Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
bla waqfien. "Il-logħob fuq iz-zuntier tal-knisja kien xi ħaġa ta' kuljum, kemm qabel u wara l-lezzjoni tad-duttrina u anke fil-vaganzi. L-iktar logħob kien noli, passju, u aħna s-subien konna nilagħbu bil-ġakkijiet. Dawn l-ġakkijiet kienu tal-ħġieġ u ta' lwien u disinni differenti. Kulħadd kien iġorrhom fil-but u bl-imħatra min kien ikollu l-iktar. Ftit ta' żmien ilu kont sibt numru minn dawn il-ġakkijiet ta' tfuliti, li llum ma tantx għadek tara tfal jilagħbu bihom, iżda jservu bħala dekorazzjoni attraenti f 'xi vażun fis-salott. Għalhekk il-mara ħadet gost bihom biex iżżejjen bihom, imma jien insibhom bħala nostalġija ta' tfuliti." "Logħba oħra tipika kienet tikkonsisti li ninqasmu f 'żewġ gruppi, grupp wieħed kien jagħmilha ta' ħallelin u l-grupp l-ieħor ta' pulizija. Naturalment kull grupp kellu l-kap tiegħu li dejjem kien xi ħadd li kien juri sinjali ta' tmexxija sa minn meta kien għadu żgħir! Aħna ovvjament kellna noqogħdu għall-ordnijiet tiegħu. Ħafna drabi dan mhux kapaċitajiet ta' kap kien ikollu, imma kien ikun l-aqwa bully tar-raħal. Kien ikun kapaċi jiddomina lil kulħadd u l-logħba tieħu l-andament li kien irid hu. Illum nista' ngħid li dak iż- żmien jien ukoll xi kultant kont inkun il-vittma. Fejn ġieli ġejt marbut ma' siġra meta ninqabad priġunier." Sadattant l-iskola għal Mario qatt ma kienet prijorità sa dak iż-żmien. Iżda meta ommu semgħet mis-surmast li talabha biex tirrepetilu sena qabel jagħmel eżami għas- sekondarja ħadha bi kbira u ried jisfidah. "Ir-reazzjoni tiegħi kienet li bdejt nistudja u nagħmel moħħi hemm fl- iskola. Qtajt ħafna mill-ħbieb li kelli. Niftakar li tant ħadtha bis-serjetà li anke minn abbati kont ħriġt! Is-sena ta' wara għaddejt għal Form 1 u kont mort tajjeb. Bdejt niġi l-ewwel fl-eżamijiet u nirbaħ il-prizes. Bdejt nagħmel l-O levels meta kont għadni Form 3 u sa Form 4 kont għamilt għaxar O Levels. Fil-Form 5 għamilt żewġ O levels oħra u bdejt nistudja l-A levels waħdi bil- għajnuna t'oħti l-kbira. "Sixth Form għamilt sena waħda għax kont ġibt it-tliet A levels li kelli bżonn biex nidħol mediċina u fis-sajf kont studjajt il-filosofija A level u l-Malti li kont inħobb ħafna. "Wara sena sixth form applikajt biex naħdem bħala part-time visiting teacher u kont magħżul biex ngħallem ix-xjenza f 'Għawdex. Applikajt mhux għax ridt nilħaq għalliem imma għax inzertajt standing year tal- kors tal-mediċina peress li l-kors kien jiftaħ kull sentejn. U minħabba li rrepetejt dik is-sena spiċċajt tlift sena oħra fis-sixth form. " Fl-1976 daħal għal kors tal-mediċina li kien minn dejjem f 'moħħu. F'nofs il-kors inqala' l-inkwiet bejn il-gvern u t-tobba u l-istudenti tal- mediċina spiċċaw jiżżeffnu fin-nofs. Il-ġenituri tiegħu ma kellhomx mezzi biex jibagħtuh ikompli jistudja għal tabib barra u għalhekk kien wieħed mit-tletin li baqgħu jistudjaw Malta. "Fil-kors tal-mediċina kont ġejt minn tal-ewwel ukoll, iggradwajt fit-30 ta' Jannar 1982 u bdejt naħdem ta' tabib St Lukes l-għada. Għamilt sena u nofs St Lukes u wara kont tlabt li nkun trasferit Għawdex. Tar-Riżorsi Umani kienu stagħġbu għax qaluli li soltu jintbagħtu Għawdex dawk li kienu ġew minn tal- aħħar fil-finali! Għidtilhom li dik kienet l-għażla tiegħi u hekk hu għax għadni hawn sal-lum! Ħdimt l-ewwel l-Isptar Ġenerali t'Għawdex bħala Houseman u wara fil- Gozo Health Centre. Naħdem ukoll bħala tabib tal-familja." L-istorja ta' tfulitu u l-istudji għal tabib wasslitna għal ħajja matrimonjali. "Iżżewwiġt fit-28 ta' Mejju tal-1983 u mill-ewwel bdew ġejjin it-tfal! Ħamsa b'kollox!" Sentenza li ħolqitli tbissima, għax ma naħsibx li t-tfal jiġu weħidhom jew bil-vapuri. Mario għandu d-dinja b'dawn il-ħames uliedu fejn il-kbir tiegħu għandu 30 sena u ż-żgħira għandha 21 sena. Fil-fatt qabel tlaqt qalli biex ritratt fil-paġna nġiblu dak mal-familja kollha għax dik hi l-aktar ħaġa li għandu għal qalbu. "Illum responsabbiltà kbira li trabbi familja kbira. It-tfal illum jibqgħu jiddependu mill-familja iktar milli konna aħna" qalli Mario b'dik ix-xeħta ta' missier li jgħix għal uliedu. Maż-żwieġ Emily ħaditu jgħix in-Nadur u dan xejn ma dejqu. "In- Nadur inħobbu għax huwa raħal sabiħ kollu kampanja, widien u hemm numru ta' bajjiet. Inħobb nippassiġġa fil-kampanja u kont għamilt ktieb żgħir bil-kulur dwar mixjiet madwar in-Nadur. Dan il-ktejjeb qiegħed fit-tieni edizzjoni tiegħu." U fil-fatt newwilli wieħed minnhom u nwiegħdu li żgur se nagħmel dawn il-mixjiet fil-kampanja ta' Mario, xejn xejn inkun attiv u jkolli bżonnu inqas bħala tabib. Mario apparti l-professjoni hu involut fil-volontarjat. Kien President tal-Moviment ta' Kana f 'Għawdex bejn 1972 u l-1977. Kien ukoll President tal-Għaqda dilettanti tat- tiġrijiet taż-żwiemel. Kien membru tal-Gozo Sports Board u anke tal-Kumitat tal-Kultura. Barra li għadu sal-lum joffri s-servizzi tiegħu bħala tabib tan-Nadur Youngsters bla ħlas. L-istudji għal Mario ma waqfux u fl-1990 studja l-mediċina ta' taħt il-baħar f 'Aberdeen l-Iskozja. "Peress li Għawdex hu ferm popolari għall-għadis kont irsistejt biex f 'Għawdex din l-industrija tingħata importanza. Għint biex tinfetaħ Hyperbaric Unit biex fiha jingħataw trattamenti meħtieġa lill- għaddasa li jkollhom xi problemi wara li jkunu qed jgħoddsu. Illum jiena nieħu ħsieb din il-Unit li tinsab fl- Isptar Ġenerali t'Għawdex. "Ħdimt ħafna flimkien mal- għaddasa biex jitniżżlu żewġ vapuri eks-Gozo Channel ix-Xlendi u Cominoland fil-qiegħ tal-baħar fix-Xatt l-Aħmar. Dawn jattiraw ħafna għaddasa għax huma attrazzjoni fihom infushom u anke huma jattiraw ukoll il-ħut għal ħdejhom." Qabel infridna tlabtu jgħidli x'idejqu l-aktar bħala tabib, "Dak il-pazjent li jużak biex tagħmillu ċertifikat mhux ġustifikat biex jieħu benefiċċji mis-servizzi soċjali. Idejjaqni ħafna wkoll dak il-pazjent li jiġi għandek u mingħajr ma jgħidlek imur għand tabib ieħor biex jieħu it-tieni opinjoni. Ma fiha xejn li tieħu opinjoni oħra imma nemmen li għandek tgħidli u mhux tmur minn wara dahri." Staqsejtu wkoll jekk qattx ġralu li persuna jkun qata' qalbu minnha u tfieq, "Sfortunatament ċertu mard għadna ma nafuhx, iva ġieli persuna tkun qtajt qalbek minnha u tfieq. Ġieli wkoll tara pazjent li ma jkollu xejn gravi, jaqleb għal ħażin u jmut. Dawn l-affarijiet jaħsduk għax il-mard kultant hu imprevedibbli. Il-mard jimmanifesta ruħu differenti f 'kull individwu. "Però rrid nammetti li din il-professjoni tagħtik ħafna u ħafna sodisfazzjon. Speċjalment meta tgħin b'kelma jew bil-mediċina pazjent li meta jiġi għandek ikun qed iħossu batut u minn taħt. Anke li tgħidlu li jekk jinqala' xi ħaġa anke bil-lejl jista' jċempillek isserraħlu moħħu pazjent." Fl-aħħar ma stajtx ma nistaqsihx l-aktar mistoqsija li kull tabib tant jibża' minnha. Jekk persuna ma jkollu l-ebda tama li jfiq jew li jgħix tgħidlu? "Ngħidlek skont kemm trid tkun taf. Jekk il- pazjent jistaqsini direttament hemmx tama jien mhux se nigdiblu, anke jekk il-familjari tiegħu jgħiduli biex ma ngħidlux, jekk hu jitolbok direttament trid tgħidlu. Iva nammetti li din hi l-aktar mument diffiċli għal tabib, iżda hu parti minn xogħolna." Ngħid il-verità din l-intervista vera ħadt gost nagħmilha għal fatt li għal darba kelli tabib u flok qgħadt nistaqsih x'għandi jew m'għandix stajt inkellmu ta' ħabib u fil-fatt qabel tlaqna lil xulxin tani l-biljett tiegħu u qalli użani bħala tabib ħabib u mhux tabib bil-flus. Grazzi Mario. Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 11 Gladjaturi tal-Ħajja Sfida s-surmast u sar tabib It-tabib Mario Saliba ma' familtu, l-għeżeż ħaġa għalih

