Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 17˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana forza 4 għal 5 lokalment forza 3 għal 4 għall-ewwel, li jdur mill-Majjistral u jsir lokalment forza 5 għal 6. BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir qawwi Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 17˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab, li jsir il-biċċa l-kbira sabiħ mal-jum u lokalment xi ftit imċajpar mal-lejl. VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 lokalment forza 4 għal 5, li jsir mil-Punent għall-Majjistral forza 3 għal 4 filgħodu u lokalment forza 2 għal 3 mal-lejl. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 45 10 5 44 68 13 80 23 Raġel fil-periklu tal-mewt Baqa' nieżel fil-baħar bil-karozza JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt RAĠEL, li x'aktarx huwa barrani, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni lbieraħ filgħodu spiċċa fil- baħar bil-karozza b'kollox fl-Imsida. Għalkemm il- Pulizija sabu dokumenti ta' identifikazzjoni li jindikaw li r-raġel huwa Varga Ferenc, Ungeriż ta' 29 sena, għad iridu jistennew li jkun identifikat minn xi ħadd jew li huwa stess ikun f 'qagħda li jista' jitkellem. L-inċident seħħ ftit qabel l-4am meta s-sewwieq kien qed isuq karozza Opel fi Triq ix-Xatt ta' Ta' Xbiex fid-direzzjoni tal-knisja tal- Imsida. Kif kien f 'nofs din it-triq huwa tilef il-kontroll tal-karozza b'konsegwenza li baqa' dieħel f 'karozza Honda Jazz li kienet Il-karozza ttellgħet mill-baħar ilbieraħ filgħodu, fiha nstabu dokumenti li taw x'jifhem li l-vittma huwa Ungeriż Herrera jgħid li l-għan tal-White Paper hu li l-gwardjan jgħallem lill-pubbliku biex ma jwettaqx il-kontravenzjoni "Irridu li l-gwardjan lokali jsir ħabib tal-pubbliku" - Herrera ILWHITE Paper lokali għall-infurzar tas-sistema lokali mistennija tagħti lill-gwardjani l-għodda u l-kapaċitajiet neċessarji biex jitwaqqfu milli jkunu għassa b'seba' għajnejn ma' kull min jagħmel xi kontravenzjoni. "L-għan tal-White Paper hu li l-gwardjan lokali jsir ħabib tal-pubbliku. Il-gwardjani ma jistgħux ikunu aktar arroganti meta joħorġu xi ċitazzjoni lil xi ħadd. Il-gwardjan irid jitgħallem jeduka lill- pubbliku biex ma jagħmilx il-kontravenzjoni. Dak hu l-għan tagħna," qal is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera. Madankollu, il-gwardjani lokali mhux se jingħataw xi direttiva biex ma joħorġux ċitazzjoni u jistgħu jibqgħu jagħmlu dan meta jaraw il- ħtieġa. L-aspett fundamentali ta' din ir-riforma hu li tibqa' tiżdied l-edukazzjoni bejn il- gwardjan lokali u ċ-ċittadin. Herrera kien qiegħed jindirizza laqgħa pubblika ta' konsultazzjoni fil-Furjana meta spjega r-riforma kompleta fis- sistema tal-gwardjani lokali li se tiġi implimentata. Il-White Paper tenfasizza li l-gwardjani lokali mhux se jkunu aktar impjegati ma' kumpaniji privati iżda minflok se jkunu impjegati ma' Centralised Unit. Din se tkun qed tinforza l-Liġijiet biex jiġu delegati lill-ħames kumitati reġjonali, li jkun ifisser li tiġi trasferita l-amministrazzjoni tal-gwardjani lokali minn kumpanija privata għall-Unjoni Indipendenti. Ammont ikbar ta' flus li se jidħlu miċ-ċitazzjonijiet se jingħaddu lill-Kunsilli Lokali u lill-Kumitati Reġjonali u dan wara diversi lmenti li kienu jgħaddu l-istess Kunsilli u Kumitati. Herrera spjega wkoll li s-sistema l-ġdida tal-gwardjani se tkun importanti ħafna anki għall-ħajja personali tagħhom stess u dan għax beħsiebha ġġib fuqhom aktar rispett u prestiġju mill-pubbliku. "Biex il-gwardjani lokali jkollhom ir-rispett u l-prestiġju li jixirqilhom, importanti li jattendu l-programmi ta' taħriġ simili għal dawk li l-Pulizija ta' Malta jkollhom meta jkunu għadhom fil-fażi tal- Akkademja," temm id-diskors tiegħu Herrera. DIN irċeviet l-ittra li biha ngħatat impjieg fiss mal- gvern, fil-ġimgħa tal- elezzjoni ġenerali u kienet iffirmata minn persuna fis-Segretarjat Permanenti għan-nom ta' żewġha. Impjegat ieħor irċieva l-ittra saħansitra fil-11 ta' Marzu 2013, il-jum li fih Joseph Muscat ħa l-ġurament tal- ħatra bħala Prim Ministru. Lejliet l-elezzjoni ġenerali kien hemm ukoll 19-il ħaddiem fi Transport Malta, 27 impjegat tal-Malta Enterprise, 12-il ħaddiem tal-Lotteries & Gaming Authority u 11-il impjegat tal-Malta Industrial Parks ilkoll taħt l-eks Ministeru ta' Austin Gatt li l-kuntratt tagħhom inbidlilhom biex saru tal-post. Tmien persuni impjegati mal-ARMS Ltd, disa' persuni impjegati mal- Enemalta u persuna waħda mal-Korporazzjoni għas- Servizzi tal-Ilma ngħataw l-istess trattament. Dawn l-oqsma kienu kollha jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika ta' Tonio Fenech. Taħt l-eks Ministeru ta' Giovanna Debono kien hemm mal-għaxar impjegati li saru tal-post. Ma' dawn kien hemm 111-il impjegat ieħor fi ħdan dak li kien il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil- Komunità, immexxi minn Joe Cassar, li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit. Bdil ta' kuntratti anke lejliet l-elezzjoni NEW British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta ST. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappil- lan Mifsud, Ħamrun TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi HOLY Cross Pharmacy, 37, Triq il- Kbira, Birkirkara REGIONAL Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida J.V.'S Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi EDWARD'S Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard ST. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il- Gzejjer, Buġibba DE Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola VICTORY Pharmacy, 32, Triq il-Vi- torja, Isla MEDIATRIX Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Żabbar POMPEI Pharmacy, 28, Xatt is- Sajjieda, Marsaxlokk MQABBA Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria ST. John's Pharmacy, 85, Triq l-In- dipendenza, Xewkija Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014