Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
4 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Il-15-il edizzjoni tal-Maratona bir-roti JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt DIN is-sena l-Maratona bir- Roti li jorganizza l-Liċeo tal-Ħamrun għandha t-tema, 'Minn Qalbna Għal Qalbkom'. Il-maratona li issa daħlet fil-15-il edizzjoni tagħha, bdiet nhar il-Ġimgħa li għadda, kompliet ilbieraħ u se tintemm illum. L-iskop tagħha hu li jinġabru fondi ħalli jinxtraw Automated External Defibillators li jintużaw f 'każi ta' attakki tal-qalb u biex ikun hemm aktar tagħlim dwar kif wieħed jirreaġixxi f 'każi ta' emerġenza, partikolarment kif wieħed jamministra dak li jissejjaħ is-CPR. Din il-gazzetta ħadet il- kummenti ta' Manuel Borg, il-koordinatur ta' maratona bir-roti, qal li l-għan ewlieni huwa li jinġabru fondi biżżejjed sabiex jinxtraw pakketti edukattivi relatati mal-Automated External Defibillators u t-taħriġ f 'dan il-qasam. "Il-pakkett huwa wieħed edukattiv, fejn il-ħaddiema tal-iskejjel, għalliema, studenti u anke ħaddiema oħrajn jingħataw taħriġ ta' kif jużaw dan l-apparat. Il-pakkett jiswa €2,000 l-wieħed, u dan jinkludi l-Automated External Defibillator, il-kelliema, żewġ għalliema ċertifikati u taħriġ ieħor." Borg qal li t-taħriġ se jingħata lil skejjel varji u mhux biss tal-istat. "Dan it- taħriġ se jingħata lill-iskejjel tal-gvern, tal-Knisja u anke tal-privat. Iktar kemm niġbru flus, iktar ikollna lil min ngħinu," sostna l-koordinatur tal-maratona. Hu fisser kif l-iskop mhuwiex sempliċiment biex jinġabru l-flus, iżda biex nedukaw lill-għalliema u t-tfal. "Aħna edukaturi vera. L-għan aħħari mhuwiex biss biex niġbru l-flus għal ħaddieħor, iżda li ngħixu din l-esperjenza kemm jista' jkun f 'armonija. Jalla permezz ta' dan it-taħriġ, imqar insalvaw ħajja waħda." Matul it-tliet ijiem tal- Maratona, minbarra ċ-ċiklisti jaqdfu għal aktar minn 50 siegħa kontinwa, fil-grawnds tal-Liċeo jittella' spettaklu li jinkludi kant u żfin mill-aqwa talent lokali, wirjiet ta' karozzi u muturi, esebizzjonijiet ta' fotografija, pittura, xjenza u teknoloġija, kids play area; bejgħ ta' pjanti u xogħol ta' arti; wirja ta' maġija; hairdresser u bar miftuħ b'xorb u ikel bnin. Għal dawn l-aħħar snin, il-Maratona bir-Roti bdiet tixxandar dirett fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali ewlenin. Il-Maratona bir-Roti hija appuntament annwali tal- Liċeo tas-Subien tal-Ħamrun imtellgħa bis-sehem ta' għalliema, studenti, ġenituri, l-Għaqda tal-eks studenti tal-Liċeo (ALPS), l-iskejjel Primarji u Sekondarji fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca u personalitajiet lokali bil-għan li jinġabru fondi għal għaqdiet filantropiċi. Din l-attività hi miftuħa għal kulħadd mhux għal min jattendi l-Liċeo biss. Għadd ta' għaqdiet filantropiċi bbenefikaw mill- fondi li nġabru ('l fuq minn €450,000) mill-Maratona bir-Roti minn mindu bdiet fl-1994. L-edizzjonijiet kollha tal-Maratona (għajr għal waqfa bejn l-1998 u l-2003) u l-benefiċċjarji tagħha mniżżlin hawn. €90 miljun fi strumenti finanzjarji għall-intrapriżi żgħar u medji JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt "FISSEBA' snin li ġejjin il-Gvern huwa impenjat li inizjalment jikkommetti €15-il miljun permezz ta' fondi Ewropej fi strumenti finanzjarji bħal JEREMIE u l-SME Initiative. Dan l-investiment għandu jwassal sabiex l-intrapriżi żgħar u medji jkollhom l-opportunità li jibbenefikaw minn madwar €90 miljun f 'self vantaġġjuż." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej Ian Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza tal- aħbarijiet fil-bini tal-White Brothers Ltd., kumpanija li fix-xhur li għaddew ibbenefikat mill-inizjattiva JEREMIE. Borg fakkar kif il-Gvern f 'Lulju 2013 apprezza l-importanza tal-iskema JEREMIE u estendiha b'aktar fondi sabiex madwar €11-il miljun oħra bħalissa qed jiġu amministrati mill-Bank of Valletta bħala l-Intermedjarju Finanzjarju. Minn dawn il- €11-il miljun matul l-aħħar sena ġew assorbiti diġà €6 miljun, li jfisser li għad fadal madwar €5 miljuni x'jiġu assorbiti mill-intrapriżi Maltin u Għawdxin. Is-Segretarju Parlamentari ħabbar kif fl-aħħar sena bbenefikaw aktar minn 190 intrapriża żgħira u medja mill-inizjattiva JEREMIE. Dan qed jgħin lil diversi kumpaniji jżidu, jimmodernizzaw jew jiddiversifikaw l-operat tagħhom u b'hekk isaħħu l-kompetittività tagħhom. Dawn l-iskemi qegħdin jgħinu lil diversi setturi tal-ekonomija f 'Malta u Għawdex sabiex jiġu salvati l-impjiegi eżistenti filwaqt li joħolqu impjiegi ġodda. Id-Diretturi ta' White Brothers Ltd. spjegaw kif permezz ta' din l-inizjattiva huma ser jespandu l-operat tagħhom permezz ta' faċilitajiet ġodda f 'Ħal-Far. Dan ser iwassal biex il- kumpanija żżid l-impjegati fix-xhur li ġejjin. Minbarra l-ġbir ta' fondi, fil-Liċeo tal-Ħamrun se jkun hemm spettaklu għall-familja kollha 2013 - €80,000 - it-tfal fid-Djar tas- Sorijiet tal-Ursolini 2012 - €55,000 - it-tfal fid-Djar tas- Sorijiet tal-Ursolini 2011 - €32,000 - id-Dar tal-Providenza u Hospice Malta 2010 - €51,000 - id-Dar tal-Providenza u Hospice Malta 2009 - €42,500 - id-Dar tal-Providenza 2008 - €28,500 - id-Dar tal-Providenza 2007 - €27,952 - id-Dar tal-Providenza 2006 - €28,465 - il-Muscular Dystrophy Group u d-Dar tal-Providenza 2005 - €23,295 - il-Muscular Dystrophy Group, l-Equal Partners' Foundation, is-St. Francis De Paule Institute u s-St. Therese Institute 2004 - €23,295 - fond speċjali tal-Malta Community Chest Fund għal Tfal morda bil-Cancer 1997 - €20,964 - l-Institute for Brain Injured Children 1996 - €19,800 - l-Institute for Brain Injured Children 1995 - €10,482 - il-Caritas 1994 - €8,852 - il-Caritas

