon. Hu fid-DNA tal-kumpanija li timxi 'l quddiem, toħloq futur aħjar u ssib modi ġodda kif tikkomunika. Id-Discovery Program ta' Vodafone hu avventura ta' sfida u sodisfazzjon fejn il-gradwati jaħdmu flimkien ma' esperti fl-industrija biex jiżviluppaw soluzzjonijiet li jiffurmaw il- futur tal-klijenti u tagħhom. Biex tapplika ferm faċli. Żur http://careers.vodafone.com. mt/ għal aktar informazzjoni u biex tapplika għal din l-opportunità mill-aqwa.