Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 13 ILPOLITIKA dejjem ħarist lejha bħala waħda li trid titfassal min-nies. Huma l-istess nies li jressqu 'l quddiem proposti biex jitwettqu favur il-poplu Malti u Għawdxi. Ma nemminx biss fis-sistema teknokratika li tiġbor l-esperti madwar il-mejda iżda nivvaluta x'jaħsbu n-nies biex dak li jiġi deċiż jilħaq verament l-aspirazzjonijiet tan-nies. L-għażla tal-Prim Ministru biex jien niġi nominata għal President kienet xokk għaliex dejjem rajt din il-kariga bħala xi ħaġa ċerimonjali. Iċ-ċerimonji narahom akbar minni u għalhekk ma ħassejtx il-kapaċità li nidħol għal din il-kariga. Madankollu meta komplejna bid-diskussjonijiet dwar il-mod kif il-Presidenza l-ġdida se jkollha rwoli ġodda li jikkontribwixxu favur il-ġustizzja soċjali, ħarist 'l quddiem b'determinazzjoni li flimkien inkomplu naħdmu għal ġid ta' pajjiżna. Niżgura li jien se nibqa' viċin in-nies għaliex intom se tkunu l-qalb tal-Presidenza li trid tgħaqqad darba għal dejjem lil dan il-pajjiż. Il-Presidenza mhix tiegħi iżda hija ta' poplu sħiħ li l-istorja dejjem uriet li meta ngħaqad kiseb kisbiet kbar. Numru ta' oqsma soċjali se jkunu qed jingħataw l-ogħla profil possibbli fil-Presidenza li jmiss. Ilkoll naqblu li fil-ġlieda kontra l-faqar m'għandhiex tidħol politika partiġġjana. Hekk ukoll numru ta' oqsma soċjali huma fuq l-aġenda nazzjonali fejn jeħtieġ li ngħaqqdu l-forzi kollha flimkien biex nindirizzawhom. It-tbatijiet li jgħaddu minnhom in-nies m'għandhomx kulur politiku. Għalhekk quddiemna rridu naraw li wara kull tbatija hemm persuna u familja li qed tbati. Pajjiżna għandu storja kbira lejn xiex iħares. Minn dejjem konna mogħnija b'valuri b'saħħithom li tul is-snin sawru lil Malta u Għawdex tagħna. Nemmen li l-valur tas- solidarjetà għandu sens qawwi fil-poplu tagħna u għalhekk nisħaq li quddiem il-problema tal-immigrazzjoni dan il-poplu m'huwiex razzist iżda għandu biża' li nistgħu negħlbuha flimkien. Sa mill-qedem missirijietna dejjem serrħu moħħhom li gżiritna tista' tkampa meta tkun maħkuma u dejjem beżgħu minn influss ta' barranin mhux magħrufa. Quddiem din il-biża' ta' poplu li dejjem stinka biex kiseb dak li xtaq, irridu nkunu sodi mal-Unjoni Ewropea li trid turi bil-fatti s-solidarjetà bejn l-istati membri iżda min-naħa l-oħra nuru l-qalb kbira li għandna ma' dawk li ġenwinament wasslu f 'artna wara taqlib sħiħ li għaddew minnu f 'pajjiżhom. Aktar qabel semmejt iċ- ċerimonji li ġġib magħha l-kariga ta' President madankollu l-funzjoni ta' President qiegħda hemm biex anki tisma' l-vuċi ta' dawk li ħadd ma jismagħhom. Kif dejjem għamilna tul is-sena ta' ħidma Ministerjali, se nisimgħu lil kulħadd, inkluż it-tfal. M'aħniex se nisimgħu biss iżda se naħdmu biex il-Presidenza tkun effettiva u twassal il-vuċi tagħkom. Fl-irwoli l-ġodda, l-funzjoni ta' President se tikber biex tfassal politika f 'setturi li lkoll naqblu li l-partiġġjaniżmu mhux postu fihom. Sa mill-ewwel ftit minuti wara li l-Prim Ministru għoġbu li jinnominani ħadt l-opportunità biex nagħmel stedina għal volontarjat. Dan huwa valur ieħor li bih ħafna ċittadini jistgħu jikkontribwixxu għas- soċjetà. Nistqarr li impressjonajt ruħi bl-ammont ta' persuni li wieġbu għas-sejħa u li diġà qed joffru s-servizzi tagħhom b'mod volontarju. Il-volontarjat irridu nagħmluh bħala parti mit-tielet settur tal-ekonomija ta' pajjiżna. Ejjew nużaw il-volontarjat bħal mezz ta' għaqda għaliex dan il-pajjiż kapaċi jagħmel affarijiet kbar meta jkun magħqud. Għandi fiduċja li irrispettivament mill-kulur politiku, razza, reliġjon, orjentazzjoni sesswali u klassi soċjali naħdmu flimkien biex il-Presidenza tkun tan-nies, man-nies u għan-nies. Il-Punt Presidenza ta' poplu MARIELOUISE COLEIRO PRECA Id-diżgwid kurrenti tal-Knisja Kattolika LINO ELLUL SAN ĠWANN BĦALA Kattoliku li konvint mit-twemmin tiegħi nibda biex ngħid, li f 'ħafna minn dak li qed jgħid il-Papa Franġisku, mhux biss li qed jiġi interpretat ħażin minn xi opinjonisti liberali fit- twemmin tagħhom, iżda wkoll minn ħafna fostna l-Kattoliċi! Mentri fir-realtà tal-fatti, jekk il-Knisja Kattolika hija fl- obbligu li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tagħha, żgur li fil- prinċipju dan ma jfissirx li din tista' tpoġġi lil bniedem qabel Kristu u qabel dak kollu li qal Kristu! Għax jekk allura anki ħafna saċerdoti b'xi titlu ta' xi Kardinal, ta' xi Isqof, ta' xi Monsinjur, jew ta' xi teologu, qed jittamaw, jekk mhux ukoll jinsistu dwar it-tneħħija taċ-ċelebat, dwar l-importanza taż-żwieġ fost is-saċerdoti, kif ukoll dwar is-saċerdozju femminili; qed jimmaġinaw li bil-beauty contest femminili li jista' jkollna fil- ġerarkija tal-Knisja Kattolika, il- Knisja Kattolika tista' tirbaħ lura l-Fidi li ntilfet minn fost miljuni ta' Kattoliċi?! Għax jekk meta dakinhar li Kristu waqqaf kemm is- saċerdozju ministerjali, kif ukoll l-Ewkaristija Mqaddsa, kien hemm preżenti BISS l-Appostli rġiel, iżda l-ebda mara magħhom; tgħid allura meta dawk il-kelmiet tal- Konsagrazzjoni tal-Ewkaristija huma tant delikati, anke meta f 'isem Kristu jgħidhom saċerdot raġel! Possibbli li dawk fostna li qed jissuġġerixxu s-saċerdozju femminili mhux qed jirrealizzaw din id-delikatezza, jekk min-naħa l-oħra dawn il- kelmiet f 'isem Kristu, tgħidhom saċerdot mara u mhux saċerdot raġel?! U jekk allura xi wħud minn dawn fostna qed isemmu wkoll il-bżonn ta' Konċilju ieħor; tgħid dawn mhux qed jindunaw li fiż-żminijiet tal-lum Konċilju ieħor jista' jwassal BISS għal aktar diżgwid, wisq aktar gravi mid-diżgwid li ħalla fost ħafna mit-teologi tagħna l-aħħar konċilju Vatikan II; kif allura kien qal tant tajjeb f 'dan ir- rigward il-Papa Pawlu VI, wara li spiċċa l-Koncilju Vatikan II?! Fil-fatt jgħid x'jgħid kulħadd, jiena nemmen u konvint li dan id-diżgwid u dan it-taħwid kollu li qed nisimgħu fostna llum, ilu jidwi fostna minn wara l-Konċilju Vatikan II! Għalhekk bir-rispett kollu li żgur jixraq lejn kulħadd, ta' min jistaqsi! "Proprjament x'jista' jbiddel u x'jista ma jbiddilx il-Papa Franġisku minn dak li ma kellhomx il-kuraġġ li jbiddlu l-Papiet kollha ta' qablu, fejn jidħol kemm is-saċerdozju Ministerjali, kif ukoll fejn tidħol il-Konsagrazzjoni tal- Ewkaristija Mqaddsa?" L-għajnuna diretta tasal iktar malajr! J. BONETT BALZAN BALLUTA HEMM qawl li jgħid li l-kumitati jżommu l-minuti u jaħlu s-sigħat. Xi drabi sfortunatament ċerti entitajiet iżjed jgħaddu ħin jiddiskutu milli jwettqu. Nistqarr li m'iniex xi espert fil-missjonoloġija jew fil- filantropija u dawn li ġejjin huma biss suġġerimenti. Numru ta' għaqdiet volontarji biex jiġbru fondi jagħmlu l-bazaars. Ġieli f 'dawn il- bazaars ikun hemm affarijiet li jkunu ngħataw minn tal- ħwienet jew aġenti jew anke nies, oġġetti u lbies ġdid li jkunu skartawhom. Min jaf jekk min ikun ser isiefer fuq xi btala jitħajjarx jixtri bi ftit flus minn dawn l-oġġetti ta' użu, jeħodhom miegħu fil-bagalja u jqassamhom lit-tallaba li jkun hemm mal-ġenb tat-toroq? B'hekk ikun qed jagħmel karità u l-ewro li jonfoq twassal aktar. Dan barra li jassigura ruħu li l-karità tasal għand min tassew jeħtieġa. Ngħid dan għax ġieli tisma' b'xi racket ta' taparsi tallaba li f 'ġurnata jiġbru mijiet ta' ewro kuljum. Niftakar darba f 'belt barranija lil omm li kienet bit-tifel, mort nagħtihom pakkett galletini mhux miftuħ u rrifjutatu għax riedet flus. Hawnhekk jidħollok id-dubju li fost il-każi ġenwini jkun hemm il-brikkuni. Twajba rridu nkunu iżda mhux bħaħan. Meta wieħed jagħmel hekk barra li jkun qed jgħin lill-għaqdiet volontarji Maltin u Għawdxin, meta jbattal il- bagalja miż-żejjed li jkun tella' miegħu, jikber l-ispazju għal xi oġġetti jew ħwejjeġ sbieħ li jkun irid iniżżel miegħu bħala tifkira ta' dik il-belt. In-nies fil-ħtieġa jeħtieġu l-meħtieġ issa u mhux meta jiddeċiedi xi kumitat! Ngħid dan bla ma niġi miftihem li dawk li jaħdmu għall-imwarrba mhumiex jagħmlu ħidma ta' ġid. Iżda għajnuna diretta naħseb tasal iżjed malajr. Biex tiskonġra trid tkun pur M. CAMENZULI VALLETTA MA nistax nifhem għaliex il-kontributur John Busuttil ħadha tant bi kbira u qatta bla ħabel kontra Cyrus Engerer għax ippreżenta petizzjoni favur il-kaċċa. Daqslikieku Engerer għamel sagrileġġ jew Lino Farrugia għandu l-pesta. Aħna l-kaċċaturi u n-nassaba għandna vot ukoll. U x'jidħol fiha l-ħajja personali ta' Cyrus u ta' Farrugia? Kulħadd għandu xi jxomm taħt idejh. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri B'tifkira għażiża ta' Ebba von Fersen Balzan B'tifkira għażiża ta' Ebba von Fersen Balzan, li mietet fl-età ta' 50 sena fis-16 ta' Marzu 2008. Imwielda f'Darmstadt, il-Ġermanja u għexet in- Naxxar. It-tifkiriet tagħha jgħixu magħna fix- xogħlijiet u l-pitturi tagħha. Qatt minsija minn Saviour Balzan, Antoinette u Ray Balzan, Mariella u Alan Dimech u n-neputijiet Matthew u Francesca.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014